KullĦadd_13.02.2022

Page 1

JIFTIEHMU DWAR MESSAĠĠI SOTTILI KONTRA L-GVERN Il-Ħadd, 13 ta’ Frar, 2022

Ħarġa Nru 1,492

Prezz €1

Rapport f’paġna 9

IL-PROVI TAS-SERQ MILL-PN! Nuru kif l-iskużi, li kienu jġibu meta għabbewk bl-akbar piżijiet, ma jreġux Din il-ġimgħa bħala medja l-prezz inter­nazzjonali taż-żejt kien ilaħ­ ħaq €79. Inċidentalment dan kien il-prezz li kien hemm fl-ewwel xahar sħiħ wara l-bidla fil-Gvern fl-2013. Dakinhar il-prezz ta’ lit­ ru petrol kien €1.51, mentri dak ta’ litru diesel kien €1.40. Il-prezz tad-dawl kull kilowatt hour kien ta’ 17ċ3. Illum litru petrol f’pajjiżna jiswa €1.34, waqt li d-diesel jinbiegħ b’€1.21 kull litru. Dan ifisser li, minkejja li l-prezz internazzjonali taż-żejt illum jin­ sab fl-istess livell bħal dak li kien fi żmien il-bidla fil-Gvern fl-2013, illum mill-pompa persuna tiffranka 17ċ, jew 11%, fuq kull litru petrol u 19ċ, jew 14%, fuq kull litru diesel. Rigward il-prezz tal-elettriku tallum, dan hu 13ċ kull unit, li jfisser roħs ta’ 25% fuq dak li kien jiswa lill-konsumaturi f’April tal-2013.

Kienu għollew il-fuel b’36% u d-dawl b’71% … meta l-prezz barra għola biss b’4% Bejn Marzu tal-2008 u Marzu tal-2013, il-prezz internazzjonali taż-żejt żdied b’$4 il-barmil, żieda ta’ 4%. Imma l-amminis­trazzjoni preċedenti kienet għolliet il-prezz tal-fuel b’36% u fl-istess żmien għolliet il-prezz tad-dawl b’71%. Dik l-amministrazzjoni kienet għolliet il-prezz tal-fuel b’disa’ darbiet iż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt u bi 17-il darba aktar il-prezz tal-elettriku. Tkompli f’paġna 3

€475M INVESTITI FL-INFRASTRUTTURA FUQ TLIET SNIN Rapport f’paġni 8 u 9

L-ATTIVITÀ F’MALTA QED TIRKUPRA SEW QABEL IL-BQIJA FL-UE Żieda ta’ 50% fuq Jannar fil-moviment lejn ħwienet u postijiet ta’ rikreazzjoni Jirriżulta li l-attività f’Malta qiegħda tir­kup­ra ferm aktar malajr mill-bqija tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, waqt li fil-bidu ta’ din is-sena l-moviment taċ-ċittadini lokali lejn ħwienet u postijiet ta’ rikreazzjoni kien ikkalkulat 47% inqas milli kien fl-2019, l-istess moviment fl-ewwel ġimgħa ta’ dan ix-xahar li ninsabu fih tela’ għal 3% aktar milli kien qabel il-bidu talpandemija fostna. Dan joħroġ minn tagħrif miġbur ta’ kuljum mill-kumpanija internazzjonali Google dwar il-moviment ta’ dawk li jagħmlu użu mill-prodotti u s-servizzi

tagħha. Element importanti wara din il-bidla ta’ 50% fl-attività taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin f’medda ta’ xahar biss kien is-suċċess tal-istrateġija tal-Gvern biex jikkontrolla l-pandemija. Ir-restrizzjonijiet, li ddaħħlu, u s-suċ­ ċess tal-programm tat-tilqim, inkluż fejn jidħol il-booster, illum wasslu biex għandna l-inqas inċidenza tal-COVID-19 fl-Ewropa kollha, kif ġie kkonfermat minn statistika uffiċjali miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard (ECDC) din il-ġimgħa. Dan filwaqt li, f’diversi reġjuni tal-

kon­tinent Ewropew, għadd ta’ popo­ lazzjonijiet għadhom qegħdin ibatu minn rati ta’ infezzjoni bla preċedent. Minbarra hekk, fil-bqija tal-Ew­ro­pa l-familji mhumiex jibqgħu d-dar biss għax qed jibżgħu mill-infezzjonijiet tal-COVID-19, iżda anke għax qed ikunu ffaċċjati minn splużjonijiet fl-għoli talħajja. L-aktar inkwetanti f’għadd ta’ stati membri Ewropej hemm il-prezzijiet esaġerati tal-fuel u tal-elettriku b’riżultat tal-istess imxija, differenti mis-sitwazzjoni f’Malta. Tkompli f’paġna 5


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.