www.kullhadd.com Il-Ħadd, 10 ta’ Settembru, 2017
Ħarġa Nru 1,261 Prezz €1
SAID WAQAF LIL BUSUTTIL • HU SIMON BUSUTTIL LI QED JINSISTI MIEGĦU BIEX IĊEDI U JIRTIRA • IL-VERITÀ HI LI DELIA JRIDU JIBQA’ FIT-TELLIEQA; IKTAR FAĊLI JĠIB 50% MILLI 66% • SAID QED JGĦID LI BUSUTTIL MESSU M’APPOĠĠJAX LIL PERICI CALASCIONE Tagħrif esklussiv li għandha din il-gazzetta jgħid li huwa Simon Busuttil li qed ikompli jagħmel pressjoni fuq Chris Said biex jirtira mit-tellieqa tal-Partit Nazzjonalista u mhux Adrian Delia. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista sostnew li għalkemm seta’ kien hemm min, bħal Frank Portelli, tkellem dwar l-idea li Said jaċċetta kariga oħra u jirtira mittellieqa għall-kap, din hi l-aħħar ħaġa li jrid it-tim li qed imexxi l-kampanja ta’ Adrian Delia. Għax Adrian Delia jaf li iktar faċli jġib 55% milli s-66% li jkollu bżonn jekk itellaq waħdu. Saħansitra kien hemm nies bħal Manuel Delia, il-blogger, attivist u eks kandidat parti mill-klikka ta’ Daphne Caruana Galizia, li ssuġġerew li Said għandu jirtira. Iżda, hu ma jridx jaf. Ladarba ma kienx appoġġjat bħala l-kandidat favorit ta’ Busuttil u ta’ madwaru u għalhekk tellfulu ċ-ċans li joħroġ l-ewwel fil-Kunsill Ġenerali, issa qed iwebbes rasu. Ara paġna 5
IKTAR NIES B’SENTENZI KRIMINALI MADWAR DELIA Qed joħorġu iktar fid-dieher aħbarijiet dwar nies b’mistoqsijiet dwar il-kondotta tagħhom u li Adrian Delia ddawwar bihom. Illum niżvelaw każ ieħor fost id-diversi li hemm. Dan l-għada li l-eks editur tat-Times Lawrence Grech qal: “Ma ninsewx ukoll li Dr Delia għandu dell fuqu li dan ġie l-kumitat tal-etika u ssuġġerixxa li dan jerġa’ jaħsibha. Hu naturalment… qalilhom li hu ma jimpurtahx, jien se nibqa’ għaddej, imma di fatti se jibqgħu ċerti domandi fuqu u għadu ma klirjahomx.” Ara paġna 4
100 MILL-AQWA Il-gazzetta KullĦadd timmarka l-ewwel 100 jum tal-Gvern b’suppliment speċjali ta’ 28 paġna. B’intervista mal-Prim Ministru Joseph Muscat, l-opinjoni ta’ dawk li jsegwu mill-qrib dak li għaddej f’pajjiżna u l-ħarsa lejn il-ħidma li saret minn kull Ministeru nistgħu nikkonkludu li dawn kienu 100 jum mill-aqwa. Ara paġni 11-38
Kronaka
RAĠEL IMUT BL-ARMA TIEGĦU STESS Ara paġna 9