Kullhadd 11.08.2013

Page 18

Ta’ Barra

11.08.2013

17

Ross modifikat u buRgeR aRtifiÇjali

Riskju jew benefiÇÇju?

Xjentisti fil-Filippini waslu biex jippreΩentaw tip ta’ ross li huwa ©enetikament modifikat u li fih il-Beta Carotene, li huwa sors ta’ Vitamina A. Dan ir-ross, li qed ji©i esperimentat f’pajjiΩi o˙ra b˙all-Bangladexx, mistenni jsolvi problemi ta’ malnutrizzjoni li qed inaqqsu l-immunità u jwasslu biex wie˙ed jag˙ma. Dan l-iΩvilupp qed ise˙˙ fl-istess waqt li ©ie prodott l-ewwel burger tad-dinja mag˙mul artifiçjalment f’laboratorju permezz ta’ ftit çelloli li ttie˙du minn baqra. RITIANNE AGIUS tag˙ti ˙arsa lejn il-fenomenu tal-ikel ©enetikament modifikat u l-ikel mag˙mul artifiçjalment. X’inhi d-differenza bejniethom? X’futur qed jippreΩentaw? G˙andhom jitqiesu b˙ala riskju, jew benefiççju g˙all-ambjent u l-umanità? Ross modifikat – soluzzjoni g˙all-malnutrizzjoni? Il-fenomenu tar-Ross Dehbieni (Golden Rice) jaf il-bidu tieg˙u lejn l-a˙˙ar tas-snin disg˙in, meta xjentisti mill-IΩvizzera u lÌermanja bdew jimmodifikaw il-©enetika tar-ross biex jibda jinkludi fih il-Beta Carotene. Dawn kienu juΩaw in-narçis b˙ala sors biex imbag˙ad jittrasferixxu l-Beta Carotene fuq ir-ross. IΩda iktar tard ix-xjentisti sabu li huwa iktar ta’ benefiççju li din ti©i trasferita minn fuq ilqam˙, kif fil-fatt qed isir illum. S’issa l-pajjiΩi li g˙alihom kien qed ji©i esperimentat dan irross kienu l-Filippini u lBangladexx. Mhux eskluΩ li, jekk dan ir-ross ikun suççess, fil-futur jibda jintuΩa wkoll minn pajjiΩi o˙ra li huma sottoΩviluppati u li g˙andhom problemi kbar ta’ malnutrizzjoni. L-esperimentazzjonijiet qed isiru mill-Istitut g˙arRiçerka tar-Ross Internazzjonali (IRRI), li f’April 2011 ing˙ataw madwar €7.5 miljun mill-Fondazzjoni ta’ Bill u Melinda Gates biex jiΩviluppaw dan it-tip ta’ ross g˙allBangladexx u l-Filippini. Fil-Bagladexx 20% tat-tfal u 24% tan-nisa tqal isofru minn nuqqas ta’ Vitamina A, filwaqt li fil-Filippini hemm 15% tat-tfal u 10% tan-nisa tqal bl-istess kundizzjoni. Ir-ross modifikat, fil-kaΩ talFilippini, se ji©i ppreΩentat lillawtoritajiet tal-pajjiΩ g˙all-evalwazzjoni fil-©img˙at li ©ejjin, u huwa mistenni li dan jibda jinΩera’ fl-g˙elieqi mis-sena ddie˙la. Madankollu, huma r-regolaturi nazzjonali li jridu jag˙tu l-

permess finali. Is-sena li g˙addiet idda˙˙al g˙all-ewwel darba dan ir-ross filBangladexx, fejn beda jinΩera’ f’ambjent ikkontrollat biex iktar tard ji©i evalwat. L-IRRI kkonfermat li, meta jid˙ol fis-suq dan ir-ross, jibda j©ib l-istess prezz tar-ross normali, u li ma kinitx se ΩΩomm id-drittijiet fuq dan ir-ross. Dan ifisser li ©aladarba r-ross ikun approvat mill-awtoritajiet tal-pajjiΩ, il-bdiewa kollha jistg˙u jiΩirg˙u l-g˙elieqi tag˙hom bih b’mod ˙ieles. Filwaqt li dan l-avvanz fil©enetika tar-ross jidher li huwa inizjattiva ©enwina li verament se tkun qed ittaffi l-problemi ta’ malnutrizzjoni u l-mard li dan i©ib mieg˙u, xorta hemm min qed jesprimi t˙assib rigward dan ir-ross. Peress li r-ross jittiekel minn iktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja, u˙ud qed jg˙idu li dan huwa wisq prezzjuΩ biex ji©i mbag˙bas, u ’l quddiem jista’ jikkontamina l-varjetà ta’ ross normali. Kelliem g˙al Greenpeace sa˙aq li s-soluzzjoni ma kinitx qieg˙da fil-modifikazzjoni ©enetika tar-ross, imma f’iktar g˙ajnuna mill-Gvern lill-bdiewa biex dawn jikkultivaw prodotti varji fl-g˙elieqi tag˙hom. La˙am artifiçjali – soluzzjoni g˙aΩ-Ωieda fil-popolazzjoni? Fl-a˙˙ar jiem ˙ar©et ukoll la˙bar li kien in˙oloq burger artifiçjali minn ftit çelloli ta’ baqra mejta. Minkejja li dan ilburger ©ie jiswa €250,000 biex in˙oloq fil-laboratorju, ix-xjentisti qed jg˙idu li dan huwa ssoluzzjoni g˙all-popolazzjoni li qieg˙da dejjem tiΩdied.

Skont il-Ìnus Mag˙quda, f’40 sena l-popolazzjoni dinjija se til˙aq disa’ biljun persuna. IrriΩorsi di©à huma limitati, u dawn mhumiex se jla˙˙qu ma’ daqstant produzzjoni ta’ la˙am. Dan se jwassal biex il-la˙am jog˙la ˙afna u ftit ikunu jifil˙u jixtruh. Biex iç-çanga tin˙oloq b’mod artifiçjali, m’hemmx bΩonn li jinqatlu ˙afna baqar, u lammont ta’ baqar li jitrabbew ikun ˙afna inqas. Dan g˙andu diversi benefiççji. L-ewwel nett jonqos il-gass methane, li ji©i prodott mill-baqar u jag˙mel ˙sara lill-atmosfera. It-tieni benefiççju huwa li jonqos l-ammont ta’ art li hemm bΩonn biex jittrabbew il-baqar, u g˙alhekk ji©u salvagwardjati l-foresti. Il-la˙am artifiçjali g˙andu bΩonn 99% ta’ art inqas biex ji©i prodott. It-tielet benefiççju huwa li l-baqar ma ji©ux imrobbija g˙all-qatla, u g˙alhekk m’hemmx bΩonn ta’ biedja intensiva. Il-burger artifiçjali n˙oloq billi ttie˙du l-istem cells ta’ baqra, li tpo©©ew f’ta˙lita apposta ta’ nutrijenti li ppermettiet li dawn iç-çelloli jikbru fi strippi ta’ muskoli, li jiççaqilqu b˙al muskoli normali. Il-Prof. Mark Post, li ivvinta dan il-burger, qal li huwa possibbli li ji©i miΩjud ftit xa˙am biex il-la˙am ikun iktar tajjeb, kif ukoll nutrijenti biex ikollu valur ta’ nutrijenti daqs il-la˙am normali, u anke iktar. Fost dawk li fa˙˙ru din l-inizjattiva kien hemm il-PETA, li qalu li dan il-pro©ett huwa aççettabbli jekk se jissarraf f’inqas qtil ta’ baqar. IΩda xjentisti o˙ra esprimew dubji u t˙assib dwar kemm

dan il-la˙am artifiçjali jista’ verament jie˙u post il-la˙am proprju. Il-Prof. Martin Clynes qal li huwa diffiçli biex dan it-tip ta’ la˙am ji©i prodott bil-massa, u g˙alkemm huwa avvanz teknolo©iku, hemm dubju kemm huwa vijabbli ekonomikament. Il-Prof. Frank Barry stqarr li la˙am li ji©i mag˙mul f’laboratorju huwa suxxettibbli g˙all-kontaminazzjoni minn batterji u moffa, u g˙alhekk ikollhom bΩonn jintuΩaw lantibijotiçi, li Ωgur mhumiex ideali biex jittieklu min-nies. IΩda minkejja kollox, il-Prof. Post jemmen li dan l-esperiment se jirnexxi. Post mhuwiex wa˙du f’din il-˙olma, hekk kif attwalment xjentisti o˙ra qed jippruvaw jo˙olqu l-la˙am permezz ta’ 3D printer. Eku tal-kontroversja fuq likel ta’ Monsanto F’Mejju li g˙adda saret protesta fil-Belt Valletta b˙ala parti minn protesta globali kontra lkumpannija Amerikana Monsanto li qed tipproduçi ikel ©enetikament modifikat. Ir-riçerka qed turi li dan l-ikel mhux biss jag˙mel ˙afna ˙sara g˙as-sa˙˙a tal-bniedem, iΩda jista’ jkollu wkoll effetti detrimentali fuq l-ambjent. L-ikel ta’ din il-kumpannija huwa kemxejn differenti mirross modifikat li qed ji©i prodott mill-IRRI. BiΩΩejjed wie˙ed jg˙id li Monsanto tirriserva d-drittijiet fuq l-ikel li tipproduçi. Dan ifisser li jekk iΩ-Ωerrieg˙a ttir u tikber f’g˙elieqi ta’ bdiewa li ma jkunux awtorizzati mill-Monsanto, dawn jistg˙u jitressqu quddiem il-Qorti

akkuΩati b’xi ˙a©a li huma ftit li xejn jistg˙u jikkontrollaw. Il-motto tal-kumpannija Monsanto huwa ‘ producing more, conserving more, improving lives’. Fil-fatt, jekk wie˙ed jag˙ti titwila lejn is-sit elettroniku talkumpannija, wie˙ed iktar jie˙u l-impressjoni li din hija xi NGO favur l-ambjent,milli kumpannija multinazzjonali li qed ti©i akkuΩata bi produzzjoni ta’ prodotti detrimentali g˙allambjent u l-bniedem. Madankollu, ir-riçerka qed turi li l-prodotti ta’ Monsanto jistg˙u jwasslu g˙al mard serju b˙al kançer, infertilità u diΩabbiltajiet fit-trabi li jitwieldu. F’Marzu li g˙adda l-Kungress Amerikan g˙adda li©i baxx baxx li tipprote©i lill-kumpanniji li jipproduçu ikel ©enetikament modifikat minn azzjoni legali fil-konfront tag˙hom, anke f’kaΩ li dan l-ikel ikun ta’ detriment g˙as-sa˙˙a. Din il-li©i ©iet meqjusa minn gruppi li qed jikkampanjaw kontra dan l-ikel b˙ala wa˙da li n˙olqot speçifikament g˙allkumpannija Monsanto, u g˙alhekk laqqmu lil din il-li©i b˙ala l-‘Montsanto Protection Act’. Il-kontroversja fuq din ilkwistjoni tkompli tikber peress li l-Amministrazzjoni Amerikana g˙all-Ikel u l-Mediçini (FDA), li suppost tissalvagwardja s-sigurtà taç-çittadini b’rabta mal-ikel u l-mediçini, qed titmexxa minn eksuffiççjali tal-kumpannija Monsanto. Dan bla dubju jo˙loq konflitt ta’ interess qawwi, u jista’ jispjega r-ra©uni li g˙aliha saret ftit li xejn riçerka mill-Gvern Amerikan fuq l-effetti fit-tul ta’ dan l-ikel.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.