KullHadd_12.11.2017

Page 1

L-MEPS TAL-PN MAL-UNGERIJA U KONTRA MALTA

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 12 ta’ Novembru, 2017

Ħarġa Nru 1,270 Prezz €1

DIŻAPPUNT DOPPJU! ADRIAN DELIA TALAB SURVEY BIEX IQABBLU MA’ DAK TAT-TORĊA U TAH L-ISTESS RIŻULTATI Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, għamel stħarriġ tal-opinjoni pubblika li tah l-istess riżultat ta’ stħarriġ li ppubblikat It-Torċa l-Ħadd li għadda u li ta vantaġġ qawwi lill-Partit Laburista, kif ukoll wera li Adrian Delia jinsab f’pożizzjoni ħażina ħafna. Filwaqt li hu kien qed jipprova jifhem in-numri, il-grupp ta’ kontra tiegħu għalaq il-lista ta’ deputati li jivvutaw kontra tiegħu jekk jinqala’ vot ta’ sfiduċja, bil-mozzjoni ta’ Chris Said li issa se tkun diskussa tkun l-ewwel pass f’din id-direzzjoni. Il-lista fiha 17-il deputat. Jirriżulta li t-Tnejn li għadda Delia nfexx f’għajjat u kliem ħażin fil-grupp Parlamentari b’ta’ kontrih jgħidu bejniethom li se jduru fuq Beppe Fenech Adami biex imexxihom fil-Parlament jekk jasal il-mument tal-isfiduċja. Sfiduċja li jemmnu li għandha tkun Marlene Farrugia li tressaqha fil-Parlament.

Fi Brussell, il-Partit Nazzjonalista qed jaqbeż kemm jiflaħ għall-Ungerija. Dan fl-istess ħin li fil-kurituri tal-Parlament Ewropew għaddej b’kampanja bil-għan li jassigura diskussjoni u vot kontra Malta fil-jiem li ġejjin. Permezz ta’ Roberta Metsola, fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew ivvota biex ma tintbagħatx delegazzjoni biex tinvestiga s-sitwazzjoni tar-rule of law u nuqqasijiet oħra fl-Ungerija. Fl-istess ħin kienu qed jaħdmu kemm jifilħu biex ifasslu l-mozzjoni partiġjana, kontra Malta, tal-PPE li hu l-ikbar partit politiku fil-Parlament Ewropew.

Ara paġni 7 u 8

Ara paġna 9

KIF ĦADMU VENDIKAZZJONI Fil-ħarġa tal-lum nirrapportaw id-dettalji dwar kif Edgar Galea Curmi, l-Eks Segretarju Privat tal-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi injora r-rule of law meta twettqet vendikazzjoni politika fil-konfront tas-Segretarju Permanenti Mario Cutajar. Mhux biss Galea Curmi, bil-barka ta’ Dolores Cristina, ħadem vendikazzjoni politika iżda waqt li kien għaddej proċess quddiem il-Kummissjoni għall-Impjiegi prova jivvizzjah billi kiseb xhieda ta’ persuni oħra minn qabel. Mistoqsi kif ix-xhieda kienet għandu qal li ma jafx. U jridna nemmnuh! Ara paġna 3

EKS PRESIDENTI TAL-MUT IFAĦĦRU L-FTEHIM STORIKU Persuni li mexxew l-Unjin Maltija tal-Għalliema, l-MUT, fis-snin li għaddew immarkaw l-importanza tal-aħbar li l-Gvern laqa’ t-talba tal-għalliema u l-ħaddiema fis-settur edukattiv għal pakett finanzjarju aħjar. Kien iktar kmieni din il-ġimgħa li l-Gvern u l-MUT qablu fuq ftehim għal żidiet li jlaħħqu l-20% fuq il-kundizzjonijiet preżenti. John Bencini u Kevin Bonello li mexxew l-MUT għal diversi snin immarkaw kemm hu importanti dan il-ftehim storiku biex ikollna iktar nies professjonisti fl-edukazzjoni. Ara paġni 4 u 5


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.