KullHadd_14.02.2016

Page 1

Ħarsa lejn IX-XOGĦOL FIL-FAĊILITAJIET SPORTIVI TA’ BIRŻEBBUĠA

www.kullħadd.com Il-Ħadd, 14 ta’ Frar, 2016

Ħarġa Nru 1,179 Prezz €1

Ara paġna 6

“SE NAFFRONTAW IL-KWISTJONI B’MATURITÀ U MOĦĦ MIFTUĦ”

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici stqarr mal-KullĦadd li l-Gvern biħsiebu jaffronta l-kwistjoni tar-riforma ġudizzjarja, fosthom il-ħatra tal-ġudikanti, b’maturità u moħħ miftuħ. Mistoqsi għalfejn il-Gvern ma jiqafx jinnomina l-ġudikanti sakemm ikunu implimentati r-riformi, il-Ministru spjega li l-Qorti hemm bżonn li tibqa’ taħdem bla waqfien, u l-effiċjenza tagħha ma tistax tiġi kompromessa. Fl-istess waqt, din ir-riforma trid tiġi diskussa bis-serjetà u b’mod wiesa’, u ma tistax tiġi mgħaġġla żżejjed. Ara paġna 4

INVESTIMENT TA’ IKTAR MINN €7 MILJUNI

Bejn Lulju u Settembru tas-sena l-oħra l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) għamlet investiment ta’ aktar minn €7 miljun fuq kważi 100 skola madwar Malta u Għawdex. Dawn ix-xogħlijiet jinkludu rinovar f ’għadd kbir ta’ skejjel, fosthom xiri ta’ għamara ġdida, whiteboards ġodda, tagħmir tal-logħob, materjal elettriku, twaħħil ta’ madum, kif ukoll xogħlijiet ta’ żebgħa, xiri ta’ lockers u aperturi ġodda. Ġew installati saħansitra floodlights u lifts ġodda, u nbnew ukoll xi faċilitajiet sportivi, fost ħafna xogħlijiet oħrajn. Ara paġna 3

LE IENE F’MALTA…

TALJANI URTATI BIS-SERVIZZ

Ammont sostanzjali ta’ Taljani, ħafna minnhom li qed jgħixu f ’Malta, kienu minn tal-ewwel li ħarġu jikkritikaw bl-aħrax is-servizz, jew aħjar id-disservizz, li sar mill-programm Le Iene dwar il-Parlament Malti. Fuq il-midja soċjali kienu ħafna t-Taljani li esprimew iddiżappunt tagħhom b’dan il-programm. Uħud li għandhom in-negozju f ’Malta u li ilhom snin jgħixu hawn sostnew li huma qatt ma kellhom problemi biex jitħallsu, la mill-Gvern u lanqas minn terzi. Ara paġna 7


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.