www.kullhadd.com Il-Ħadd, 12 ta’ Marzu, 2017
Ħarġa Nru 1,234 Prezz €1
BEPPE JIKKONFERMA L-ILLEGALI F’ODZ ERBA’ SNIN SUĊĊESS l-Awtorità tal-Ippjanar ftit tax-xhur wara li konna żvelajna dawn id-dettalji fil-KullĦadd u sa issa għadha mhix proċessata għax Beppe Fenech Adami ma jridx iħallas il-kont kif maħruġ mill-Awtorità. B’hekk, Fenech Adami, li l-ħin kollu jakkużana bilgideb, ikkonferma b’għemilu stess id-dettalji li kellna.
Q&A DIRETTA MAL-PRIM MINISTRU
QBIL LI PAJJIŻNA MEXA ‘L QUDDIEM BIDLA FID-DIREZZJONI LI SWIET TA’ ĠID
‘DONAZZJONIJIET’ TA’ €500,000 Il-gazzetta KullĦadd tinsab f ’pożizzjoni li tikkonferma li kienu €500,000 iddonazzjonijiet li DB Group ta lill-Partit Nazzjonalista f ’salarji u għotjiet. L-aħħar jiem raw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista f ’ċentru ta’ skandlu wara li sar magħruf li kien hu li ħoloq Skema Pagi PN li permezz tagħha negozjanti ħallsu s-salarji ta’ uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista. Busuttil ħareġ jgħid li din hi sitwazzjoni – ‘mess’ iddeskrivieha – li jrid inaddaf. Iżda, minflok irriżulta li ħoloqha hu.
B’hekk, wara snin jgħid li hu mhu fil-but ta’ ebda negozjant, issa nqabad li kien qed isejħilhom id-Dar Ċentrali u jitlobhom l-eluf biex ikopru l-ispejjeż b’mod li wassal biex qed ikun akkużat ukoll li kiser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti. F’din l-iskema hemm negozjanti oħrajn. Biex tħaddmet is-sistema li ħoloq Busuttil kienu qed joħorġu invoices foloz bil-Partit Laburista jibqa’ jisfidah salbieraħ biex jippubblikahom. Sfida li ma ntlaqgħetx.
NIŻVELAW L-AMMONT TA’ DONAZZJONIJIET MINN DB GĦALL-PARTIT NAZZJONALISTA FL-AĦĦAR FTIT SNIN ĠIMGĦA WARA LI QAL SE JAGĦTI LURA L-FLUS “MAĦMUĠIN”, SIMON BUSUTTIL GĦADU MA RRITORNAX ĊENTEŻMU Ara paġna 13
PASS PASS MA’ KIF ŻVILUPPA L-ISKANDLU SKEMA PAGI PN U KIF INQABAD BUSUTTIL Ara paġni 12, 14-15
paġni 7-9,28
Kważi sena wara li żvelajna li l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għandu illegalitajiet f ’ODZ, illum għandna konferma tiegħu nnifsu li dan hu l-każ. F’paġna 3 niżvelaw li applika biex jissanzjona u jirranġa partijiet mill-ġnien u ż-żona tal-pool lussuża fir-residenza tiegħu. Din l-applikazzjoni daħlet għand