KullĦadd_12.08.2018

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 12 ta’ Awwissu, 2018

Ħarġa Nru 1,309 Prezz €1

JUŻAW LIL MARY KONTRA NICKIE

IL-BOTTI FIL-MIFTUĦ MA WAQFU XEJN Ara paġna 5

Il-weġgħa ta’ mart il-Kap tal-Oppożizzjoni, Nickie Vella De Fremaux, dwar kif kien stmat binha ġabet reazzjoni minn membri tal-grupp parlamentari ta’ żewġha li bagħtulha messaġġ dirett billi użaw lill-mibkija mara tal-Eks Prim Ministru Edward Fenech Adami, Mary Fenech Adami. Din hi xhieda oħra ta’ inkwiet ma jaqta’ xejn fil-Partit Nazzjonalista, li donnu żdied u mhux ikkalma. Fuq quddiem nett jibagħtu dan il-messaġġ hemm Jason Azzopardi u Paul Borg Olivier.

ĠIBTUH PARTIT TAS-SELFIES

Ara paġna 28

Ara paġna 7

ATTAKKAT B’IMPJIEG TA’ QARIBA

IL-KLIEM VULGARI BĦALL-ISPICE FIL-BORMA Ara paġni 20 u 21

Ritratt: Roderick Grech / facebook

Intervista mal-awtur Trevor Zahra

IL-PULIZIJA TINVESTIGA B’SAĦĦA Il-gazzetta KullĦadd tista’ tiżvela li lbieraħ tard waranofsinhar il-pulizija intensifikaw b’saħħa l-investigazzjonijiet tagħhom b’rabta mal-qtil ta’ għasafar protetti fl-inħawi tar-Rabat u ta’ Ħad-Dingli. Il-Birdlife qalet li nqatlu erba’ ċikonji, aħbar li ġabet ukoll il-kundanna tal-Għaqda Kaċċaturi San Ubertu li ddiżassoċjat ruħha minn dan l-aġir. Iżda, iktar minn hekk jirriżulta li l-awtoritajiet ħadu l-każ b’serjetà kbira u fost żviluppi importanti fl-inves-

tigazzjonijiet kien hemm l-għajnuna tal-pubbliku. Fl-inħawi tar-Rabat u ta’ Ħad-Dingli lbieraħ il-pulizija għamlu tiftix intensiv f ’sinjal ċar li mhux se jippermettu abbużi ta’ dan it-tip. Fl-aħħar snin pajjiżna ħarrax bil-kbir il-multi għal dawn it-tip ta’ reati u mhux darba u tnejn kien hemm min sab fuqu l-id iebsa tal-ġustizzja. Intant, kienu madwar 18 iċ-ċikonji li dehru fuq pajjiżna, bil-midja soċjali timtela bir-ritratti sbieħ tagħhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.