KullHadd_11.09.2016

Page 1

ĦARSA LEJN IL-KAMPANJA GĦAS-SIGURTÀ FIT-TOROQ Ara paġna 7

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 11 ta’ Settembru, 2016

Ħarġa Nru 1,209 Prezz €1

L-GĦOŻŻA U L-ISFIDA TAL-CARER

• SODISFAZZJON BIL-PROĠETT TAL-LIVE IN CARER • PROPOSTI ĠODDA BIEX IL-PROĠETT IKUN IMSAĦĦAĦ • L-IKBAR SFIDA TIBQA’ LI JINSTABU L-CARERS Qed ikun ikkunsidrat li l-proġett tal-live in carer ikun estiż għal iktar persuni u saret ukoll proposta li jiżdied l-ammont ta’ flus li jibbenefikaw minnu dawk li jagħżlu li jidħlu fl-iskema li permezz tagħha jkollhom carer id-dar. Bl-ispiża tal-carer tkun maqsuma bejn l-anzjan, jew il-familja tiegħu, u l-Gvern li jikkontribwixxi nofs paga minima. Fil-fatt, sal-lum qed ikun meqjus bħala suċċess il-proġett tal-live

in carer li tnieda fil-baġit tas-sena li għaddiet. Dan għax l-interess kien wieħed sostanzjali. Però, l-ikbar sfida tibqa’ dik li jinstabu carers biżżejjed, bis-Segretarjat Parlamentari jara li jorganizza iktar korsijiet filwaqt li se ssir sejħa ta’ interess biex dawk il-carers li jixtiequ jagħmlu dan ix-xogħol iniżżlu isimhom għand id-Dipartiment tal-Anzjani. Ara paġna 4

IL-PM MUSCAT F’LAQGĦAT MA’ IKTAR MEXXEJJA EWROPEJ

Ara paġna 3

11-IL ISQOF MALTI MADWAR ID-DINJA Il-ħatra ta’ Monsinjur Carmelo Zammit bħala Isqof ta’ Ġibiltà tfisser li llum hawn 11-il isqof Malti madwar id-dinja. L-isqfijiet Maltin li huma mxerrdin ma’ kull kontinent juru kif, minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, huwa spiss li l-Vatikan jitfa’ ħarstu fuq saċerdoti Maltin biex ikunu ragħajja spiritwali ta’ komunitajiet diversi. Wieħed minn dawn l-isqfijiet, George Frendo, argumenta li dan juri li aħna l-Maltin għandna ħafna x’noffru lid-dinja Nisranija u l-Knisja Kattolika Maltija hija kbira ferm. “Meta aħna nsiru saċerdoti, inżommu quddiem għajnejna mhux biss il-Knisja f ’Malta, imma l-fatt li aħna membri ta’ Knisja waħda li hija l-istess madwar id-dinja,” iddikjara l-Isqof ta’ Durres u Tirana fl-Albanija. Ara paġna 6

KIRJA BIL-METRU KWADRU • PROPOSTA TA’ PROFESSUR TAL-UNIVERSITÀ Il-Professur Vincent Buhagiar, Perit u Kap tad-Dipartiment tad-Disinn Ambjentali fi ħdan il-Fakultà talAmbjent Mibni fl-Università ta’ Malta, qed jipproponi li, quddiem l-isfida ta’ kirjiet dejjem jogħlew, tkun applikata rata għal kull metru kwadru. Bħalissa s-suq tal-proprjetà jinsab għaddej tajjeb ħafna, anke grazzi għall-klima ekonomika li hawn fil-pajjiż, iżda dan qed ippoġġi ċerti pressjonijiet fuq xi familji tant li saħansitra kien il-Prim Ministru li flaħħar xhur tkellem dwar il-ħtieġa li din

il-kwistjoni tkun indirizzata. Hemm diversi proposti li qed isiru u kull waħda tiġi b’vantaġġi u żvantaġġi. F’dan il-każ, il-Professur Buhagiar qed jgħid li hemm diversi fatturi li jiddeterminaw il-kirja. Fost dawn hemm: il-post talakkomodazzjoni, jekk jinstabx fiċ-ċentru ta’ xi belt jew raħal; it-tip ta’ proprjetà, il-livell ta’ finishes u jekk l-għamara hix moderna jew antika; u l-Energy Performance Certificate (EPC). Ara paġni 8 u 9


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.