KullHadd_11.02.2018

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 11 ta’ Frar, 2018

Ħarġa Nru 1,283 Prezz €1

ESKLUSSIVA

ŻAMM NEGOZJU LI QAL LI SE JNEĦĦI Adrian Delia żamm in-negozju li qal li se jneħħi meta kien qed jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Minkejja li għaddew sitt xhur millħatra Delia baqa’ azzjonist ta’ sitt kumpaniji, fosthom Aequitas Legal li permezz tagħha kien iddikjara li jdaħħal €210 fis-siegħa u li ħadet kuntratti u direct orders minn gvernijiet tal-PN. Ara paġna 9

Id-dokumenti tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji li juru li Adrian Delia ma żammx kelmtu

ĦOLOQ GRUPP BIEX TIEĦU LIFT

Matthew Vella, student tal-mediċina ta’ 22 sena, ħoloq grupp fuq Facebook maħsub biex wieħed jiddobba lift u diġà fih 5,000 membru. L-idea tal-carpooling hi waħda li nisimgħu ħafna dwarha u Vella mar mill-kliem għall-fatti għax kif jispjega f ’intervista mal-gazzetta KullĦadd għalih huma biss skużi ċerti dikjarazzjonijiet ta’ dawk li jfittxu kull raġuni biex ma jiħdux sehem u jkomplu jżidu mal-problema tat-traffiku.

Ara paġni 10-11

Ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna ħadet imbuttatura oħra ’l quddiem b’rapport ta’ Fitch Ratings li reġgħu kkonfermaw lil pajjiżna f’kategorija A u li qed ibassru li Malta se tkompli tikseb riżultati pożittivi.

Ara paġna 6


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.