KullĦadd_11.08.2019

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd 11 ta’ Awwissu, 2019

Ħarġa Nru 1,361

Prezz €1

10,000 SIĠRA F’SENA

Is-sena li għaddiet kienet sena rekord għat-tħawwil tas-siġar bl-istatistika turi li filwaqt li mill-2014 tħawlu 23,000 siġra, l-2018 u l-2019 se jkunu l-iktar, bil-Gvern iżomm l-impenn tiegħu ta’ siġra għal kull wild u issa wkoll siġra għal kull karozza importata.

Ara paġna 4

MIN-NET SE JITLAQ IL-KAP TAL-PROGRAMMI Il-Gvern Malti u l-Gvern Amerikan f’dikjarazzjoni konġunta li timmarka kemm tjiebu r-relazzjonijiet fl-aħħar tliet snin.

Ara paġna 7

Ara paġna 6

L-IKBAR MIDDLE CLASS FL-EWROPA Malta huwa l-iktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea fejn in-nies iħossuhom jagħmlu parti minn dik li tissejjaħ middle class. F’pubblikazzjoni din il-ġimgħa l-Unjoni Ewropea wriet kif 75% tal-Maltin iħossuhom jagħmlu parti minn din il-parti tas-soċjetà. Iktar minn hekk din is-sena kien hemm 16% iktar li wieġbu li jħossuhom bħala parti mill-middle class. B’75% jfisser li Malta għandha l-ikbar middle class fl-Ewropa bil-medja Ewropea tkun ta’ 46%. Riżultati b’saħħithom f’din l-istatistika kien hemm ukoll il-pajjiżi Skandinavi. Dan ir-riżultat, bħala parti mill-Eurobarometer, ħareġ fl-istess ġimgħat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wera li naqas il-faqar. Ara paġni 3 u 9


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.