IL-FLAKKA SE SSIR ILLEGALI www.kullhadd.com Il-Ħadd, 10 ta’ Diċembru, 2017
Ħarġa Nru 1,274 Prezz €1
€210 FIS-SIEGĦA META MA ĦALLASX IT-TAXXA
Droga li tista’ jkollha konsegwenzi koroh ħafna, saħansitra fatali, se ssir illegali b’bidliet fil-liġi li se jsiru fil-jiem li ġejjin. Ara paġna 4
ATTAKK FUQ L-ISTAT MALTI
F’xhieda li ta f’kawża li fetaħ il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, u s-sieħeb tiegħu fin-negozju Georg Sapiano ntqal li fl-avukatura Delia kien qed idaħħal €210 fis-siegħa. Dan f’ġurnata xogħol li ddum 10 sigħat. Iċ-ċifri li ssemmew f’din il-kawża komplew jitfgħu pressjoni fuq Adrian Delia li waħda millewwel kriżijiet li iffaċċja u qed jiffaċċja fit-tmexxija tal-PN hemm dik li ma kienx ħallas it-taxxa. Dan minkejja dan id-dħul fenomenali!
Ara paġna 6
INKOMPLU NISSAĦĦU
Il-Partit Laburista se jkun qed isaħħaħ il-ħidma tiegħu filwaqt li jibqa’ għaddej minn proċess ta’ tiġdid politiku kontinwu. Iżda, biex dan isir hemm bżonn ukoll l-appoġġ finanzjarju tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Bis-sostenn li l-poplu ta lill-Partit Laburista fl-aħħar snin, illum pajjiżna għandu Gvern imexxi bi pjan, li wassal biex Malta kisbet suċċessi bla preċedent u tinsab l-ewwel f ’diversi oqsma. Għaldaqstant dan l-appell qed jerġa’ jsir illum. Int tista’ tgħin biex il-Partit Laburista jibqa’ l-iktar forza politika rilevanti f ’pajjiżna. Ara paġni 10 u 11
L-akkuża bla bażi li l-investigazzjonijiet fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia m’għandhomx jinvolvu awtoritajiet Maltin kienet deskritta bħala attakk fuq l-istat Malti. Dan l-attakk sar minn kumpanija ta’ avukati barranin li qalu li tkellmu f ’isem il-familja Caruana Galizia. Ara paġni 13 - 16
€12,000 INQAS F’PAGA, IŻDA L-ISTESS MANTENIMENT
Raġel li talab li jħallas inqas manteniment għax minn paga ta’ madwar €28,000 spiċċa bi dħul ta’ madwar €16,000 ma ġabhiex żewġ. Il-Qorti tagħmel kunsiderazzjonijiet oħra minbarra d-dħul meta tiddeċiedi manteniment. Ara paġna 3