€1.5 MILJUN FUQ VETTURI MINISTERJALI
www.kullħadd.com Il-Ħadd, 13 ta’ Marzu, 2016
Ara paġna 4
Ħarġa Nru 1,183 Prezz €1
PRIM MINISTRU FDAT
JOSEPH MUSCAT B’10.7% VANTAĠĠ FUQ SIMON BUSUTTIL F’għeluq it-tliet snin ta’ Gvern Laburista, stħarriġ indipendenti jikkonferma li l-Prim Ministru Joseph Muscat huwa fdat fit-tmexxija tal-pajjiż ħafna iktar mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Filwaqt li l-Prim Ministru jgawdi mill-fiduċja ta’ 40.7%, il-Kap tal-Oppożizzjoni jgawdi biss il-fiduċja ta’ 30%. Dan l-istħarriġ kien issostanzjat mill-opinjoni pożittiva ta’ diversi esperti f ’oqsma differenti li jvarjaw mill-ekonomija, it-turiżmu, iddrittijiet ċivili u dawk għal persuni b’diżabbiltà. F’kummenti li taw lil din il-gazzetta, dawn il-persuni kollha esprimew sodisfazzjon bilħidma tal-Gvern matul l-aħħar tliet snin. Ara paġni 3, 6 u 40
JIMXU KONTRA R-RAPPORT TAT-TELFA
Il-każin ta’ San Ġiljan li diġà nbiegħ Minkejja li r-rapport tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista elenka l-importanza li l-każini politiċi jingħataw ħajja ġdida, illum il-Partit jidher li qed jinjora dawn is-suġġerimenti hekk kif qed ibigħ diversi każini. Dan qed iqajjem rabja fost l-attivisti tal-Partit Nazzjonalista, fejn membri ta’ kumitati sezzjonali qed isostnu li dan mhuwiex konsistenti ma’ dak li wegħidhom Simon Busuttil qabel l-elezzjoni. Rapporti qed jgħidu li l-każin ta’ San Ġiljan diġà nbiegħ għal madwar nofs miljun ewro, filwaqt li hemm għall-bejgħ ukoll il-każini ta’ Bormla, Wied il-Għajn, u ż-Żejtun. Ara paġna 9
Il-każini ta’ Bormla (fuq) u taż-Żejtun (taħt) li jinsabu għall-bejgħ