MFAKKRA REMEMBRANCE DAY Ara paġni 20-21
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 13 ta’ Novembru, 2016
Ħarġa Nru 1,218 Prezz €1
“LIL BINTI ĠABUHA TISWA €60,000” • IL-WEĠGĦA U R-RABJA TA’ ĠENITURI LI TILFU LIL BINTHOM TA’ SENA U NOFS BI TRASKURAĠNI • JIRREAĠIXXU GĦAL SENTENZA TAL-QORTI LI TATHOM RAĠUN U KUMPENS Ħdax-il sena ilu Sandro u Doreen tilfu lil binthom kawża tattraskuraġni tat-tobba fl-isptar San Luqa. Mireille, li dak iż-żmien kellha sena u nofs, spiċċat il-vittma ta’ dik li ftit tal-jiem ilu l-Qorti ddeskriviet bħala negliġenza kbira. F’intervista esklussiva mal-KullĦadd, iż-żewġ ġenituri jirreaġixxu għas-sentenza u jgħidu li kumpens finanzjarju ma jqisuhx ġustizzja. “Lil binti ġabuha tiswa €60,000. Daqshekk kienet tiswa binti? Daqshekk kienet tiswa Mireille?” staqsa b’rabja u bid-dmugħ f ’għajnejh Sandro. Il-koppja tirrakkonta pass pass dak li seħħ f ’Lulju tal2005. L-agħar xahar għall-familja li fil-jum tat-Tlieta ħejjiet għal ġurnata baħar mat-tifla li sat-Tnejn ta’ wara ma kinetx għadha ħajja. Intervista f’paġni 6 u 7
TAS-SLIEMA L-IKTAR IMFITTXIJA MINN TAL-IIP Tas-Sliema huwa l-iktar lokal imfittex minn dawk li ġew naturalizzati Maltin bħala parti mill-iskema taċ-Ċittadinanza b’Investiment. Wara Tas-Sliema hemm San Ġiljan, filwaqt li l-iktar lokalità mfittxija f ’Għawdex kienet Marsalforn. Dan jirriżulta mir-rapport tar-regolatur indipendenti dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment li kkonferma li dawk li qed jixtru propjetà qed jonfqu fuqha medja ta’ miljun ewro, u dawk li qed jikru propjetajiet qed iħallsu għalihom kirja medja ta’ iktar minn €25,000 ewro fis-sena. L-istess rapport jikkonferma li n-nies li qed jattira l-programm huma nies b’livell ta’ edukazzjoni għolja bil-maġġoranza assoluta għandhom minn baċellerat ’il fuq.
SALVAT WIED RINI • ABBANDUNAT PROĠETT IMĦABBAR FL-2009 • MHUX SE JSIRU TURBINI TAR-RIĦ LI MA KINUX JAGĦMLU SENS Bdiewa, il-komunità tal-Baħrija u persuni li għandhom għal qalbhom l-ambjent jistgħu jserrħu moħħhom li mhux se jkun qed isir proġett propost f ’Wied Rini fl-2009. Il-post fil-Baħrija, limiti tar-Rabat, kien se jintuża biex isir proġett ta’ turbini tar-riħ. Dan minkejja li l-kontribut li l-proġett kien se jagħti għall-miri ta’ enerġija rinovabbli kien wieħed minimu. Bil-Gvern jilħaq il-miri tiegħu mod ieħor, u bi strateġija dwar enerġija rinovabbli riveduta fl-aħħar jiem, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet infurmata uffiċjalment li dan il-proġett se jkun abbandunat. Ara paġni 4 u 5
Ara paġni 14 u 15