www.kullhadd.com Il-Ħadd, 11 ta’ Ġunju, 2017
Ħarġa Nru 1,248 Prezz €1
• TMIEN REBĦIET ELETTORALI KBAR • MUSCAT BL-IKBAR DISTAKK TA’ VOTI PERSONALI BEJN ŻEWĠ MEXXEJJA • FIĊ-ĊELEBRAZZJONI FUQ IL-FOSOS WIEĠEB B’DISKORS UMLI Analiżi tal-gazzetta KullĦadd turi kif kemm ilu Mexxej Laburista Joseph Muscat għamel tmien rebħiet elettorali fejn il-Partit Laburista u l-moviment li nbena madwaru dejjem kisbu appoġġ ta’ madwar 55% talvoti bid-differenza fil-persentaġġi mal-Partit Nazzjonalista tvarja bejn l-10% u 15%. Distakk li huwa wieħed enormi bil-kejl ta’ kif konna drajna jintrebħu l-elezzjonijiet f’Malta. Iktar minn hekk jirriżulta wkoll li Joseph Muscat għandu l-ikbar distakk ma’ mexxej ieħor f’dawk li huma preferenzi personali fl-ewwel għadd. Quddiem dawn ir-riżultati bla preċedent, f’mass meeting biex tkun iċċelebrata r-rebħa tat-3 ta’ Ġunju, Joseph Muscat enfasizza li jrid jibqa’ jservi b’umiltà.
REKORDS ELETTORALI Ara paġni 4 sa 9
SE TIĦRAX IL-KAMPANJA BIEX JIBQA’ BUSUTTIL • CLAUDIO GRECH U CHRIS SAID JISTENNEW • COMODINI CACHIA TIKKUNSIDRA LI TKUN VIĊI KAP Id-deputati Claudio Grech u Chris Said huma interessanti sew fil-kariga ta’ mexxej tal-Partit Nazzjonalista. Iżda, qed iżommu kawti quddiem il-kampanja li qed tkun ikkordinata mill-establishment fid-Dar Ċentrali biex Simon Busuttil jiddikjara li se jerġa’ jkun qed jikkontesta għall-kap. Din il-kampanja mistennija tiħrax fil-jiem li ġejjin b’iktar deputati jużaw il-gazzetti jew il-profil tagħhom fuq Facebook biex jiddikjaraw il-ħsieb tagħhom li Busuttil għandu jibqa’ kap. Jekk Busuttil jibqa’ kap, Therese Comodini Cachia hija interessata ferm li ssir Viċi Kap, u kien proprju xħin fid-Dar Ċentrali ħraxu l-manuvri favur Simon Busuttil li hi ddeċidiet li tibqa’ Malta u ma tmurx Brussell. Intant, Roberta Metsola tibqa’ l-kandidata favorita tal-establishment kemm–il darba Busuttil jitlaq. Ara paġna 10