KullHadd_11.12.2016

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 11 ta’ Diċembru, 2016

Ħarġa Nru 1,222 Prezz €1

‘APTIT’ TA’ TFAL MINFLOK TAL-MARA • STORJA TA’ FAMILJA FEJN IR-RAĠEL SPIĊĊA L-ĦABS Raġel li ma baqax ifittex il-mara wara li minn magħha kellu wild, spiċċa l-ħabs għax l-aptit sesswali tiegħu kien jissodisfah b’avvanzi lejn minorenni. F’xhieda filQorti l-mara tirrakkonta żwieġ diffiċli. Żwieġ li bdietu bħala vittma ta’ raġel vjolenti għax kien jixrob sakemm irrealizzat li fis-sodda kienet qed torqod ma’ pedofelu. Pedofelu li daħħal id-dar tifel ta’ 14-il sena u kien iraqqdu fil-kamra tas-sodda ma’ ibnu u li llum spiċċa f ’ċella f ’Kordin.

“PJAN” ZOPP • TNAQQIS FIT-TAXXA LI SPIĊĊA KREDITU

Paġna 4

TWEĠIBA PRONTA •L-GĦAN TAL-PROĠETT LI JMISS FIL-QASAM TAS-SAĦĦA Fil-bidu tas-sena d-dieħla se jiftaħ call centre maħsub biex jilqa’ t-telefonati ta’ dawk li jkunu qed ifittxu li jinqdew b’rabta ma’ xi servizz mis-sensiela offruti misservizz tas-saħħa primarja. Dan il-call centre li mistenni jkollu mal-elf telefonata kuljum għandu l-għan li s-servizz isir iktar effiċjenti għaliex sal-lum l-esperjenza ta’ ħafna hi li jdumu ma jaqbdu maċ-Ċentri tas-Saħħa fejn il-ħaddiema jkunu impenjati b’telefonati u b’nies quddiemhom.

Paġna 12

• ĊIFRI LI JVARJAW BL-ELUF • IL-PN BI PROPOSTI LI JEQIRDU ART ODZ Għaddew biss ġimagħtejn minn meta l-Partit Nazzjonalista nieda d-dokument dwar is-settur talħwienet u l-Partit Nazzjonalista spiċċa jiddefendih minflok jippromwovih. Dan għal diversi raġunijiet. Meta tnieda dan id-dokument intqal li kull self employed se jkollu t-taxxa mnaqqsa għal 10%. Però issa rriżulta li mhu se jkun hemm ebda tnaqqis dirett fit-taxxa. Minflok se jkun hemm kreditu li biex jingħata lis-self employed, dan irid jgħaddi minn diversi kriterji li fost oħrajn jirrikjedu investimenti min-naħa tiegħu li jistgħu jlaħħqu l-eluf ta’ ewro.

Fi ftit jiem, il-Partit Nazzjonalista spiċċa jiddefendi dik li skontu kienet l-aqwa proposta tiegħu. Saħansitra fil-Partit Nazzjonalista lanqas hemm qbil dwar kemm se jibbenefikaw minn din il-proposta. Ix-shadow minister Robert Arrigo qal li se jkun hemm 40,000 persuna, Claudio Grech qal 30,000 persuna u Simon Busuttil kull darba jibgħatna nfittxu fid-dokument fejn ma jingħad xejn. Bħalma ma jingħadx li waħda mill-proposti teqred żvilupp ta’ art ODZ. Dettall ieħor li qed jiżvela l-KullĦadd illum f ’paġna 5.

KORROTTI TAL-FUTBOL FIL-GRAWND •DISKUSSJONI BIEX MIN XAĦĦAM JITĦALLA BARRA L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Maltija, l-MFA, m’għandha ebda sistema kif nies li nstabu ħatja ta’ korruzzjoni filfutbol jinżammu barra mill-grawnds. B’nies li saħansitra nstabu ħatja ta’ korruzzjoni fil-futbol jidhru jħufu fi grawnds f ’diviżjonijiet differenti. Il-mod kif dawn jidħlu Ta’ Qali u postijiet oħra qishom mhux huma rriżulta minn xhieda fil-Qorti fl-aħħar jiem, filwaqt li l-Uffiċjal għall-Integrità tal-MFA, Frans Tabone, qal li qed ikunu kkunsidrati l-bidliet biex din is-sitwazzjoni tinbidel.

Qalilna li se jgawdu 40,000 persuna

Qalilna li se jgawdu 30,000 persuna

Qalilna naraw id-dokument, li ma jgħid xejn

Paġna 6


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.