MATEMATIĊI MINN MALTA TAL-OGĦLA LIVELL DINJI Ħarġa Nru 1,509
Prezz €1
Rapport f’paġni 8 u 9 Ritratt: VISITMALTA
Il-Ħadd, 12 ta’ Ġunju, 2022
PROSPETTI EKONOMIĊI MILL-AQWA Fl-aħħar jiem waslu żewġ ċertifikati oħra pożittivi għall-ekonomija Maltija, f’rapporti separati, wieħed mill-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu DBRS Morningstar u ieħor mill-Bank Ċentrali Malti. Waqt li tal-ewwel ikkonfermat l-aħjar rating li qatt tat lil Malta, l-esperti talBank Ċentrali jbassru tkabbir aħjar sal2024, li jtejjeb fuq dawk li saru qabel, bħal tal-Kummissjoni Ewropea. Rapport f’paġna 6
“SE NGĦINU IŻJED PERSUNI” Il-Professur tal-ġinekoloġija Mark Brincat jisħaq dwar il-bżonn ta’ diskussjoni “oġġettiva” fuq l-aħħar emendi għal-liġi tal-IVF li ġew proposti fil-Parlament “Kull pass li nieħdu dejjem qiegħed jitfa’ xibka aktar wiesgħa, biex b’hekk ngħinu lil iżjed persuni.” Kienet din ir-reazzjoni tal-Professur Mark Brin cat, ġinekologu ta’ esperjenza b’għarfien qawwi dwar il-proċess tal-In-Vitro Fertilisation (IVF), f’kummenti lill-KullĦadd dwar id-dibattitu li beda din il-ġimgħa fil-Parlament fuq emendi proposti fil-liġi tal-IVF. Tali emendi huma maħsuba biex aktar persuni jkollhom iċ-ċans li jsiru ġenituri, b’għadd ta’ bidliet bħall-estensjoni tal-età u ż-żieda ta’ ċikli mingħajr ħlas. Se jippermettu wkoll lit-tobba u lill-ispeċjalisti biex jagħmlu użu mill-aħħar teknoloġija medika bil-għan li jiġu evitati stejjer ta’ qsim il-qalb ta’ trabi li jitwieldu biċ-ċertezza li se jmutu fi ftit ġimgħat jew xhur, jew inkella jispiċċaw jgħixu b’kundizzjonijiet diffiċli ħafna. Mistoqsi dwar dan, il-Professur, li
ilu snin twal jaħdem fil-qasam, tenna: “Hawnhekk qegħdin nitkellmu fi sfond tal-IVF l-iżjed li hu pprovdut mill-Istat, mill-Isptar Mater Dei stess … mhux li jsiefru. Iva, l-emendi kif inhuma allura se jagħmluha possibbli biex koppji li s’issa, pereżempju ma jistgħux ikollhom IVF hawn Malta jew ma jistgħux ikollhom IVF f’Mater Dei minħabba xi policies, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dan it-tibdil li jagħtihom aċċess għall-proċeduri meħtieġa.” Hu kompla li mhux biss il-liġijiet u l-emendi li qed isiru Malta, iżda bħalissa qed jiġu diskussi wkoll emendi fil-protokolli, kif tinħadem is-sistema. “Dan se jagħmilha possibbli biex koppji li s’issa għandhom diffikultajiet, jew mhumiex eliġibbli, inkella mhux possibbli jsir IVF fuqhom, issa jista’ jsir. Allura jien nistenna li jkun hemm numri akbar ta’ każi ta’ IVF.”
Waqt li d-dettalji tal-emendi ngħataw ġimagħtejn ilu mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, id-dibattitu Parlamentari beda nhar l-Erbgħa li għadda. Fid-diskors tiegħu waqt it-tieni qari tal-liġi dwar l-IVF, il-Prim Ministru Robert Abela spjega kif l-emendi, li qed jitressqu fl-ewwel 100 jum tal-leġiżlatura bħala wegħda elettorali, se jkunu qed iwessgħu l-proċeduri permessi mix-xjenza biex aktar familji jkollhom ferħ bit-twelid ta’ aktar trabi. Dlonk l-emendi tressqu fil-Parlament, id-dibattitu beda jitqanqal u l-Professur Brincat kellu appell ċar ħafna biex dan ikun wieħed oġġettiv. Tkompli f’paġna 4
Prof. Mark Brincat