KullHadd_12.06.2016

Page 1

ĦARSA LEJN L-ELEZZJONI FL-ISTATI UNITI Ara paġna 15

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 12 ta’ Ġunju, 2016

Ħarġa Nru 1,196 Prezz €1

IPPROVA JSIKKET WHISTLEBLOWER

PROVA JSIKKET WHISTLEBLOWER

CARDONA ELETT

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech lejlet l-elezzjoni kien mar ifittex lin-neputi ta’ George Farrugia, Chris Farrugia, biex dan jiddiżassoċja ruħu mill-istorja dwar l-iskandlu taż-żejt. Claudio Grech u kollega fis-segretarjat privat ta’ Austin Gatt, Bernard Pace, kienu marru jfittxu lil Chris Farrugia b’dan tal-aħħar jgħidlu li kien “qed jagħmel ħsara kbira lil Austin Gatt”. Din l-istqarrija fuq id-Deputat Nazzjonalista tinsab quddiem il-Qorti fi stqarrija b’ġurament li ġiet impoġġija fil-Qorti minn Chris Farrugia nniffsu.

Kienet atmosfera sabiħa lbieraħ filgħaxija dik fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, meta ftit qabel id-9.30pm tħabbar Deputat Mexxej Elett għallAffarijiet tal-Partit. Il-Ministru Chris Cardona ġie elett b’ 389 vot, jiġifieri 50 vot iktar mill-Ministru Owen Bonnici. It-total ta’ delegati li vvutaw ilbieraħ kien ta’ 737, li jammonta għal 95.6% tad-delegati. L-elezzjoni tal-bieraħ kienet bejn Chris Cardona u Owen Bonnici, wara li nhar il-Ġimgħa li għadda ħadd minnhom ma ġab l-ammont ta’ voti neċessarju biex ikun ikkonfermat bħala Deputat Mexxej. L-elezzjoni ta’ Chris Cardona qed tagħti bidu għal kapitlu ieħor fl-istorja tal-Partit Laburista.

Ara paġna 6

Ara paġni 6 u 13

SPIĊĊA JOSPITA ĊELEBRITAJIET KBAR BLA ĦSIEB

IR-RINNOVAZZJONI TAL-CRAFTS VILLAGE

IS-SENA D-DIEĦLA JIBDA X-XOGĦOL Sid ta’ ristorant fi Mġarr ix-Xini kellu l-opportunità li jospita diversi ċelebritajiet f ’sena waħda, fosthom Angelina Jolie, Raul Bova, Luke Evans u Michael Fassbender. Noel, sid il-ħanut, spjegalna kif qed tiżdied il-popolarità ta’ dan il-post mal-barranin u anke mal-Maltin.

Minn informazzjoni li għandha din il-gazzetta jirriżulta li fl-ewwel kwart tassena d-dieħla se jibdew ix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni tal-Crafts Village f ’Ta’ Qali. Dan il-proġett, li kien ilu snin twal imwiegħed minn gvernijiet preċedenti, huwa mmirat li jitlesta fi żmien tliet snin minn meta jibda x-xogħol.

Ara paġna 2

Ara paġna 4


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.