www.kullhadd.com Il-Ħadd, 14 ta’ Jannar, 2018
Ħarġa Nru 1,279 Prezz €1
IL-FESTA MAGĦNA SUPPLIMENT TA’ 24 PAĠNA DWAR VALLETTA 2018 IL-FTEHIM MAL-GĦALLIEMA
ŻIDIET BL-ELUF
Fl-aħħar sigħat l-għalliema rċivew spjegazzjoni ta’ kif se jkunu qed jiżdiedu fil-pagi minn dan ix-xahar wara l-ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-Unjin tal-Għalliema (l-MUT) ix-xahar li għadda. Jirriżulta li ż-żidiet huma sostanzjali u għalkemm wieħed jaf iħares l-ewwel lejn il-flus, il-bidliet mhumiex marbuta biss ma’ dak li wieħed se jdaħħal fil-but. • €6,000+ FIS-SENA IKTAR FIL-BUT WARA ĦAMES SNIN Kif mistenni, hekk kif xterdet l-aħbar għand l-għalliema, uħud bdew jitolbu • €2,000 OĦRA KULL SENA GĦAL MIN ILU 20 SENA xi kjarifiki. Filwaqt li qal li l-MUT qed tipprovdi l-kjarifiki li hemm bżonn, il-Presi• MIN JITĦARREĠ JIEĦU IKTAR F’IQSAR ŻMIEN dent tal-Unjin tal-Għalliema, Marco Bonnici, insista: “Hemm qegħdin l-20% żidiet. Ħafna • OĦRAJN ISSA TELGĦU WKOLL FL-ISKALA drabi hemm iktar u kemm każi fejn saħansitra telgħu sa 31%,” qal Bonnici.
• DAN FTEHIM MHUX BISS DWAR FLUS
DAQSHEKK WHATS APP GĦALL-PN
Il-grupp fuq WhatsApp għad-deputati tal-Partit Nazzjonalista kellu jingħalaq. Dan wara sensiela ta’ leaks minnu fejn sa nhar il-Ħadd li għadda stess diskussjoni bejn id-deputati spiċċat fil-gazzetti. Kien hemm min diġà kien telaq biex ma jibqgħux iwaħħlu fih, iżda issa l-grupp ingħalaq għalkollox għax donnu l-inkwiet fil-PN ma jrid jaqta’ xejn. Ara paġna 9
Ara paġna 6
IL-PN B’SIĠĠU VOJT FL-ERA Il-Partit Nazzjonalista ilu iktar minn sitt xhur bis-siġġu tiegħu fuq l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, vojt. Minkejja l-appelli biex issir in-nomina, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia baqa’ ma nnomina lil ħadd. Fil-leġiżlatura li għaddiet il-Partit Nazzjonalista kellu lill-Professur Maria Attard li rriżenjat. Meta kien għadu kap, f ’Ġunju li għadda, Simon Busuttil prova jinnomina lil Karol Aquilina. Iżda, ma setax għax bil-liġi membru tal-ERA ma jistax ikun deputat. Minn dakinhar dak tal-PN baqa’ l-uniku siġġu vojt. Ara paġna 5