KullĦadd 10.07.2022

Page 1

Il-Ħadd, 10 ta’ Lulju, 2022

IL-GVERN MALTI BL-IKBAR SOSTENN Qed ikompli jirriżulta kif quddiem l-ikbar sfidi internazzjonali l-Gvern Malti qed jaġixxi b’inizjattivi li huma fost l-iktar b’saħħithom fil-kontinent Ewropew. Analiżi li għamlet din il-gazzetta tixhed kif issa pajjiżna ilu 110 ġimgħat bil-prezz tal-fuel stabbli, prezz li meta mqabbel mal-medja u pajjiżi oħra Ewropej hemm differenza kbira. Differenza li għalkemm fl-analiżi u fuq il-karta tidher sewwa, diversi Maltin qed jitkellmu kif meta jmorru lil hinn minn xtutna għal xi btala qed jifhmu sew kemm tinħass id-differenza f’dak li jħallsu huma u dak li jitħallas fl-Ewropa. Għal dan il-għan il-Gvern qed jinvesti mijiet ta’ miljuni ta’ ewro. Fl-istess ħin li l-Gvern għaddej b’dan kollu, stħarriġ riċenti Ewropew ipoġġi lil Malta f’qagħda tajba matul il-pandemija fejn il-kura medika kienet waħda b’saħħitha u ċ-ċittadini kienu fost l-iktar megħjuna biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tagħhom. U filwaqt li s-sitwazzjoni f’pajjiżna tibqa’ fost l-aħjar fl-Unjoni Ewropea b’saħansitra l-inqas rata ta’ inflazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara din il-ġimgħa fil-Parlament li l-Gvern jaħseb ta’ kuljum fuq din l-isfida u għalhekk jibqa’ jieħu numru ta’ deċiżjonijiet li saħansitra ta elenku tagħhom u li kieku ma ġrawx iddaqqa fuq l-għoli talħajja kienet tlaħħaq dik ta’ pajjiżi oħra.

Ara paġni 6,14 u 15

Ħarġa Nru 1,513

Prezz €1

SKEMA LI QED TĦALLI L-FROTT

100 JUM LI KOMPLEW B’RIŻENJI U FIRDIET

Ara paġna 3

ROBERT ABELA SEMA’ U GĦEN “Meta tkellimna l-ewwel darba mal-Prim Ministru Robert Abela semagħna u tana kelma li se jgħinna.” Kienet din id-dikjarazzjoni ta’ koppja li l-bidla fil-liġi tal-IVF tagħtiha tama ġdida u li mal-gazzetta KullĦadd tkellmet dwar kif dawn l-emendi għamlulha kuraġġ kbir. Ftit ġimgħat wara l-elezzjoni ġenerali, kif imwiegħed, tressqu l-emendi legali u minn hemm segwiet diskussjoni politika mqanqla. Għalkemm kull darba l-iktar li spikka kien meta tkellmu l-persuni mġarrba.

Min jgħid li ma jaqbilx mal-IVF jew li l-PGT-M huwa kapriċċ qiegħed ikun insensittiv ma’ ħafna koppji

Fallew attentati ddisprati biex il-grupp tal-Partit Nazzjonalista jidher magħqud. Fil-Parlament, ilKap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech għamel sal-aħħar mument jibgħat għad-deputati. Iżda, finalment xorta ma wasalx, bid-deputati urtati għall-mod kif l-ewwel tahom x’jifhmu kif xtaqu skont ma’ min kien qed jitkellem, imbagħad meta ġie l-mument tal-vot giddibhom fuq it-talba għallfree vote. Biex proprju fil-100 jum mill-bidu ta’ Gvern ġdid, l-Oppożizzjoni kompliet fejn kienet, ma tafx fejn hi magħha nnifisha.

“Min jgħid li ma jaqbilx mal-IVF jew li l-PGT-M huwa kapriċċ qiegħed ikun insensittiv ma’ ħafna koppji li forsi preżentament mhumiex b’saħħithom biżżejjed biex jegħlbu dawn l-isfidi u qed jiġġieldu din it-tbatija, fis-skiet ta’ darhom,” qalet din il-koppja ma’ din il-gazzetta.

Ara paġni 4 u 5

Ara paġna 7


02

10.07.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 30°C L-Inqas Temperatura: 22°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq il-Baħar Irlandiż sa fuq Franza u l-Libja. It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Grigal li jsir ħafif millPunent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 27°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

32°C UV 11

23°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

33°C UV 11

23°C

Il-Ġimgħa

34°C UV 11

23°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

33°C UV 10

24°C

34°C UV 11

24°C

35°C UV 11

25°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta ­— 21245135 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun — 21236477 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi — 21487162 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara — 21496089 Brown’s Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann — 21373275 Brown’s Pharmacy, Retail Outlet, Level 0, 135, Central Business Centre, San Ġiljan — 21333886 Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema — 21338369 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Trasfigurazzjoni, Ħal Lija — 21435875 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta — 21433833 Health & Co Pharmacy, Triq l-Erba’ Mwieżeb, San Pawl il-Baħar — 79790119 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija — 21677037 Pillhouse Pharmacy, 200, Triq il-Merħba, Il-Fgura — 21803008 Polymer St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar — 21663750 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa — 21651031 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop — 21641328 Remedies Pharmaacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida — 21346547 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat — 21455479 Għawdex Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat — ­ 21556170 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem ­—27203615 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

10.07.2022

126 PERSUNA JSIRU SIDIEN TA’ DAR BL-EQUITY SHARING L-ebda soċjetà mhi statika u huwa ċar li dik Maltija nbidlet sostanzjalment matul is-snin. Soċjetà dejjem tinbidel tirrikjedi soluzzjonijiet differenti għal sfidi differenti, sfidi li jitfaċċaw b’mod konsistenti f’kull soċjetà, fosthom dawk marbuta mal-akkomodazzjoni. Sfida soċjali li f’pajjiżna spikkat fis-snin riċenti kienet dik ta’ persuni, b’mod partikolari ommijiet, li fi stadji differenti ta’ ħajjithom isibu diffikultà li jaċċessaw akkomodazzjoni adegwata għalihom u għal uliedhom. Sitwazzjoni li tkun aktar diffiċli meta l-persuna tkun qabżet l-età ta’ 40 sena u li kawża ta’ realtajiet partikolari ssib diffikultà tixtri r-residenza tagħha. Primarjament dawn l-individwi jsibu diffikultà għaliex minkejja li jkollhom flus imfaddla ma jkunux biżżejjed biex il-bank jgħinhom jixtru proprjetà. Kien għalhekk li fl-2019, il-Gvern introduċa l-iskema Equity Sharing li tkopri sa nofs l-ammont tas-self mingħand il-bank biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jsiru sidien ta’ darhom. Dwar ir-riżultati ta’ din l-iskema, din il-gazzetta tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay li spjega kif llum li għaddew issnin mit-tħaddim ta’ din l-iskema, aktar persuni setgħu jsiru sidien ta’ darhom. “Illum li għaddew tliet snin minn mindu varajna din l-inizjattiva, nafu biċ-ċert li l-għanijiet ewlenin ta’ din l-iskema qegħdin jintlaħqu. Tul dan il-perjodu kellna 126 persuna li saru sidien ta’ darhom permezz ta’ din l-iskema. Minnhom 31 kienu ġenituri separati miż-żwieġ. Minn dawn il-ġenituri, 26 kienu nisa, bl-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-42 sena u s-57 sena. Mhuwiex sigriet li ta’ dawn l-etajiet huwa diffiċli ħafna biex banek kummerċjali jagħtu self li jlaħħaq mal-prezzijiet medji fis-suq tal-proprjetà minħabba l-perjodu qasir li jkollha persuna biex

Illum li għaddew tliet snin minn mindu varajna din l-inizjattiva, nafu biċċert li l-għanijiet ewlenin ta’ din l-iskema qegħdin jintlaħqu

tħallas lura dan is-self meta mqabbel ma’ xerrejja aktar żgħar fl-età.” Il-Kap Eżekuttiv tenna li dawn l-istejjer ta’ suċċess jindikaw li meta l-Istat jidħol fi sħab mal-privat, jistgħu jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli għal ċerti realtajiet li s-suq ma jkunx qed jindirizza, b’mod partikolari dawk ta’ nisa li sal-lum ma setgħux isiru sidien ta’ darhom u li llum huma l-maġġoranza tal-benefiċjarji ta’ din l-iskema. “Illum aktar u aktar nisa qegħdin jipparteċipaw fissuq tax-xogħol u inizjattivi bħaċ-childcare b’xejn lil kull ġenitur qegħdin jagħtu ferm aktar indipendenza finanzjarja lin-nisa Maltin u Għawdxin. Però jkun ta’ għajb għalina li ninjoraw ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ nisa li ma kellhomx dawn l-għajnuniet u li kienu jsibu diversi ostakli biex jaħdmu u jrabbu familja fl-istess waqt. Ma nistgħux nieħdu r-riskju li nħallu lil dan il-grupp tal-popolazzjoni Maltija u Għawdxija jaqbad it-triq lejn l-esklużjoni soċjali fil-mument delikat ta’ wara s-separazzjoni jew divorzju.” Il-ħidma tal-Gvern fis-settur tal-akkomodazzjoni ma waqfitx mal-introduzzjoni ta’ skemi bħal dawn, iżda indirizzat ukoll sfidi li tħallew fuq l-ixkaffa għal

Il-ħidma tagħna biex is-suq tal-proprjetà jibqa’ wieħed aċċessibbli għal kulħadd hija waħda mill-pedamenti li fuqhom qegħdin nibbażaw il-viżjoni tagħna

snin twal. Soluzzjonijiet għal sfidi li llum qegħdin joffru alternattiva ta’ akkomodazzjoni adegwata lil eluf ta’ familji. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay irrefera fost oħrajn għas-suq tal-kiri tal-proprjetà li bir-riformi li kellu l-kuraġġ jagħmel dan ilGvern illum huwa suq li joffri saqaf diċenti lil bosta persuni. “Is-settur tal-kiri qiegħed joffri alternattiva vijabbli għal diversi persuni, illum li huwa suq aktar regolat u professjonali minn qatt qabel, u fejn il-benefiċċju tal-kera huwa aktar b’saħħtu u msejjes fuq prinċipji ta’ affordabbiltà studjati. Iżda rridu wkoll li nassistu aktar persuni jsiru sidien ta’ darhom u għalhekk skemi bħall-Equity Sharing jibqgħu għodda bżonjuża biex jiġi megħlub ir-riskju tal-faqar u tiżdied l-istabbiltà familjari.” Is-suċċess ta’ din l-iskema nebbaħ ukoll il-Gvern biex jestendi din l-iskema għal persuni li għandhom aktar minn 30 sena, kif kien imħabbar filbaġit għal din is-sena. L-estensjoni tal-iskema Equity Sharing qed tgħin individwi u koppji ta’ età iżgħar biex jaċċessaw is-suq tal-proprjetà billi tippermettilhom li jakkwistaw proprjetà fi sħab mal-Gvern. Is-Sur McKay ikkonkluda li l-ħidma biex aktar nies isiru sidien ta’ darhom se tkompli b’aktar ħidma studjata. “Il-ħidma tagħna biex issuq tal-proprjetà jibqa’ wieħed aċċessibbli għal kulħadd hija waħda mill-pedamenti li fuqhom qegħdin nibbażaw il-viżjoni tagħna, u l-iskema tal-Equity Sharing hija għodda indispensabbli biex nilħqu dawn l-għanijiet.”


04

10.07.2022

GRECH B’LAQGĦAT GĦALXEJN SAL-AĦĦAR MUMENT Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, innifsu, għamel attentat iddisprat biex jipprova jkollu Grupp Parlamentari kollu magħqud fil-vot ta’ nhar l-Erbgħa filgħaxija fil-Parlament. Iżda, dan ma rnexxiex

b’sitt deputati jwasslu messaġġ ċar ħafna li kienu se jmorru għal rashom u jiġi jaqgħu u jqumu mill-Whip tal-grupp. Imkejjen infurmati sew mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista

infurmawna li kien hemm mumenti fejn Grech seta’ wasal, iżda l-iktar ħaġa li urtat dawn id-deputati, tant li saħansitra kienu lesti ma jsegwux il-Whip tal-Partit, kien il-mod kif il-Kap tal-Oppożizzjoni ġie jaqa’ u jqum

mit-talba tagħhom għallfree vote. Fil-bidu saħansitra prova jagħti x’jifhem li din it-talba ma waslet qatt, sakemm beda joħroġ ċar kemm fil-fatt din it-talba kienet saret tassew u kienet strateġija politika ta’ Ber-

nard Grech innifsu li jgiddibhom u eventwalment swietu ħażin. Finalment, kienu sitta d-deputati li b’mod ċar urew li ma jridux jiġbdu l-linja tal-Whip tal-partit. Tlieta vvotaw kontra fil-Parlament u tlieta oħra m’attendewx, b’dawk li kienu ma jifilħux jagħmluha ċara li ma kinux qed jaqblu mal-pożizzjoni tal-grupp. Jirriżulta li lil hinn milliġi nnifisha u l-kwistjoni ta’ kuxjenza, l-iktar li wasslet għal rabja kien il-mod kif Bernard Grech immaniġġja l-kwistjoni, fost oħrajn kif anke internament ta x’jifhem li għandu pożizzjonijiet differenti fuq is-suġġett biex jingħoġob ma’ nies differenti. L-istess kien għamel fir-riforma tal-liġijiet tal-kannabis. Iżda, finalment kellu jiġi għall-vot. U hemm reġa’ faqqa kollox għax fil-vot pożizzjoni waħda trid tieħu. Infurmati li nhar l-Erbgħa, Bernard Grech baqa’ jibgħat għal deputati li kienu inklinati ma jsegwux il-Whip, wieħed wieħed. Dan fl-istess ħin li kien għaddej id-dibattitu dwar riżoluzzjonijiet Parlamentari b’rabta mal-ftehimiet mal-AUM u Smart City Malta. Ma’ wħud, bħal Rebekah Cilia u Paula Mifsud Bonnici Grech wasal. Dan b’argumenti li jmorru lil hinn mil-liġi u billi twasslilhom il-messaġġ biex jiftakru kemm qed jagħtihom spazju għax huma qrib il-Kap. Iżda, m’oħrajn li għandhom iktar statura jew li l-espożizzjoni għandhom inqas bżonnha għax għandhom saħħa kbira fid-distretti li jikkontestaw fihom, l-istorja kienet iktar diffiċli. Fuq quddiem nett Adrian Delia u Alex Borg. Bħalhom Ivan Bartolo tal-Mosta, li fil-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qed tiġri l-kelma li hu l-Ispokesperson tal-Eks Deputat Jason Azzopardi. Min-naħa tiegħu Ivan Bartolo tas-6pm, wara jiem jaħrab milli jkun ċar għad-domandi tal-midja reġa’ ċeda primarjament biex ma jkunx ħa l-istess pożizzjoni ta’ Adrian Delia, wara li ħadem tant biex iqaċċtu minn Kap tal-Partit Nazzjonalista. Iddur fejn iddur, Bernard Grech reġa’ spiċċa bil-problemi malGrupp Parlamentari tant li l-Ħamis issokta bil-laqgħat jipprova jsewwi l-ħsara.


05

10.07.2022

100 JUM FEJN MA NBIDEL XEJN L-ewwel 100 jum ta’ Bernard Grech reġgħu rawh mitluf u ffaċċjat b’riżenji u kunflitti Bernard Grech baqa’ jmexxi lill-Partit Nazzjonalista minkejja l-ikbar telfa elettorali fl-istorja. Iż-żewġ mexxejja li qablu sofrew telfiet kbar, Lawrence Gonzi u Simon Busuttil, it-tnejn għażlu li jwarrbu u Adrian Delia, saħansitra tneħħa fuq ir-riżultati tal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika. Iżda, din id-darba Grech ħasibha differenti u baqa’ fittmun biex issa wkoll irridu nanalizzaw l-ewwel 100 jum tiegħu, anke jekk f’nofshom kellu l-konferma f’elezzjoni li fiha tellaq waħdu. Żgur li l-ewwel 100 jum huma kkaratterizzati millfatt li komplew jitilqu n-nies mill-Partit Nazzjonalista. Eks kandidati li tkellmu pubblikament kif ħassewhom imwarrba, użati u mormija. Eks Deputati li kkonfrontaw lil Grech b’allegazzjonijiet serji. Iżda, fuq kollox, u forsi dik l-iktar li tispikka, dawk li Grech għażel biex miegħu ifasslu u jibnu l-proġett tat-tiġdid tal-Partit Nazzjonalista, telquh. Fuq quddiem nett tlieta partikolari. Ray Bezzina, bniedem ta’ esperjenza politika li ħadem ma’ eks ministri fl-aħħar Gvernijiet Nazzjonalisti, telaq mal-mument li ntemmet il-kampanja elettorali. Hemm min isostni li għad għandu influwenza kbira fuq Bernard Grech, imma li hu żgur li ħaseb għal rasu u ma riedx jibqa’ parti millproġett Grech. Bħalu għamel Chris Peregin, li Grech kien ħadu minn Lovinmalta b’salarju sostanzjali u fdalu parti kbira mill-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista. Strateġija li falliet u internament kien hemm min qed jistenna li ssir analiżi dwar l-irwol ta’ Peregin. Imma dan lanqas ta ċans u minnufih kompla għal għonq it-triq ’il bogħod minn dak li kien isejjaħlu l-Kap. Anke Jeremy Gingell, li kien telaq minn ma’ Adrian Delia biex appoġġja d-dħul fit-tmexxija ta’ Bernard Grech minfloku, ukoll telaq flaħħar jiem. Riżenji kien hemm għexieren, inkluż mill-midja tal-Partit Nazzjonalista, iżda dawn jibqgħu l-iktar li jispikkaw hekk kif lill-Kap ħallewh orfni dawk l-iktar li jafda. Appoġġ fjakk u l-kunflitti tas-soltu Ma naqsux lanqas il-pantomimi tas-soltu. Is-Sindku ta’ San Ġiljan spiċċa bi proċeduri ta’ dixxiplina u m’għandniex xi ngħidu battuta jew tnejn lejn

Grech għadda wkoll. Is-Sindku tan-Naxxar suppost ħarġet ħielsa minn akkużi li saru fil-konfront tagħha, iżda Grech għadu sal-lum ma qalx jekk hux minnu jew le. Forsi qed jiddejjaq għax kien hu l-perċimes li għaddieha minn proċess ta’ dixxiplina. Saħansitra kellhom jitlaqqgħu l-istrutturi tal-partit biex ikunu diskussi allegazzjonijiet ta’ Jason Azzopardi fuq Grech. Kien hemm ukoll is-soltu ġlied bejn il-fazzjonijiet, b’wieħed mill-ewwel deputati li jlaqqatha jkun proprju Joe Giglio, li wara żewġ kelmiet fuq ir-radju ħarġu għalih bħal iljuni l-fazzjoni ta’ Karol Aquilina u Repubblika. Fejn għal darba oħra għaddiet tagħhom, bilKap ibaxxi rasu għall-verżjoni tagħhom kif saru l-affarijiet. Iżda, fost dan l-inkwiet kollu forsi kien il-vot dgħajjef li kiseb Grech fil-konferma l-iktar li hu sinifikanti. Vot li wkoll sar fost ħafna deċiżjonijiet misterjużi, bħal dik li bidlet ir-regola flaħħar ġurnata u l-kunsillieri setgħu jibagħtu lil xi ħadd jivvota bi proxy. Ta’ min ifakkar li aktar minn 28% tal-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista ma vvutawx għal Bernard Grech, f’elezzjoni fejn Grech tellaq waħdu. Dan minkejja li minbarra l-proxy kien hemm elezzjoni mifruxa fuq tlett ijiem.

Kien hemm 266 kunsillier li vvutaw kontra li Bernard Grech jibqa’ Kap Nazzjonalista, waqt li 12-il kunsillier ħassru l-vot. Kien hemm ukoll 162 kunsillier tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, li astjenew milli jivvutaw. Dan ir-riżultat juri l-firda li għadha taħkem fil-Partit Nazzjonalista u turi d-diversi fazzjonijiet li huwa maħkum minnhom il-partit. Bernard Grech tellaq waħdu bħalma kien għamel l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi fi żmien l-inkwiet ma’ Franco Debono fl-2012. Fi Frar ta’ dik is-sena, l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien ġab 96.5% tal-voti tal-kunsilliera Nazzjonalista. Ikomplu l-gaffes ta’ Grech Kemm ilu Kap Bernard Grech mhux darba u tnejn spikka għall-gaffes tiegħu u fl-aħħar ġimgħat dawn ma naqsux. Kien hemm tlieta partikolari li spikkaw. L-ewwel waħda meta qal li l-Prim Ministru ma kkonsultax miegħu fuq il-ħatra ta’ Aġent President. Biex l-uffiċċju tal-Prim Ministru spiċċa ħareġ kopja tal-korrispondenza li ntbagħtet lil Grech, liema korrispondenza rriżulta li ma kienx hu li ma kienx wieġeb għaliha. U l-istess għamel mal-Eks Kap Adrian Delia u esponenti

Ta’ min ifakkar li aktar minn 28% tal-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista ma vvutawx għal Bernard Grech, f’elezzjoni fejn Grech tellaq waħdu oħra tal-Partit Nazzjonalista hekk kif Adrian Delia giddeb lil Bernard Grech u sostna li hu talab free vote bil-miktub lillKap dwar il-vot fil-liġi tal-IVF. Delia kien żvela dan wara li ġie kkuntattjat għal reazzjoni b’rabta ma’ dak li qal Bernard Grech meta sostna li ħadd ma talbu free vote. Apparti minn hekk, waqt id-diskussjoni tal-emendi filliġi tal-IVF, Bernard Grech inqabad ma jafx fatti bażiċi dwar il-liġi. Wara li fuq ix-xandir nazzjonali ħawwad il-fatti ta’ taħt fuq meta qal li l-Oppożizzjoni vvutat favur l-emendi filliġi tal-IVF fl-2018 meta, fil-fatt, ivvutat kontra, fil-Parlament talab li jsir polar body testing, jiġifieri ttestjar fuq il-bajd. Dan talbu fi sfond ta’ kriti-

ka li saret mill-Oppożizzjoni fuq il-PGTM, ittestjar mhux kapriċċuż li jsir biss permezz ta’ teknoloġija avvanzata fuq embrijuni ta’ persuni b’każijiet ta’ kundizzjonijiet ġenetiċi serji. Quddiem din it-talba ta’ Bernard Grech għal ittestjar ieħor, in-naħa tal-Gvern innutat kif il-Kap tal-Oppożizzjoni nqabad ma jafx x’kienet tgħid il-liġi proposta tal-IVF. Dan għaliex il-protokoll marbut mal-emendi fil-liġi kienu jgħidu iswed fuq l-abjad li s-servizz ta’ polar body testing ikun offrut. Dawn huma ftit eżempji li jixhdu li l-ewwel indikazzjonijiet huma li l-Kap tal-Oppożizzjoni ftit li xejn tgħallem minn dak li wasslu għall-agħar riżultat fl-istorja.


06

10.07.2022

BL-ISTESS FLUS TALJAN JIXTRI TERZ ANQAS FUEL MINN MALTI Il-prezzijiet tal-fuel f ’pajjiżna issa ilhom stabbli għal 110 ġimgħat konsekuttivi. Dan wara li kienu tnaqqsu bħala parti mill-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika fil-bidu ta’ Ġunju 2020. Fil-fatt, l-aħħar darba li kien

hemm xi żieda fil-prezzijiet tal-fuel f ’Malta kien fl-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu 2019, jiġifieri kważi tliet snin ilu. Fiż-żmien li l-prezzijiet ilhom stabbli f ’pajjiżna, bħala medja

Kemm-il litru petrol tixtri b’€20

fiż-żona ewro l-prezz tal-petrol tela’ b’77 ċenteżmu kull litru, filwaqt li dak tad-diesel żdied b’79 ċenteżmu kull litru. Dan ifisser li kieku f ’pajjiżna l-Gvern ma kienx ta’ tarka għall-familji u għan-negozji, kieku il-

Kemm-il litru diesel tixtri b’€20

Malta

15-il litru

15-il litru

Ċipru

11-il litru

11-il litru

Italja

10 litri

10 litri

Portugall

10 litri

10 litri

Spanja

9 litri

9 litri

Greċja

8 litri

8 litri

Finlandja

8 litri

8 litri

Medja Żona Ewro

10 litri

10 litri

lum litru petrol f ’pajjiżna jiswa €2.11, u litru diesel jiswa €2.00. Filwaqt li bħala medja madwar iż-żona ewro, b’€20 jirnexxilek tixtri 10 litri petrol, f ’Malta l-istess ammont ta’ flus jagħtuk 15-il litru petrol, jew darba u nofs il-medja Ewropea. F’ċerti pajjiżi s-sitwazzjoni hija anke ferm agħar. Tant li fil-Ġreċja b’ammont ta’ flus li jimla tank petrol f ’pajjiżna, tispiċċa timla nofs tank biss. Fir-rigward tad-diesel, b’€20 Malti jixtri 17-il litru, mentri Grieg jirnexxilu jieħu 10 litri biss. Bl-istess flus li jonfoq Malti, Taljan jieħu terz anqas f ’petrol u f ’diesel. Li kieku f ’pajjiżna ma daħalx ilGvern jagħmel tajjeb għaż-żidiet filprezz internazzjonali taż-żejt u għassaħħa tad-dollaru (li bih jiġi kkwotat il-prezz taż-żejt), kieku l-familji u n-negozji f ’pajjiżna li ilhom jimlew tank sħiħ tal-karozza, trakk jew vann tagħhom, minflok jimlew żewġ terzi ta’ tank biss bl-istess flus li jonfqu llum.

Logo komuni għall-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mediċinali veterinarji mill-bogħod

Common logo for the retail of veterinary medicinal products at a distance

Persuni approvati biex jipprovdu prodotti mediċinali veterinarji jistgħu joffru tali prodotti għall-bejgħ mill-bogħod biss jekk logo komuni, li jinkludi hyperlink għas-sit elettroniku tatTaqsima tal-Mediċini Veterinarji, ikun inkluż fis-sit elettroniku li joffri bejgħ mill-bogħod.

Persons approved to supply veterinary medicinal products may offer such products for sale at a distance only if a common logo, which includes a hyperlink to the Veterinary Medicines Section’s website, is included in the website offering sale at a distance.

L-iskop ta’ dan il-logo hu li jassisti lill-pubbliku biex isir jaf jekk sit elettroniku li joffri tali prodotti għall-bejgħ mill-bogħod hux approvat mit-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji għal attività bħal din. Id-dehra tal-logo komuni hija kif ġej (bl-Ingliż u bil-Malti):

The purpose of this logo is to assist the public in finding out whether a website offering such products for sale at a distance is approved by the Veterinary Medicines Section for such an activity. The common logo’s appearance is as follows (in English and Maltese):


07

10.07.2022

MINN BISS TAMA GĦAL REALTÀ Fl-ewwel 100 jum, il-Gvern wettaq il-wegħda ewlenija tiegħu, li jressaq quddiem il-Parlament l-emendi fil-liġi tal-IVF. Emendi li din il-ġimgħa għaddew mill-Parlament u li għalhekk se jwasslu biex aktar persuni jkollhom l-opportunità li jsiru ġenituri f’pajjiżhom. Fosthom is-Sinjur u s-Sinjura Degabriele li rrakkontaw ma’ din il-gazzetta t-traġedja li għaddew minnha wara li tilfu lil binhom b’kundizzjoni rari ħafna ta’ sena u erba’ xhur. Iddeskrivew l-emendi bħala ħolma li saret realtà, li tathom kuraġġ kbir li jkunu jistgħu jibnu familja. X’inhi l-istorja tagħkom? Ftit wara li twieled it-tifel bdejna naraw sintomi fl-iżvilupp tiegħu. Saħansitra spiċċajna diversi drabi l-isptar. Wara ħafna testijiet u qtigħ ta’ qalb sirna nafu li t-tifel kellu kundizzjoni f’saħħtu peress li t-tnejn li aħna konna carriers ta’ kundizzjoni ġenetika. M’aħniex nitkellmu fuq kundizzjoni fejn it-tifel kellu xi diżabilità u li kien ser jgħix biha, imma fi ftit kliem il-kundizzjoni kienet il-kundanna tal-mewt tiegħu. Kundizzjoni severa li sfortunatament kura għaliha m’hawnx bil-konsegwenza li trabi b’din il-kundizzjoni ma jgħixux aktar minn sentejn. Tistgħu timmaġinaw meta tana l-aħbar il-Professur? Kif ħassejna li d-dinja spiċċat għalina u l-pjanijiet kollha li kellna bħala ġenituri sfaxxaw fix-xejn? Wara din l-aħbar ħadna aħbar oħra li jekk nippjanaw tfal oħra fil-futur dejjem hemm iċ-ċans li jkunu affettwati bl-istess kundizzjoni. Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, aktar il-kundizzjoni tat-tifel bdiet tiggrava. Ippruvaw immaġinaw x’kien baqa’ fina bħala ġenituri meta tara tarbija tant żgħira ta’ sena tixrob minn pipe li jgħaddi minn imneħirha għall-istonku, tingħata mediċina apposta biex tnaqqas l-ammont ta’ likwidu fil-ħalq biex ma tifgax, maskra tal-ossiġnu kull sagħtejn u ma nafx kemm-il darba matul il-ġurnata bis-saħħa ta’ apparat apposta nneħħu tnixxija minn imnieħer daqstant żgħir. Waħda mill-agħar ġranet ta’ ħajjitna kienet proprju għodwa minnhom, meta ħriġna lit-tifel kważi mejjet fl-ambulanza u dritt lejn l-isptar. L-aħħar xahar li qattajna l-isptar kien kiefer wisq għalina bħala ġenituri – esperjenza li se tibqa’ ttimbrata f’moħħna għal dejjem. Xahar li fih tara lil ibnek intubat darbtejn, ma nafx kemm-il magna mqabbda miegħu, mediċina

kontra mediċina u xorta waħda tarah sejjer lura kull ġurnata. Kundizzjoni kiefra ħafna għax ma tista’ tagħmel xejn kontra l-qawwa tagħha. Sfortunatament, din il-battalja ntrebħet minn din il-kundizzjoni kiefra għax it-tifel ħalliena fl-età ta’ sena u erba’ xhur. Minħabba li aħna t-tnejn carriers ta’ kundizzjoni ġenetika, l-IVF offrut qabel l-2022 ma setax ikun ta’ għajnuna għalina għax ma kienx jinvolvi l-PGT-M, liema proċedura tevita din it-tbatija kollha minn fuq it-trabi. L-IVF, bosta jassoċjawh biss ma’ terminu mediku. Għalikom xi jfisser l-IVF? Għalina u għal ħafna koppji li jixtiequ jsiru ġenituri, l-IVF ifisser tama. Kull min għadda minn dan il-proċess jista’ jikkonferma li bħala proċedura mhix waħda faċli u din turi x-xewqa tal-koppja li tħaddan lil uliedha u tkabbar il-familja. Minbarra l-aspett emozzjonali tal-proċedura, l-IVF tfisser ukoll ħafna spejjeż relatati mal-mediċina. Kull min jagħmel il-process tal-IVF żgur li ma jagħmlux b’kapriċċ. X’kienet ir-reazzjoni tagħkom għall-proposta fil-manifest tal-Partit Laburista dwar l-IVF?

l-Pre-implantation Genetic Testing for Monogenic diseases (PGT-M) huwa kapriċċ? Min jgħid li ma jaqbilx mal-IVF jew li l-PGT-M huwa kapriċċ qiegħed ikun insensittiv ma’ ħafna koppji li forsi preżentament mhumiex b’saħħithom biżżejjed biex jegħlbu dawn l-isfidi u qed jiġġieldu din it-tbatija fis-skiet ta’ darhom. Huwa faċli ħafna li tikkritika xi ħaġa fuq opinjoni personali aktar u aktar jekk dak li jkun ikollu l-fortuna li qatt ma esperjenza t-tbatija li tarbija tant żgħira tgħaddi minnha. Tant kienet trawma u tbatija kbira li tara lil ibnek jgħaddi minn daqshekk sofferenza u skumdità, li ma nixtiequ lil ħadd li jgħaddi minnha aħseb u ara kemm nerġgħu nesperjenzaw l-istess sitwazzjoni fil-futur. Għalina l-unika tama li jkollna familja hija l-PGT-M.

Meta tkellimna l-ewwel darba mal-Prim Ministru Robert Abela, semagħna u tana l-kelma li ser jgħinna. Meta rajna li l-proposta kienet waħda inkluża fil-manifest ħassejna sodisfazzjon kbir u kif jgħid il-Malti bdejna naraw xaqq ta’ dawl. Mhux talli kienet wegħda fil-manifest imma saħansitra tana l-kelma li tkun waħda mill-ewwel liġijiet li ser iressaq quddiem il-Parlament fl-ewwel Min mhux isib il-kuraġġ 100 jum tiegħu. jagħmel dan il-proċess xi tgħidlu? Illum li l-emendi għaddew mill-Parlament xi jfissru Kull bidu huwa iebes imma għalikom u għal familji oħra li lil dawn in-nies ngħidulhom jeħtiġuhom? jagħmlu kuraġġ b’xulxin u ma jaqtgħu qalbhom qatt. Ħolma li saret realtà u bis- Is-sagrifiċċju ta’ ftit xhur jaf saħħa ta’ dawn l-emendi ap- jagħti riżultat sabiħ għall-futur. provati għamilna kuraġġ kbir u L-isbaħ mument li jagħtik il-kuqed inħarsu ’l quddiem b’mod raġġ huwa meta jkollok il-privpożittiv li fil-futur inkunu nist- ileġġ li tħaddan it-tfal tiegħek għu nibnu familja. miegħek. Bis-saħħa ta’ dawn l-emenNixtieq ngħaddi wkoll mesdi nafu biċ-ċert li ħafna famil- saġġ ieħor, minħabba ċ-ċokon ji oħra, li sa ftit ta’ ġranet ilu tagħna bħala gżira. Dawn kienu biss jittamaw u jimmaġi- il-kundizzjonijiet għalkemm naw li jkollhom familja, issa forsi barra minn xtutna huma jistgħu jħarsu lejn il-futur bħala meqjusa rari, f’Malta hawn ġenituri prospettivi. it-tendenza li jkunu aktar komuni. Huwa għalhekk tajjeb li X’tikkummenta dwar titqajjem kuxjenza fuq dawn dikjarazzjonijiet li il-kundizzjonijiet.


08

10.07.2022

INQAS MINN SENA BOGĦOD Inqas minn sena oħra – bejn it-28 ta’ Mejju u l-4 ta’ Ġunju 2023 – pajjiżna jospita għattielet darba l-Logħob talPajjiżi ż-Żgħar. Dawn il-Logħob diġà ġew organizzati darbtejn f’Malta. L-ewwel darba fl-1993, filwaqt li fl-2003, Malta ospitat il-logħob għat-tieni darba. Huwa avveniment sportiv prestiġjuż li se jara f’Malta kontinġenti ta’ aktar minn 1,000 atleta, coaches, uffiċjali, kap tad-delegazzjonijiet u VIPs. L-atleti minn tmien pajjiżi oħra apparti Malta – Andorra, Ċipru, l-Iżlanda, Liechtenstein, il-Lussemburgu, Monako, Montenegro u San Marino se jkunu qed jikkompetu f’10 dixxiplini sportivi differenti fosthom atletika, basketball, judo, rugby sevens, sailing, shooting, squash, għawm, table tennis u tennis. Qed isiru preparamenti kbar għal dawn il-logħob li se jsiru f’Malta. Tkellimna mal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima biex naraw iktar fil-fond kif pajjiżna qed iħejji bl-unuri. ngħollu l-profil ta’ pajjiżna u immur lura għal meta kont għalihom. fl-istess waqt inħeġġu iktar Segretarju Parlamentari reGħaddejjin preparamenti żgħażagħ u iktar tfal jidħlu sponsabbli mill-isport, rajna Ministru, hemm stennija kbar għal dawn il-logħob... fid-dinja tal-isport. li nagħtu imbottatura kbira kbira għal-Logħob tal-Pajjiżi Il-preparamenti bdew tista’ u qed inkomplu nagħtu priż-Żgħar li se jsiru f ’pajjiżna L-ewwel nett irrid ngħid li tgħid mill-2018 stess. Prepara- jorità lil dak kollu li għandu s-sena d-dieħla. kien sodisfazzjon kbir meta menti li kif wieħed jista’ jim- x’jaqsam mal-isport. Bdejna, f’Mejju tal-2018 kont qed nip- maġina huma vasti u mifruxa lestejna u qed inkomplu għadIva, l-istennija għal dawn il- parteċipa fl-Assemblea Ġener- fuq diversi livelli. Hemm l-in- dejjin b’xogħol kbir marbut logħob hija kbira, speċjalment ali tal-GSSE fil-Montenegro u frastruttura sportiva, hemm mal-infrastruttura sportiva. meta wieħed jiftakar li l-ediz- tħabbar li Malta rebħet il-bid l-investiment fl-atleti, l-orga- Investejna u qed inkomplu zjoni li kellha ssir f’Andorra biex tkun tista’ tospita l-20 nizzazzjoni, laqgħat ta’ koor- ninvestu fl-atleti u fl-isportivi s-sena li għaddiet kienet ġiet edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi dinament, amministrazzjoni, u l-assoċjazzjonijiet u għaqdiposposta minħabba s-sitwazz- ż-Żgħar tal-Ewropa fl-2023. imma tajjeb ngħid li kollox et li huma miġbura fihom. joni miġjuba mir-restrizzjoniKien f’waqtu li rbaħna l-bid miexi kif ippjanat. Qed ngħid dan għaliex ma jiet marbuta mal-pandemija. għaliex jorbot mal-prijorità li rridx li tingħata l-impressAndorra kienet milquta sew qed nagħtu lis-settur sportiv. Għal dawn il-logħob pajjiżna joni li x-xogħol li qed isir beda mill-pandemija. U għalhekk Infakkar li l-Gvern huwa kom- qed jinvesti bil-kbir f ’dik li mat-tħabbira li Malta kienet se meta saret analiżi tas-sitwazz- mess li jgħin lill-isport Malti hija infrastruttura sportiva. tospita dawn il-logħob. Imma joni, il-Kumitat Olimpiku Naz- jagħmel il-pass li jmiss. Pass, X’qed isir eżatt? kien ovvju li biex nilqgħu avzjonali ta’ Andorra kien ħabbar li permezz ta’ pjan strateġiveniment prestiġjuż bħal dan, li l-logħob f’Andorra kellu jiġi ku, immirat lejn investiment Kien ovvju li l-ewwel li għamil- ried li jkollna l-faċilitajiet fejn pospost. Fil-fatt, dawn se jsiru qawwi fl-isport Malti, qed na kien li nħarsu lejn il-faċil- nilqgħuh. f’Andorra wara l-edizzjoni li se iwassal biex Malta mhux biss itajiet sportivi li kien hawn Faċilitajiet sportivi kien ssir f’Malta, fl-2025. Il-Gvern tipparteċipa f’kompetizzjoni- f’pajjiżna. Hawnhekk irrid hawn, imma ma kinux jilħqu tal-pajjiż kien ħass li minħab- jiet internazzjonali, iżda li nagħmel parentesi. Minn l-livell mixieq. Kien hawn ba s-sitwazzjoni kien aħjar li tikseb riżultati tajbin. U dan kemm ilni responsabbli għal nuqqas ta’ faċiltajiet sportl-pajjiż jikkonċentra fuq l-irk- is-suċċess qed iwassal biex dan is-settur – allura qed ivi oħra. U għalhekk bdejna upru ekonomiku u għalhekk ma kienx f’pożizzjoni li jorganizza dawn il-logħob. Iva, għajnejn id-dinja sportiva s-sena d-dieħla se jkunu ffukati fuq pajjiżna, mhux biss biex jaraw l-andament tallogħob u l-appoġġ lill-atleti, imma wkoll biex jaraw l-orL-atleta huwa prijorità fil-ħidma tagħna. Tant li ganizzazzjoni u wkoll id-degħall-ewwel darba investejna wkoll fir-riżorsi umani terminazzjoni tal-atleti li se jkunu qed jikkompetu f’dawn €5 miljun li għaddew lil SportMalta biex fost oħrajn ikun il-logħob wara nuqqas ta’ erba’ faċilitat it-taħriġ tal-atleti u l-ingaġġ ta’ coaches snin – l-aħħar edizzjoni kienet ġiet organizzata fil-Monteneprofessjonali bi preparamenti għal dawn il-logħob gro fl-2019. Ottimist li bil-preparamenti li qed isiru, Malta se toħroġ

proġett massiċċ b’investiment bla preċedent fl-infrastuttura sportiva fil-pajjiż kollu. Eżempju klassiku huwa t-trakka tal-atleti fil-Marsa. Kienet ilha ma tara xogħol fiha. U hemmhekk għandna proġett ambizzjuz li miexi ġmielu – qed inbiddlu dan issit għal ċentru tal-aqwa livell għal dawk kollha li mhux biss jipprattikaw l-isport, imma għal dawk li jsegwu l-isport bħala spettaturi. Il-Kumpless Sportiv tal-Marsa u l-madwar tiegħu qed jinbidlu f’hub sportiv ta’ livell internazzjonali. Dan huwa investiment ta’ €3 miljun. Proġett li jinkorpora fih il-bini ta’ ċentru ġdid tal-ġinnastika, li se jinkorpora fih ċentru għall-isquash, ċentru għall-weightlifting, fitness gym u courts tan-netball, kif ukoll ix-xogħol estensiv fuq it-trakka tal-atletika, li permezz tiegħu l-livell tat-trakka se jkun ta’ livell internazzjonali. Hemm ukoll l-ewwel pixxina indoor ta’ skala internazzjonali f’Bormla, li wkoll miexja b’rittmu tajjeb ħafna b’investiment ta’ €14-il miljun li permezz tiegħu se jkollna pixxina ta’ daqs olimpiku ta’ 5,000 metru kwadru. Ma rridux ninsew il-ħidma ta’ SportMalta biex tkompli ttejjeb l-infrastruttura sportiva f’pajjiżna fosthom il-padiljun tal-handball li huwa investiment ta’ €2 miljun, il-padiljun tal-basketball li huwa proġett b’investiment ta’ miljun u diversi proġetti


09

10.07.2022

oħra. Dawn huma kollha proġetti li se jilqgħu lil dawn l-atleti f’faċilitajiet tal-aqwa kwalità – imma huma proġetti li fl-aħħar mill-aħħar se jgawdi minnhom mhux biss l-atleta u l-isportiv Malti u Għawdxi, imma l-pubbliku kollu b’mod ġenerali.

bħala opportunità għall-isportivi Maltin, biex ikomplu jkabbru l-esperjenzi tagħhom. Hija opportunità għal dawk kollha li se jersqu biex jgħinu b’mod volontarju – għal dan hemm sejħa biex min irid jingħaqad magħna b’mod dirett waqt dan il-logħob. Imma qed inħares ukoll ’il quddiem għal-laqgħat li se Qed isir ukoll investiment jkolli mal-ministri responsdirett fl-atleti. Qed ikollu abbli mill-isport tal-pajjiżi suċċess dan l-investiment? parteċipanti, biex inkattru l-ħidma tagħna għall-ġid Jekk tinvesti fil-faċilitajiet in- tal-isport Malti u Ewropew. frastrutturali u ma tinvestix dirett fl-isportiv, ma tkunx 10 ta’ Lulju 2022 qed taħdem b’mod ħolistiku. L-atleta huwa prijorità fil-ħidma tagħna. Tant li għall-ewwel darba investejna wkoll fir-riżorsi umani - €5 miljun AVVIŻ li għaddew lil SportMalta biex fost oħrajn ikun faċilitat it-taħriġ tal-atleti u l-inId-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi gaġġ ta’ coaches professjonali Ewropej tinforma li reġgħu ġew varati sejħiet ġodda tal-miżuri segwenti taħt il-Programm tal-Iżvilupp bi preparamenti għal dawn Rurali għal Malta 2014-2020. L-applikazzjonijiet fetħu nhar it-Tnejn 20 ta’ Ġunju 2022 10 u jagħlqu nhar ilil-logħob. Għaddejna wkoll ta’ Lulju 2022 somma rekord għall-KumiĠimgħa 30 ta’ Settembru 2022, f’nofsinhar: tat Olimpiku Malti - €2.7 miljun f’assistenza diretta minn Numru tal-Miżura Titlu tal-Miżura SportMalta biex il-Kumitat Olimpiku Malti jkun f’pożizzAVVIŻ joni aħjar biex jippjana għal 4.1 Appoġġ għall-Investiment f’Ażjendi Agrikoli logħob internazzjonali kif Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi ukoll għal-Logħob tal-Pajjiżi Ewropej tinforma li reġgħu ġew varati sejħiet ġodda tal-miżuri segwenti taħtżgħażagħ il-Programm tal-Iżvilupp ż-Żgħar. 6.1 Għajnuna tal-Bidu għall-bdiewa Qed naraw riżultati taRurali għal Malta 2014-2020. L-applikazzjonijiet fetħu nhar it-Tnejn 20 ta’ Ġunju 2022 u jagħlqu nhar iljbin ferm mill-atleti tagħna. Ġimgħa 30 ta’ Settembru 2022, f’nofsinhar: F’dawn il-ġimgħat li għaddew 6.4 Appoġġ għal investiment għall-ħolqien u żvilupp ta' attivitajiet mhux kellna riżultati li swew mhux Numru tal-Miżura Titluagrikoli tal-Miżura biss għall-atleti b’mod personali, imma wkoll għaliex għamlu isem lil pajjiżna. 4.1 Appoġġ għall-Investiment f’Ażjendi Agrikoli Fost dawn hemm l-aħħar riżultat - Francesca Curmi u Elaine Genovese, iż-żewġ pleAktar sejħiet taħt waħda jew il-miżuri kollha jistgħu jinħarġu wara t-30 ta’ Settembru 2022. L-Awtorità 6.1 Għajnuna tal-Bidu għall-bdiewa żgħażagħ jers tat-tennis li fil-Logħob ta’ Ġestjoni tkun qed tinnotifika dwar dan fuq il-websajt www.eufunds.gov.mt. tal-Mediterran kisbu medalja tal-Fidda għal pajjiżna. Hemm Aktar dettalji, dwar sejħiet ġodda kif ukoll dwar il-proċess ta’ applikazzjoni jistgħu jkunu aċċessati fuq ilit-tim tal-basketball li ġie 6.4 Appoġġ għal investiment għall-ħolqien żvilupp ta' attivitajiet mhux websajt tal-Awtorità ta’ Ġestjoni www.eufunds.gov.mt. Għal aktaru informazzjoni, tista’ tikkuntattja lt-tieni fil- kampjonati Ewropej Awtorità ta’ Ġestjoni fuq rdd.mefl@gov.mt jew 2555 2634.agrikoli tal-FIBA għall-pajjiżi ż-żgħar. Malta ġiet fit-tieni post overall minn 16-il pajjiż fil-Kampjonat tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Atletika u ksibAktar sejħiet taħt waħda jew il-miżuri kollha jistgħu jinħarġu wara t-30 ta’ Settembru 2022. L-Awtorità na għadd sabiħ ta’ medalta’ Ġestjoni tkun qed tinnotifika dwar dan fuq il-websajt www.eufunds.gov.mt. ji, filwaqt li l-atleti kellhom prestazzjoni tajba ferm. U Tenishia Thornton l-isAktar dettalji, dwar sejħiet ġodda kif ukoll dwar il-proċess ta’ applikazzjoni jistgħu jkunu aċċessati fuq ilportiva ta’ 16-il sena li għawebsajt tal-Awtorità ta’ Ġestjoni www.eufunds.gov.mt. Għal aktar informazzjoni, tista’ tikkuntattja lda kemm saret Youth World Awtorità ta’ Ġestjoni fuq rdd.mefl@gov.mt jew 2555 2634. Champion fil-Weightlifting filIWF Youth World Championships li saru fil-Messiku. Dan kollu jawgura tajjeb ferm għall-atleti tagħna filLogħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 jsiru f’pajjiżna.

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020

Fl-aħħar nett, kif tħares lejn dawn il-logħob? Għaddejja ħidma kbira mill-Kumitat Organizzattiv, mill-Kumitat Olimpiku, minn SportMalta u ħafna oħrajn u tajjeb li nirringrazzjahom għal dak kollu li qed iwettqu. Inħares lejn dawn il-logħob

Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta’ Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta’ Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f’żoni rurali Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea


10

10.07.2022

JAPPLIKAW GĦAXAR DARBIET IKTAR MINN KEMM HEMM POSTIJIET Il-Queen Mary University f’Għawdex storja ta’ suċċess Ir-reputazzjoni ta’ Queen Mary University f’Għawdex tant hi waħda b’saħħitha li għal 60 post disponibbli f’Settembru li ġej, applikaw 600 student. Dan ifisser li applikaw għaxar darbiet iktar minn kemm hemm spazju għall-ewwel sena tal-kors li jsir fuq il-kampus ta’ Għawdex. Dan sar magħruf meta iktar kmieni din il-ġimgħa gradwaw l-ewwel 19-il tabib minn din l-università prestiġjuża. Tobba ta’ nazzjonalitajiet differenti li għażlu lil Għawdex bħala l-post fejn riedu jqattgħu waħda mill-isbaħ partijiet ta’ żgħożithom. “Malta, kemm jien kuntent li qegħdin hawn illum. Dan tal-lum huwa tassew tragward importanti,” qal il-Professur Anthony Warrens, Dekan f’waħda mill-fakultajiet ta’ din l-università prestiġjuża magħrufa b’mod iktar popolari f’pajjiżna bħala Barts. F’ċerimonja fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela, fost oħrajn, Warrens tkellem dwar l-għajnuna li nstabet mill-awtoritajiet Maltin

biex f’Malta, proprju fil-gżira ta’ Għawdex, inbeda dan ilvjaġġ suċċess. “Il-predeċessur tal-Prinċipal, kien inkarigani sabiex niżviluppa edukazzjoni transnazzjonali fil-Mediċina għal Queen Mary. Disa’ snin ilu, ġejt mitlub niltaqa’ ma’ xi kollegi minn Malta sabiex niddiskuti l-possibbiltà li titwaqqaf Skola Medika f’pajjiżhom. Issa jien stennejt xi tobba interessati li jiġu jiltaqgħu u jiddiskutu miegħi. Għaldaqstant, ma kontx ippreparat għaż-żjara minn żewġ ministri tal-kabinett, is-segretarji permanenti tagħhom u għadd ta’ uffiċjali għolja,” qal Warrens li kellu kliem ta’ tifħir għal kif Malta ffaċilitat l-investiment, partikolarment għas-sehem tal-Malta Enterprise. Daqs l-università nnifsiha pijunieri wkoll l-istudenti li bħala l-ewwel gradwati wrew il-kuraġġ li jagħżlu din l-esperjenza ġdida. “Issa, li tkun pijunier ma tantx hi mixja faċli. U nafu li kellkom diversi ostakli matul din il-mixja. Iżda issa nżiltu dak l-ajruplan u

nżiltu fid-diversi terminals li minnhom ser tkomplu l-vjaġġ tagħkom ’il quddiem. Għandkom tkunu kburin bil-kisbiet tagħkom fil-ħolqien ta’ dan il-kors pijunier. U nuża t-terminu ‘co-creating’ intenzjonalment,” qalilhom id-Dekan li fakkar kif Malta għandha tradizzjoni twila wkoll. “Studjajtu f’pajjiż b’sekli ta’ tradizzjoni fil-kura tas-saħħa. Sekli li taw lil Malta l-isem ta’ ‘Nurse of the Mediterranean’. Il-voluntiera tas-St John’s Ambulance Organisation of Healthcare fir-Renju Unit, għandha bħala s-simbolu tagħha s-Salib ta’ Malta. Intom ingħaqadtu ma’ linja ġdida ta’ kisbiet edukattivi fil-kura tas-saħħa. Dan għaliex intom l-ewwel gradwati fil-Mediċina tal-Queen Mary f’Malta,” qal id-Dekan. Fuq kollox il-konklużjoni hi ċara ħafna. “Għalhekk hija ċara li l-klassi ta’ gradwati eċċellenti tagħna tal-2022, kienet parti minn proġett eċi-

tanti u innovattiv. Bdejtu minn isfel u issa wassalniekom sal-quċċata u hawn inħallukom tkomplu tiksbu affarijiet ġodda. Għandkom ħafna x’toffru, u nistennew bil-ħerqa li kif qal

il-Prinċipal, li nżommu kuntatt magħkom ilkoll u naraw xi tkunu ksibtu,” temm jgħid Warrens.


11

10.07.2022

JISĦAQ FUQ IR-RADJU LI HUWA KBURI LI KIEN PARTI MIT-TNEĦĦIJA TA’ DELIA Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina fisser pubblikament kif huwa kburi li neħħa lil Adrian Delia minn Kap tal-Partit Nazzjonalista. Wieħed mill-Blue Heroes li kompla jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu issa fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista ta’ din il-leġiżlatura, esprima bi kburija fi kliemu d-deċiżjonijiet li ħa fil-Partit Nazzjonalista, fi żmien meta kien hemm il-kumplott biex jitneħħa Adrian Delia. “Jiena ma għandi xejn minn xiex nistħi minn dak li għamilt, anzi jiena kburi li meta kien hemm sitwazzjoni li kellha bżonn deċiżjoni, jien

ħadtha,” sostna Karol Aquilina. Karol Aquilina, li fl-istess programm fuq ir-radju tal-Knisja aċċenna li hu membru ta’ Repubblika, l-għaqda li jmexxi ħuh, għamel mal-20 minuta jitkellem fuq l-argumenti tiegħu fil-Partit Nazzjonalista, li huma l-istess bħal tal-għaqda Repubblika, kontra l-istituzzjonijiet. Fl-istess programm Karol Aquilina fakkar fil-ġlieda li kien hemm fl-aħħar ġimgħat ma’ Joe Giglio. Inċidentalment kien fuq l-istess programm li Giglio qajjem dubji dwar ir-Russa Maria Efimova, li Aquilina

saħaq li kieku hu kien jevita li jitkellem kif tkellem Giglio. Meta Giglio kien tkellem fuq din il-materja, Karol Aquilina, li fl-aħħar elezzjoni kellu jikkuntenta b’siġġu parlamentari b’elezzjoni każwali minħabba s-saħħa li kiseb Giglio fid-distrett, saħaq li kliem bħal ta’ Giglio jinsulta l-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia. L-istess kien qal Casa lil Giglio, filwaqt li l-għaqda Repubblika, immexxija minn ħu Karol Aquilina, kienet ħarġet stqarrija li fiha akkużat lil Giglio b’persekuzzjoni ta’ persuna. Fuq din il-kwistjoni, il-Kap

Bernard Grech kien qal ‘Yes Sir’ lil ta’ Repubblika u lil Karol Aquilina. Dan hekk kif kelliem għall-Partit Nazzjonalista kien saħaq mat-Times li dak li qal Giglio ma jirriflettix dak li qal il-PN. Fi tweġiba li Bernard Grech kien ta lill-gazzetta The Times, deher evidenti ħafna li għaddiet ta’ Repubblika u li ġiet imposta pożizzjoni ta’ x’għandu jgħid il-Kap. Din mhix l-ewwel darba li Bernard Grech kellu jgħid ‘Yes Sir’ lil ta’ Repubblika u d-Deputati qrib tagħha. Lil Karol Aquilina ħatru Kelliem għall-Ġustizzja fuq

insistenza tan-nies ta’ Repubblika u, meta kien hemm nies qrib Adrian Delia, dejjem għaddiet ta’ Repubblika, billi Bernard Grech kulma kellu jagħmel hu biss li jagħti l-barka. Hekk ġara fil-każ ta’ Andrè Grech, alleat ta’ Delia u li rriżenja mill-Partit Nazzjonalista wara ġlied kbir bejn il-fazzjonijiet differenti. Fuq dan, ta’ Repubblika kienu ħarġu jifirħu li André Grech żarma mill-Partit Nazzjonalista, bil-Kap Bernard Grech jarmih f’kummenti mal-midja meta qal li jibqa’ fil-partit tiegħu min irid jaħdem.

APPOĠĠ BIEX IN-NEGOZJI JADATTAW RUĦHOM GĦAT-TRASFORMAZZJONI DIĠITALI Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri ħabbar li Tech.mt ġiet akkreditata bħala istituzzjoni edukattiva mill-Malta Further & Higher Education Authority. Ġie mniedi wkoll il-kors Excelerate, bl-għan li jinkoraġġixxi lin-negozji biex jadattaw għat-trasformazzjoni diġitali neċessarja fil-ħajja tal-lum, billi jinvestu fit-teknoloġija ‘cloud’. Tech.mt hija fondazzjoni li l-għan prinċipali tagħha hu sabiex tippromwovi s-settur tat-teknoloġija f’Malta u lil hinn minn xtutna. Matul l-aħħar tliet snin, Tech.mt ħadmet fil-qrib ma’ istituzzjonijiet edukattivi, ambaxxati, u negozji kbar, żgħar u medji. Il-Ministru Schembri qal li l-involviment u l-implimentazzjoni tat-teknoloġija f’pajjiżna huwa dak li se jkompli jsaħħaħ l-ekonomija. “Huwa fl-interess tagħna li nibnu pajjiż fuq it-talent Malti, fuq ir-riżorsi umani li għandna, u billi nippromwovu l-innovazzjoni u l-kreattività. Edukazzjoni intensiva fuq it-teknoloġija huwa l-pass li jmiss għall-ekonomija diġitali b’saħħitha.” Huwa qal li ż-żewġ suċċessi mħabbra llum jgħaqqdu t-tagħlim mal-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, speċjal-

ment għan-negozju. Il-Ministru Schembri temm jgħid li d-diġitalizzazzjoni se tagħti lin-negozji l-opportunità biex ikunu aktar effiċjenti, iżidu l-qligħ, kif ukoll itejbu lilhom infushom billi jagħtu l-aħjar esperjenza lill-klijenti tagħhom. Għal dawk in-negozji u individwi li se jagħżlu li jip-

parteċipaw fil-kors Excelerate f’livell ta’ MQF Level 3, ilkors se jkollu diversi suġġetti fosthom: Digital Strategy; Cloud Migration; ERP; CRM; Security & Backup; Web Development & Design; u Groupware & Collaboration. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur https:// tech.mt/.

Huwa fl-interess tagħna li nibnu pajjiż fuq it-talent Malti, fuq ir-riżorsi umani li għandna, u billi nippromwovu l-innovazzjoni u l-kreattività


12

10.07.2022

GĦAWDEX JISSIEĦEB FL-INTERNATIONAL ISLAND GAMES ASSOCIATION (IIGA) Il-gżira Għawdxija ġiet aċċettata biex formalment tissieħeb fl-International Island Games Association (IIGA). Dan seħħ wara li l-Ministeru għal Għawdex, lura f’April ta’ din is-sena, kien issottometta applikazzjoni biex isir membru ta’ din l-assoċjazzjoni. L-applikazzjoni sottomessa ġiet aċċettata b’vot unanimu waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-istess assoċjazzjoni li qed tinżamm f’Guernsey, fl-istess post fejn sena oħra se jiġu organizzati n-NatWest International Island Games. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri wera s-sodisfazzjon tiegħu li l-applikazzjoni ġiet aċċettata b’mod unanimu. “Permezz ta’ dawn illogħob internazzjonali, l-atleti Għawdxin se jkollhom pjattaforma oħra fejn juru l-abbiltajiet tagħhom u jagħmlu unur kemm għalihom kif ukoll

għal Għawdex tagħna,” sostna l-Ministru Camilleri. Il-Ministru Camilleri qal li l-preparamenti biex Għawdex jissieħeb f’din l-assoċjazzjoni internazzjonali ilhom għaddejjin u fakkar kif matul iż-żjara li l-membri tal-eżekuttiv tal-IIAG għamlu f’Għawdex, faħħru l-impenn, id-determinazzjoni u l-viżjoni tal-Gvern biex is-settur sportiv fil-gżira Għawdxija jingħata spinta ’l quddiem u dan bi proġetti kapitali u inċentivi fiskali diretti. Il-Ministru Camilleri faħħar u rringrazzja lill-Gozo Sports Board, li kien strumentali biex applika b’suċċess u sabiex illum Għawdex jifforma parti minn din l-assoċjazzjoni. Waqt iż-żjara f’Guernsey, il-kontinġent Għawdxi żar diversi faċilitajiet sportivi li qed jiġu ppreparati għal-logħob tas-sena d-dieħla. L-International Island għall-ewwel darba f’1985. soċjazzjoni huma ta’ 24 gżi- l-logħob jiġu organizzati kull Games ġew organizzati Issa l-membri f’din l-as- ra minn madwar id-dinja u sentejn.

SOLVUTA L-KWISTJONI DWAR IL-WARRANTS TAL-AVUKATI Il-Kumitat tal-Avukati u l-Prokuraturi Legali se jkun qed jgħarbel l-għoti tal-warrants għal madwar 100 kandidat għall-professjoni ta’ Avukat u 10 kandidati għall-professjoni ta’ Prokuratur Legali. Dan bl-istess sistema li ntużat matul is-snin. Riċentament kienu implimentati linji gwida ġodda li sabu l-oġġezzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard u għaqdiet tal-istudenti fi ħdan l-Università ta’ Malta, fosthom il-Kunsill Studenti Universitarji, l-Għaqda Maltija għall-Istudenti tal-Liġi u l-Junior Chamber of Advocates, li waslu għal qbil komuni mal-Ministeru għall-Ġustizzja

li jiġu riveduti l-linji gwida talfit and proper assessment. Din id-deċiżjoni se twassal biex dawk li għaddew mill-eżami tal-warrant u mill-iskrutinju tal-Kumitat skont il-prassi tal-passat ikunu jistgħu jidħlu fil-professjoni u fid-dinja tax-xogħol mill-aktar fis. Il-linji gwida proposti jobbligaw lill-istudenti tal-liġi jiddikjaraw problemi tas-saħħa mentali fost oħrajn b’riżultat li dan qed jitqies bħala diskriminatorju mal-istudenti. Kienu bosta studenti kif ukoll għaqdiet li lmentaw dwar kif dan l-assessjar qed jitfa’ fi żvantaġġ lil uħud mill-istudenti b’mistoqsijiet fosthom dwar problemi tas-

ECO Works Ltd (C99248) Are issuing an RFQ for the procurement of 1 road patching van. Interesting parties are to send an e -mail requesting specifications required on eric@ecoworks.mt and james@ecoworks.mt Bids as listed in the BOQ’s will have to be received by not later then 20 th July 2022 via e mail on eric@ecoworks and james@ecoworks.mt

saħħa mentali li jmorru lura 10 snin, u kif ukoll diżabilitajiet oħrajn. Fi stqarrija u fuq il-midja soċjali l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard laqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Avukati u l-Prokuraturi Legali li għamel dan il-pass fin-nuqqas ta’ linji gwida approvati u maqbula dwar kandidati tajba u xierqa. B’dan l-iżvilupp ma jfissirx li se jieqfu d-diskussjonijiet bejn il-partijiet ikkonċernati. Il-Ministeru għall-Ġustizzja se jkompli bil-ħidma biex mill-aktar fis jintlaħaq qbil fuq regoli u linji gwida li jiddeterminaw kandidat idoneu, blgħan li tissaħħaħ il-professjoni legali, mingħajr ma jkunu invażivi aktar milli hemm bżonn filħajja personali tal-kandidati. Il-Ministru Attard irringrazzja lill-Kamra tal-Avukati u lill-għaqdiet tal-istudenti għall-koperazzjoni u l-impenn tagħhom u saħaq li se jkompli jaħdem

qatigħ biex il-professjoni tiġi regolata kif jixraq, u dan billi

jitwettqu r-riformi leġiżlattivi meħtieġa.


13

10.07.2022

FKIEREN RIABILITATI F’MALTA LURA GĦALL-VJAĠĠI NORMALI Sejba xjentifika, ippubblikata fil-ġurnal Xjenza Online, tissuġġerixxi li l-fkieren tal-baħar, li jkunu ġew salvati millibħra tagħna u għamlu żmien jirriabilitaw minn ġrieħi li jkunu sofrew, ikunu jistgħu jemigraw b’mod normali. Dan jindika li l-indukrar tagħhom minn idejn esperti lokali qed iwassal għal għanijiet mixtieqa u dawn ilħlejjaq tal-baħar, li huma tant essenzjali għall-ekosistema marittima, jieħdu saħħithom lura, anke jekk ikunu għadhom kemm ħarġu minn perjodu ta’ konvalexxenza. Hu magħruf li l-fkieren huma fost l-akbar migranti fil-Mediterran, fejn jivvjaġġaw distanzi ta’ madwar 13,000 kilo­metru kull sena. B’distanzi daqshekk kbar, wieħed jistenna li ġrieħi li jistgħu jsofru jkunu ta’ theddida għall-ħajja impenjattiva ta’ dawn l-annimali.

Fkieren li jiġu salvati fl-ibħra wara li jsofru xi ġrieħi qed jirnexxilhom jerġgħu jivvjaġġaw bħal fkieren mhux midruba Minkejja dan, riċerkaturi mid-Direttorat tal-Akkwakultura fil-Forti San Luċjan użaw GPS trackers fuq ħames fkieren, li tlieta minnhom ġarrbu ġrieħi, biex iseg­wu x-xejriet tal-moviment u r-rotot li jaqbdu dawn il-fkieren. Meta qabblu d-data miġbura ma’ dik minn żewġ fkieren b’saħħithom, ir-riċerkaturi indu­naw li ma kienx hemm ħafna differenza fid-distanza li vvjaġġaw fkieren li ġew indukrati.

Il-ġurnal Xjen­za Online, fl-aħħar ħarġa tiegħu, ukoll jinkludi pubblikazzjonijiet oħrajn interessanti bbażati fuq riċerka Maltija, fosthom dwar l-ekonomija, il-mediċina, il-matematika u oħrajn. Pereżempju, f’artiklu ieħor, riċerkaturi tal-mediċina ħarsu lejn kif elastomeri, materjali li jixbhu l-gomma, jistgħu jintużaw fl-impjanti ortopediċi (fis-saqajn). Huma kkonkludew li għalkemm l-użu tal-elastomeri għadu fil-bidu

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

tiegħu, dawn għandhom potenzjal enormi fis-sostituzzjoni ta’ ġogi jew biex jiġi bbilanċjat mill-ġdid id-distribuzzjoni tal-piż. Dr Sheriseane Diacono u l-kollegi tagħha studjaw l-effett tal-pandemija tal-COVID-19 u sabu li 88% tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa f’Malta esperjenzaw livell akbar ta’ stress waqt il-pandemija. Xjenza Online, il-ġurnal tax-xjenza tal-Kamra Maltija tax-Xjenzati, jippub­ bli­ka artikli dwar oqsma differenti ta’ riċerka, mill-matematika u l-mediċina

għall-ekonomija u x-xjenzi soċjali. Il-ġurnal, li hu aċċessibbli b’xejn, jistinka biex jagħmel ir-riċerka fix-xjenza f’pajjiżna aktar aċċessibbli kemm għarriċerkatu­ri kif ukoll għal dawk kollha interessati. Xjenza Online jilqa’ kull kontri­buzz­ joni fi kwa­lunk­we qasam tax-xjen­za, teknolo­ġija u xjenzi soċja­li u umanisti­ ċi, waqt li r-riċerkaturi huma mistied­ na jissottomettu l-artikli tagħhom permezz tas-sit elettroniku uffiċjali (www. xjenza.org).


14

10.07.2022

TISSOKTA L-FIDUĊJA FIL-GVERN FO STĦARRIĠ RIĊENTI EWROPEW IPOĠĠI LIL MALTA F’QAGĦDA TAJBA MATUL IL-PANDEMIJA FEJN IL-KURA MEDIKA KIENET MILL-IŻJED TAJBA U AĊĊESSIBBLI U Ċ-ĊITTADINI GĦANDHOM FOST L-INQAS INKWIET BIL-FINANZI PERSONALI Grazzi għall-miżuri varji introdotti matul il-pandemija, iċ-ċittadin Malti u Għawdxi gawda minn waħda mill-aħjar sitwazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea kollha, inkluż bl-akbar serħan tal-moħħ fil-kura li kienet disponibbli u saħansitra bil-finanzi personali. Dan kien ikkonfermat fi stħarriġ ġdid ippubblikat din ilġimgħa mill-Eurofound, il-Fondaz­ zjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u x-Xogħol, għar-rebbiegħa 2021. Biex tistudja l-effetti soċjali u eko­nomiċi li kellha l-pandemija, il-Eurofound nediet stħarriġ fuq skala wiesgħa fl-Unjoni Ewropea kollha f’April 2020. Imsemmi “Living, Working and COVID-19”, l-għan tal-istħarriġ hu li jiġu investigati l-qagħda in­ġe­­nerali taċ-ċittadini, issaħħa u s-si­­gur­tà, ix-xogħol u t-telework, il-bilanċ fil-ħajja u s-sitwazzjoni finanzjarja. Ir-riżultati li ġew ippreżentati din il-ġimgħa kienu mit-tielet stħarriġ simili wara żieda fil-każi pożittivi tal-pandemija. Stħarriġ preċedenti twettaq fir-rebbiegħa tal-2020 meta l-maġġoranza tal-Ewropej ġew konfinati f’pajjiżhom u ieħor fis-sajf tal-2020 meta bdew jiġu rilaxxati l-miżuri. Minkejja tnaqqis drastiku fil-fiduċja taċ-ċittadini fil-gvernijiet ris­pettivi f’dan il-perjodu, il-Gvern Malti, immexxi minn Robert Abela, ġie kklassifikat mal-ewwel 10 pajjiżi li jgawdu fiduċja tajba, quddiem pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Italja, Spanja, Franza u l-Awstrija, fost oħrajn.

F’dak li hu meqjus bħala wieħed mill-aktar indikaturi importanti, 14 mill-istati membri fl-Unjoni Ewropea sofrew daqqa kbira ’l isfel fil-fiduċja fl-amministrazzjoni tagħhom b’riżultat ta’ tqassim kajman fl-għoti tal-vaċċin kontra l-COVID-19 u l-impożizzjoni ta’ aktar miżuri restrittivi, inklużi lockdowns. “Fl-istħarriġ tas-sajf tal-2020, il-fiduċja fil-gvernijiet nazzjonali kienet diġà aktar baxxa mir-rebbiegħa fl-istess sena. Fir-rebbiegħa tal-2021 ġie rreġistrat aktar tnaqqis mhux biss f’ħafna pajjiżi, iżda wkoll f’diversi gruppi soċjodemografiċi. Analiżi preċedenti sabet li l-appoġġ finanzjarju mill-gvernijiet ħalla impatt pożittiv fuq il-livelli ta’ fiduċja,” qalet il-Eurofound fl-istħarriġ tagħha. Minkejja dan, pajjiżna, li kellu l-aħjar firxa ta’ vaċċinazzjoni fost il-maġ­ġoranza assoluta tal-poplu, ferm inqas restrizzjonijiet minn oħrajn u pakketti finanzjarji ta’ sos­ tenn, fost oħrajn, biex ma jintilfux l-impjiegi u jfallu n-negozji, il-fiduċja fil-Gvern baqgħet sostenibbli sa mis-sajf tal-2020 meta feġġew l-ewwel każi pożittivi fostna. Id-Danimarka kienet l-uniku pajjiż li rreġistra aktar fiduċja filGvern mis-sajf tal-2020, filwaqt li l-aktar pajjiżi li sofrew tnaqqis f’dan ir-rigward kienu l-pajjiżi tal-Lvant, bħall-Polonja, il-Kroazja, il-Bulgarija u r-Repubblika Ċeka. Iċ-ċittadini Maltin u Għawd­ xin kienu t-tielet l-aktar konvinti li jieħdu l-vaċċin, wara l-Irlandiżi u d-Daniżi rispettivament, b’inqas

minn 10% jgħidu li assolutament ma kellhomx ħsieb li jieħdu t-tilqima jew wisq probabbli ma jagħmlux dan. Min-naħa l-oħra fil-bqija talUE, kienu biss 64% tal-popli li qalu li se jieħdu t-tilqima żgur jew wisq probabbli. L-istess fejn tidħol il-kura medika, pajjiżna kellu l-ħames l-aħjar rata

fejn iċ-ċittadin ma kellux diffikultà biex jikseb l-għajnuna fl-isptar, b’titjib ukoll bejn is-sajf tal-2020 u r-rebbiegħa tal-2021. Is-sodisfazzjon tal-pubbliku Ew­ r­o­pew bil-miżuri ta’ appoġġ tul ilpan­demija sofra majnata mis-sajf ta’ sentejn ilu, wara li l-istħarriġ staqsa l-veduti tal-ġnus dwar jekk

il-proċeduri adott paj­jiżi ris­pet­tivi ċari, faċli, effiċ ġusti u mmirati Fil-fatt, waqt li 16% popli Ewropej qa li l-appoġġ med kien faċli u effiċje fis-sajf tal-2020, ra­ta niżlet għal sar-rebbiegħa 2021. Bil-kontra, f’M r-rata inġe­nerali t it-30%. L-appoġġ mis-servizzi medi lil dawk l-aktar jeħtiġuh irreġistra fl-UE kollha u t-ti f’servizz faċli u e ġusti u anke f’rego enti. Tgħaddina aħħar kienet l-Irla L-inqas livelli sofrewhom iċ-ċitt il-Portugall, Span Ċeka, is-Slovakkja Fil-każ tal-qgħa kellu l-aktar riżul għall-miżuri li dd ment il-Wage Sup tal-UE ġew irreġis kanti sena wara l għalqu minħabba l Fir-rebbiegħa kienet irreġistrata


15

10.07.2022

OST L-AKBAR SERĦAN TAL-MOĦĦ

ju.

tati filkinux ċjenti, sew. % talablu di­ku enti ir10% tal-

Malta taq­beż offrut iċi Maltin r li kienu a l-ogħla livell ieni l-aqwa rati effiċjenti, f’miżuri oli ċari u trasparbiss f’dawn talanda. f’dan ir-rigward tadini Ġermaniżi, nja, ir-Repubblika u l-Polonja. ad, fejn pajjiżna ltati baxxi, grazzi daħħlu, primarjapplement, fil-bqija strati żidiet sini­fi­ li l-ewwel negozji l-imxija. tas-sena l-oħra a rata ta’ 10% ta’

Dawn ir-riżultati huma frott it-tmexxija għaqlija tal-Gvern immexxi minn Robert Abela dawk intervistati li kienu f’impjieg qabel il-pandemija u issa spiċċaw qiegħda. Dan fisser 2% aktar mis-sajf tal-2020 u d-doppju tar-rebbiegħa fl-2020 (5%). Ir-rata tal-Maltin u l-Għawdxin li tilfu d-dħul finanzjarju tagħhom fir-rebbiegħa 2021 kienet tammonta għar-raba’ l-inqas wara dawk tal-Lussemburgu, l-Olanda u l-Belġ-

Din l-insigurtà wkoll kellha l-effetti tagħha fuq l-għajxien tal-popli, biċ-ċittadini lokali jirreġistraw ukoll rata baxxa dwar il-mod kif il-pandemija laqtet il-finanzi tagħhom. Bil-ħames l-inqas rata fl-UE kollha, il-Maltin u l-Għawdxin kienu f’qagħda aħjar mill-Awstrijaċi, il-Ġermaniżi, it-Taljani, il-Belġjani, l-Ispanjoli, il-Franċiżi, il-Portugiżi u l-Griegi, fost oħrajn. Meta stħarrġet ir-reżiljenza tal-finanzi personali tal-popli, il-Eurofound sabet li aktar minn 50% taċ-ċittadini Ewropej jistgħu jiġu kklassifikati bħala li jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja fraġli, li jfis­ser li min­għajr dħul fiss it-tfaddil tagħhom ma kienx se jservi biex iżommu l-istess livell ta’ ħajja għal aktar minn tliet xhur. F’pajjiżna, il-poplu mhux talli ma kellux għal xiex “jie­kol minn ġewwa” f’dan il-perjodu talli spiċċa jżid it-tfaddil tiegħu mal-banek għal livelli nazzjonali rekord. Kif inhu diġà dokumentat b’mod estensiv fi statistiċi uffiċjali u fi stħarriġ ieħor tal-Eurofound (European Quality of Life Survey - EQLS), ilkaż ta’ dawk li ma jistgħux ikampaw jew jaħsbu li mhux se jkampaw bil-finanzi personali jvarja ħafna minn pajjiż għall-ieħor, bil-pensjonanti u persuni oħrajn vulnerabbli l-aktar li rrapportaw diffikultajiet. Ir-rata tal-Maltin u l-Għawdxin li esprimew din il-biża’ kienet inqas minn nofs dik irreġistrata fil-Kroazja, is-Slovakkja u l-Greċja, fost l-oħrajn. Fattur ewlieni għal dan fl-UE, iżda mhux f’Malta, kienu l-kontijiet tad-

dawl u l-ilma u l-kirjiet jew id-djun fuq il-proprjetajiet. Għal darb’oħra dawk f’sitwazzjoni finanzjarja fraġli wieġbu li waqgħu lura fil-ħlas ta’ dak dovut minnhom b’mod regolari, inklużi wkoll kontijiet tat-telefown, mobile u internet. Dawk bi problemi fil-kirja jew ħlas tal-pagamenti lill-bank għall-akkomodazzjoni tagħhom telgħu minn 8% fis-sajf tal-2020 għal 23% fir-reb­ biegħa tas-sena li għaddiet, waqt li dawk bi problemi fil-kontijiet taddawl u l-ilma żdiedu minn 11% għal 39% f’inqas minn sena. F’pajjiżna, il-kontijiet tal-utilita­ jiet mhux biss baqgħu m’għolewx sal-lum il-ġurnata, imma fil-perjodu

l-Istat ukoll offra l-fakultà ta’ mora­ torji fuq pagamenti lill-banek għal dawk li x-xogħol tagħhom intemm ħesrem jew waqaf temporanjament kawża tar-restrizzjonijiet. Dan kollu hu riżultat ieħor pożittiv minkejja ċ-ċokon u l-limitazzjo­nijiet kollha ta’ pajjiżna, grazzi għat-tmex­ xija għaqlija ta’ Gvern La­burista, anke jekk fil-bidu tal-2020 kien għadu kemm ħiereġ minn diffikultajiet fit-tmex­xija. L-istess riżultati u aħjar li mistennija għall-perjodu wara dan l-istħarriġ, kienu wkoll riflessi fil-fiduċja li l-akbar maġġoranza elettorali tat lill-istess tmexxija fis-26 ta’ Marzu li għadda.

Il-Eurofound sabet li aktar minn 50% taċ-ċittadini Ewropej jistgħu jiġu kklassifikati f’sitwazzjoni finanzjarja fraġli u li bla dħul fiss ma kinux se jkampaw għal aktar minn tliet xhur. Il-Maltin kellhom il-ħames l-inqas rata f’dan ir-rigward


16

10.07.2022

ELEZZJONI LI MA SOLVIET XEJN

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Minn wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, saru u ntqalu ħafna affarijiet fil-Partit Nazzjonalista. L-aktar notevoli kienu d-dikjarazzjonijiet ta’ Bernard Grech li se jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni u effettivament, l-elezzjoni nnifisha, fejn fiha Bernard Grech tellaq waħdu u reġa’ gie elett Kap tal-Partit, b’appoġġ ta’ kważi 80% tal-Kunsilliera. Matul il-kampanja għall-istess elezzjoni u anki wara, sar ħafna kliem li issa l-Partit kellu jibdel id-direzzjoni, kellu jkun aktar inklussiv, kellu jaħdem iktar f’armonija bejn il-membri u l-grupp parlamentari tiegħu u l-Kap kellu jara li kulħadd jiġbed ħabel wieħed, tant li f’ċirkostanza minnhom qal li m’hemmx post għal dawk li jridu jtellfu. L-ewwel żewġ episodji wara dan kollu, li wrew li l-elezzjoni tal-Kap ma biddlet xejn kienu l-ħatra talAġent President ta’ Malta u l-emendi tal-liġi fuq l-IVF. Tal-ewwel uriet li anki fid-Dar Ċentrali stess, m’hemmx imqar metodu jew sistema ta’ kif ittra indirizzata lill-Kap, din tasal għandu filwaqt li l-emendi tal-liġi fl-IVF urew il-qasma kbira li għad hemm fil-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Waqt id-dibattitu ta’ dawn l-emendi, kien hemm Deputati Nazzjonalisti li qalu li talbu li jkunu liberi u jivvutaw skont il-kuxjenza tagħhom u ma jkunx hemm gwida jew ordni ġenerali kif dawn għandhom jivvutaw. Fi kliem ieħor, dawn talbu li jkollhom vuċi fuq emendi importanti bħal dawn sabiex ikunu liberi li jivvutaw skont dak li huma jemmnu fih. L-emendi li qed jiġu proposti u li issa huma approvati, huma dawk li jkun jista’ jsir ittestjar għal numru ta’ kundizzjonijiet ġenetici severi fuq l-embrijun qabel dan jiġi impjantat fil-ġuf. Bernard Grech ċaħad li kien hemm min talab għal free vote, dan minkejja li tal-inqas madwar disa’ deputati tiegħu, huma rappurtati jgħidu li pubblikament jew privatament, talbu li jsir dan. Fil-fatt,

tlieta minnhom, ivvutaw kontra l-linja tal-Partit. F’sezzjonijiet mill-midja, anki ġie rrappurtat li saħansitra hemm min hu lest li jgħajjat division li jfisser li kull deputat fil-Parlament irid iqum u jiddikjara l-vot tiegħu personalment u hekk sar. Lil hinn mill-emendi nfushom, minn dan kollu, joħroġ miċ-ċar li m’hemmx koerenza fit-tmexxija u l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Juri kif minkejja l-ħafna kliem sabiħ, jidher biċ-ċar li fil-Partit Nazzjonalista ma jistax ikollok vuċi għax jew tiġbed u tagħmel dak li jgħidu l-ftit inkella m’għandekx post fl-istess Partit. Hija daqqa ta’ ħarta oħra għal Bernard Grech li minkejja kollox, għadu ma jistax isib metodu kif imexxi b’sinerġija b’kulħadd on board bħala Partit magħqud. Il-Partit Nazzjonalista ma jifhimx u ma jirrikonoxxix li fuq ċerti materji ta’ kuxjenza, għandu jkun hemm opportunità ta’ vot ħieles. Kultant li ma jkunx hemm qbil fuq xi ħaġa hekk huwa tajjeb għax tagħti lok ghal diversità fl-istess grupp. Il-Partit Nazzjonalista seta’ wkoll żamm diskussjoni ħajja fi ħdanu fejn hemm, id-deputati tiegħu jkollhom ċans jesprimu t-tħassib jew l-ideat tagħhom. Imma lanqas dan ma sar u kien għalhekk li dawn it-tliet deputati vvutaw kontra għaliex lanqas spazju fejn jitkellmu ma fadal fl-istrutturi tal-Partit. Bernard Grech ipprefera li jwebbes rasu u mhux biss irrifjuta t-talbiet tagħhom imma saħansitra ngħad li ħadd ma kien talab għal din l-opportunità ta’ vot ħieles. Dan qed iwassal biex għat-tielet leġiżlatura konsekuttiva, pajjiżna jibqa’ bla Oppożizzjoni kostruttiva, li sservi bl-aħjar mod tagħha r-rwol kostituzzjonali li għandha. Dan huwa nuqqas serju ħafna għaliex min verament jemmen fis-saltna tad-dritt, għandu jara li tal-inqas jissodisfa dan il-kriterju kostituzzjonali billi jkun oppożizzjoni serja u jagħmel xogħlu b’mod tajjeb u korrett. Dan mhux il-każ illum u ma kienx il-każ fl-10 snin li għaddew. Id-diżgwid tal-Oppożizzjoni ħareġ fid-dieher ukoll fid-diskussjoni Parlamentari tal-mozzjonijiet dwar il-materja tal-Università Amerikana f ’Malta. Hawnhekk ukoll rajna dikjarazzjonijiet fiergħa minflok m’assistejna għal parteċipazzjoni serja fid-dibattitu. Li tissejjaħ elezzjoni biex persuna waħda ttellaq weħidha biex taparsi ngħidu li kien hemm proċess demokratiku, hija biss ħadma kożmetika biex tagħti r-riżultat elettorali, li għal darb’oħra kkundanna lill-Partit Nazzjonalista u mill-ġdid qed jitolbu jagħmel eżami tal-kuxjenza, li jidher li ser jerġa’ ma jsirx.

Sur Editur Dan Bernard Grech għandu ħabta jitfa’ fuq ħaddieħor dak li huwa mmażżrat ma’ għonqu! Kemm iħobb iwaħħal f’ħaddieħor qaddisa dinja! Mela għat-telfa tal-elezzjoni bl-għeruq u x-xniexel waħħal f’kulħadd minbarra fih innifsu. Minflok mea culpa, mea culpa, mea maxima culpa, dar fuq kulħadd u qalilhom tua culpa, tua culpa, tua maxima culpa, kemm qanna hu ħelu! Aktar riċenti waħħal fil-Prim għażiż tagħna li ma konsultahx fil-ħatra tal-Aġent President, meta tagħna kien bagħatlu ittra biex ikun hemm konsultazzjoni u injoraha u waħħal fil-Prim. Kemm hu, nerġa’ ngħid, qanna ħelu! Issa li jinsab dejjem aktar mgħaddas fil-ħama f’partit li huwa maqsum aktar mit-thousand-piece jigsaw puzzle li ilha fuq ilgwardarobba tal-kamra tal-opri matrimonjali tiegħi u ta’ Melda snin kbar, qed jgħid li l-Gvern tagħna huwa Gvern ta’ kriżi. Kriżi ħaqq l-ożbreċ moħħu imma, għax kienet ħierġa ereżija minn dawk il-kbar! Għandna Gvern li qed jimmaniġġja bi kriżi qalilhom lil tax-xibka ta’ gideb tal-aħbarijiet tagħhom. Kompla jagħżaq u jgħid li ma jistax jaċċetta li l-Gvern dejjem irid iwaħħal f’ħaddieħor. Ara min qed jitkellem ukoll! Patri, tfilju u l-oħrajn miegħu! Qas jitwemmen darraġel e! Għandna Gvern li qed jitfi kull leġiżlatura Nazzjonalista imma! Dik hi l-istorja! Mela Gvern li jimmaniġġja bi kriżi, x’kull waħda, Sur Editur! Taf x’inhi l-kriżi? Li ħadd minnhom ma jaqbel fuq l-ebda kwistjoni li tkun għaddejja fil-pajjiż. Dik hija l-kriżi. Mela l-Gvern tagħna għandu kriżi, ħaqq l-inħir li tonħor Melda tiegħi fil-kamra tal-opri matrimonjali! Ara aħna għandna Gvern li Alla jbierek diġà għaddew 100 jum minn meta l-poplu għażlu biex ikun jista’ jħares lejn il-futur sabiħ ta’ pajjiżna! U kif għaddew! Għaddew billi f’dawn l-ewwel 100 jum, ilwegħdiet li saru biex ikunu mwettqa f’dawn it-tliet xhur, twettqu, Sur Editur. F’100 jum il-Gvern tagħna kompla jwieżen lill-familji bl-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-fuel, emendajna l-liġi tal-IVF, l-art fiżŻonqor u oħra f’Bormla se jerġgħu jingħataw lura lin-nies u l-femiċidju daħal fil-Kodiċi Kriminali tal-pajjiż. Dan apparti ċ-ċertifikati li qed jagħtuna l-agenziji barranin u wkoll il-Kummissjoni Ewropea u qalulna li aħna storja ta’ suċċess wara li implimentajna l-pjan ta’ azzjoni maqbul mal-FATF. U l-istorja ta’ suċċes għal Robert tagħna li l-qgħad dejjem nieżel. U kif qal il-kbir Prim tagħna, li l-ħidma ma tistax tieqaf hawn, anzi, fadal iżjed xi jsir. Mela kriżi ta’ immaniġġjar kif qal l-intamat jew! U issa x’se jiġri? Kif qed tistaqsi dik li ma tgħaddix ġurnata li ma tarax ittra tagħha kontra l-Labour fil-ġurnali? Emily il-Barbaro Sant. Għax jien kollox naqra Sur Editur. Din oħra minn tal-klikka li jużaw isimha biex joqogħdu jħammġu lil-Labour. Issa taf x’se jiġri Barbaro Sant? Issa kompli gawdi l-ewwel waħda int, minn dak kollu li qed jagħmel il-Gvern tagħna. U kompli ikteb fil-ġurnali kontra l-Gvern u għajru korrott. Ara ma tgħidx li hawn nuqqas ta’ libertà tal-espressjoni imma. U tal-Metsola, Sur Editur? Dik li l-Parlament Ewropew ħasbitu l-Kunsill Ġenerali tal-PeNe? Mela l-ġurnal awtorevoli POLITICO rrapporta dwar il-kontroversja li għaddejja fl-Unjoni Ewropea minħabba li l-President tal-Partit Popolari Ewropew, Manfred Weber, u l-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, qed jimbuttaw lill-Kap tal-uffiċċju ta’ Metsola biex isir is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Parlament Ewropew. Taf min hu dan, Sur Editur? Mela ħa ngħidlek jien. Dan huwa t-Taljan Alessandro Chiocchetti, li kien l-assistent ta’ Marcello Dell’Utri, li kien politiku Taljan u l-id il-leminija ta’ Silvio Berlusconi u li nstab ħati u ntbagħat seba’ snin ħabs minħabba rabtiet mal-mafja ta’ Sqallija. Chioccetti ma kienx ġie akkużat b’korruzzjoni jew rabtiet mal-mafja, iżda l-qrubija tiegħu mal-alleati ta’ Berlusconi kienu sors ta’ kontroversja fil-Parlament Ewropew, Sinjura Metsola, li dejjem tgħajjar lil tagħna b’korruzzjoni. Għad-dieħla!


17

10.07.2022

IL-KUNSILLI LOKALI U R-REĠJUNI

XOGĦOL MEĦTIEĠ U BŻONJUŻ MIĊ-ĊITTADIN Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Suġġett li bla dubju huwa għal qalbi għaliex appartjenejt għalih jiena wkoll. Kont elett bħala minority leader fil-lokalità tan-Naxxar fejn kelli din il-kariga għal 10 snin sħaħ u issa, minn Jannar lil hawn, bħala President tar-Reġjun Tramuntana. Ħsibt li nitkellem ftit mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli li qed taħdem qatigħ biex twettaq dak li qalbha tħabbat għalih: iżjed ħidma favur il-Gvern lokali, anke minħabba l-fatt li hi stess għexet din il-pożizzjoni fil-Kunsill Lokali ta’ Bormla qabel inħatret Segretarju Parlamentari fi ħdan ilGvern Malti. Bla dubju, il-Kunsilli u r-Reġjuni jagħmlu ħafna xogħol li ħafna drabi ma jidhirx, imma jkun qed jolqot lil ħafna ċittadini. L-irwol u l-esperjenza tiegħek bħala Sindku tgħinek fir-rwol li għandek illum bħala Segretarju Parlamentari? L-esperjenza tiegħi fil-qasam tal-Gvern Lokali tmur lura għall-2009, meta kkandidajt ruħi għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fil-lokalità ta’ Bormla. Fl-istess Kunsill Lokali servejt għal 13-il sena, erbgħa bħala Viċi Sindku u disgħa bħala Sindku. Kienu 13-il sena li matulhom kelli ċ-ċans nisma’ x’jistennew mill-Kunsilli Lokali n-nies tal-lokalitajiet rispettivi u nevalwa u nixtarr tajjeb l-istess aspettattivi. Illum bl-esperjenza miksuba fil-Kunsilli Lokali ninsab f’pożizzjoni li l-viżjoni li bnejt matul it-13-il sena fil-Kunsill Lokali npoġġieha fil-prattika u nkun il-fulkru li jixpruna titjib kontinwu fil-qasam tal-Gvern Lokali. Naturalment, Segretarjat Parlamentari hija realtà ġdida għalija, iżda kif dejjem għamilt, lesta li nservi bl-aħjar mod possibbli. Hekk huwa dmiri. Iċ-ċittadini għandhom

għalfejn japprezzaw ħidmet il-Kunsilli Lokali? Fiċ-ċentru tal-ħidma u l-pjanijiet tal-Kunsilli Lokali għandu dejjem ikun hemm il-lokalità u r-residenti tal-lokalità rispettiva. Illum il-ġurnata, il-ħidma tal-Kunsilli Lokali ma tiffokax biss fuq servizzi bażiċi iżda tittratta oqsma delikati fosthom dawk soċjali, edukattivi u kulturali. Ma nemminx li hemm għalfejn nidħol f’dettalji żejda sabiex nirrimarka li s-Sindki, il-Viċi Sindki u l-Kunsilliera jiddedikaw parti sostanzjali mill-ħin tagħhom sabiex jisimgħu liċ-ċittadini u jaraw kif u fejn jistgħu jgħinu. Ħafna drabi jmorru lil hinn minn dak li huwa mistenni minnhom sabiex jassiguraw li jtejbu l-kwalità ta’ ħajja tar-residenti. Sfortunatament, għalkemm mhux daqshekk ta’ spiss, ninnota li speċjalment permezz ta’ mezzi soċjali, ikun hemm kritika inġusta fil-konfront ta’ membri tal-Kunsilli

Lokali. Tara li l-Kunsilli Lokali qed jimxu mal-isfidi tal-lum speċjalment fejn tidħol l-indafa, l-ambjent, is-saħħa u l-edukazzjoni? Tul is-snin l-irwol tal-Kunsilli Lokali nbidel. Imxejna mal-bżonnijiet tal-preżent. L-isfidi nbidlu matul dawn l-aħħar 29 sena. Allura ridna naddattaw ħidmietna. Fiż-żminijiet tal-pandemija pereżempju, il-Kunsilli Lokali baqgħu joffru s-servizzi tagħhom ta’ kuljum u kellhom jaddattaw għall-bżonnijiet tan-nies f’dak il-perjodu. Morna lil hinn minn dak li konna mdorrijin nagħmlu. Rajna kif nistgħu ngħinu lir-residenti, b’mod partikolari lill-anzjani. Ilqajna kull sfida għaliex ir-residenti tagħna dejjem kienu fuq quddiem nett tal-viżjoni u tal-ħidma tagħna. Rigward ir-riġenerazzjoni ta’

kif jinġabar l-iskart, kif taħseb flimkien mal-Kunsilli Reġjonli se tolqot b’mod pożittiv lil ali, il-Kunsilli Lokali, l-Assoċpajjiżna? jazzjoni, entitajiet u msieħba nkomplu nsaħħu l-komunikaL-ambjent u l-indafa huma zzjoni u l-koperazzjoni ta’ bedekasteri li dejjem ħadu pri- jnietna - naħdmu id f’id biex jorità. L-isfidi dejjem kienu ir-residenti tagħna jgħixu hemm f’dawn is-setturi u jibqa’ aħjar, sabiex flimkien nofjkun hemm. L-għan ewlieni fru kwalità ta’ ħajja aħjar tagħna huwa li nkomplu ni- lill-poplu Malti u Għawdxi. simgħu u ntejbu fuq it-tajjeb Kif semmejt aktar kmieni, li għandna. Inkomplu nagħtu matul is-snin il-Kunsilli Loaktar għodda lill-Kunsilli Reg- kali għarfu jimxu maż-żmien. jonali biex jgħinu lill-Kunsilli Nemmen li sabiex jibqgħu Lokali. Permezz ta’ skemi u relevanti għandhom iħaddnu għajnuniet oħra l-Gvern Ċen- l-istess prinċipju u jingħataw trali qed ikompli jgħin lill-Kun- il-possibilità li jesploraw u silli Lokali fit-twettiq ta’ aktar jvaraw inizjativi ġodda minn għajnuniet, proġetti u attivita- żmien għal żmien bil-għan li jiet. jmexxu lil-lokalità rispettiva maż-żminijiet. Taħseb li l-Kunsilli Kellna miżuri elettoraLokali flimkien mar-Reġjuni li ambizzjużi u li jindirizzaw għandhom jingħataw funzjoni ix-xewqat tar-residenti. Il-loaktar moderna? Xi pjan ta’ kalitajiet tagħna rriduhom ħidma għandek biex il- Kunsilli destinazzjonijiet ta’ kwalu r-Reġjuni joffru servizz ità. Irridu komunitajiet aħjar liċ-ċittadin? b’saħħithom u Kunsilli Lokali u Reġjonali li jkunu dejjem Inħares ’il quddiem sabiex aktar viċin in-nies.


18

10.07.2022

L-EWWEL MITT JUM

CHRIS BONETT Segretarju Parlamentari

Il-politika mhijiex vokazzjoni, imma bla dubju, hija missjoni li min jidħol għaliha, jagħmel hekk b’impenn li jtejjeb ħajjet iċ-ċittadini kollha. Żgur li l-poplu Malti għalhekk reġa’ fada l-pajjiż f’idejn il-Partit Laburista, għax jaf, li kien dan il-partit fil-Gvern, li minn dejjem wettaq riformi sabiex itejjeb ħajjet iċ-ċittadini u beda

jbiddel wiċċ Malta. F’dawn l-ewwel ġimgħat ta’ Gvern Laburista bosta ħasbu li kienu se jkunu bħal qamar il-għasel, imma għalina, dan il-perjodu ma kien qamar il-għasel xejn, għax xammarna l-kmiem biex komplejna għaddejjin bir-riformi leġiżlattivi, li kienu meħtieġa, biex pajjiżna llum m’għadux iktar filfamuża lista l-griża tal-FATF. Bil-ħidma tal-Prim Ministru, u bir-riformi li wettaqna, erġajna għollejna r-reputazzjoni ta’ Malta f’għajnejn id-dinja. Minn wara r-rebħa storika li ksibna fl-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu li għadda, bdejna minnufih b’ħidma ma taqta’ xejn, sabiex dak li wegħedna lill-poplu Malti fil-manifest elettorali nwettquh. F’dawn l-ewwel 100 jum urejna kif il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela huwa konsistenti u kredibbli. Urejna għal darb’oħra li dak li

nwiegħdu, inwettquh, bla biża’ u bla tnikkir. Għalhekk aħna Gvern riformista. Fl-ewwel jiem wara li l-Gvern beda jiffunzjona, ressaqna fil-Parlament emendi fil-liġi tal-IVF biex aktar koppji jkollhom l-opportunità li jsiru ommijiet. Għall-kuntrarju ta’ Gvern Nazzjonalista, li minkejja li ressaq din il-liġi fl2012, ħallieha fuq l-ixkaffa. Komplejna nkunu konsistenti ma’ dak li wegħedna meta ħadna artijiet, bħal dik taż-Żonqor u art oħra fil-Kottonera, fejn raddejniehom lura lill-poplu. Dan qed nagħmluh minkejja t-tfixkil u l-oppożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Komplejna nkunu kredibbli fl-għajnuna li bqajna nagħtu lin-negozji, anki minn fondi Ewropej, sabiex ninċentivaw lin-negozji biex jilqgħu għall-isfidi li qed jiffaċċjaw għall-qalba diġitali, biex ikab-

bru l-kompetittività u jkunu iktar sostenibbli. Dan kollu għamilnieh b’sens f’moħħna li nipproteġu l-impjiegi tal-ħaddiema, l-iktar f’intrapriżi żgħar u medji, li huma l-iktar li qed ikollhom sfidi ekonomiċi. Qabel ma fassalna skemi għan-negozji minn fondi Ewropej, ħassejt il-bżonn li nikkonsultaw mal-imsieħba soċjali, sabiex, nisimgħu s-suġġerimenti tan-negozji u nassistu fejn hemm bżonn. Komplejna naħdmu biex naqqasna l-qgħad, li llum, jinsab fl-inqas livell storiku tiegħu. Komplejna ninċentivaw ix-xogħol biex naqqasna l-għadd tan-nies dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali. Ma waqafniex hemm. Fis-sitwazzjoni ta’ bħalissa, fejn il-prezzijiet qed jogħlew b’rata qawwija, il-Gvern minflok għabba l-piżijiet fuq il-familji, għażel li jassorbi hu l-piż taż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija,

tal-qmugħ u l-għalf, biex ilħajja għall-Maltin ma togħliex b’mod esaġerat bħalma ġara lil ċittadini f’pajjiżi ġirien tagħna. Fuq kollox, komplejna, u se nkomplu, nibnu fuq it-tajjeb kollu li għamilna fis-sentejn li għaddew. Se nkomplu ntejbu l-infrastruttura tat-toroq u nagħtu iktar spazji miftuħa lin-nies biex intejbu l-ambjent naturali f’kull lokalità ta’ pajjiżna. Dan kollu li wettaqna f’dawn l-ewwel 100 jum huma garanzija għall-ġejjieni ta’ pajjiżna. Huma wkoll mera ta’ kif ilGvern Laburista tal-Prim Ministru Robert Abela se jkompli jmexxi fis-snin li ġejjin. Għalhekk, il-ġejjieni ta’ pajjiżna mhux biss jidher, imma se jkun sabiħ għal kulħadd, fejn kull ċittadin se jkompli jkollu kull opportunità li jimraħ fejn irid biex jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.

ASSEMBLEA PARLAMENTARI GĦALL-MEDITERRAN

KATYA DE GIOVANNI Membru Parlamentari

L-Ugwaljanza bejn is-sessi fil-pajjiżi Ewro-Mediterranji u tal-Golf u l-perspettivi f’era ta’ wara l-pandemija. Kien ta’ unur kbir għalija li nindirizza l-konferenza tal-Assemblea Parlamentari għall-Mediterran ġewwa Lisbona li saret fl-4 u l-5 ta’ Lulju. F’din il-konferenza nedejna dak li jissejjaħ il-Women’s Parliamentary Forum fejn ser ikollna ċ-ċans li nitkellmu fuq suġġetti li jolqtu aktar lin-nisa b’mod dirett. Ilkoll nafu li n-nisa madwar id-dinja ġew affettwati ħafna mill-pandemija talCOVID-19, fejn tidħol il-mara

u ħadna daqqa ta’ ħarta kbira fl-oqsma kollha, speċjalment fir-rigward tal-vjolenza minn sieħeb intimu u l-parteċipazzjoni ekonomika tan-nisa. Mill-aspett ekonomiku, in-nisa, minkejja li kienu fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-COVID-19, kienu aktarx l-aktar li tilfu l-impjieg tagħhom. Apparti dan, ir-responsabbiltajiet tal-familja fil-biċċa l-kbira waqgħu fuq il-mara u għalhekk żdied id-distakk bejn xogħol bi ħlas u xogħol mingħajr ħlas. Id-diskors tiegħi ffoka fuq kif Gvern Laburista qed jindirizza din is-sitwazzjoni. Fil-fatt, bħala Gvern, bħalissa qed infittxu b’mod attiv li nilleġiżlaw bl-intenzjoni li tinħoloq bidla b’messaġġ ċar. Wieħed mill-eżempji ta’ dan kien il-bidla riċenti fil-Liġi Elettorali Maltija. Fil-leġiżlatura preċedenti saru emendi Kostituzzjonali li introduċew mekkaniżmu korrettiv dwar is-sessi, li jindirizza n-nuqqas ta’ preżenza tan-nisa fil-Parlament. L-applikazzjoni tal-liġi saret għall-ewwel darba wara l-elezzjonijiet ġenerali fis-26 ta’ Marzu ta’ din is-sena. Minħabba dan il-mekkaniżmu korrettiv, żdiedu 12-il Membru Parlamentari mara (sitta għallGvern u sitta oħra għall-Op-

pożizzjoni), biex b’kollox hemm 22 Membru Parlamentari mara minn 79. Għalkemm għandna numru baxx ta’ Membri Parlamentari nisa, nemmen li b’kampanja edukattiva aħjar u mal-partiti politiċi li potenzjalment ipoġġu aktar kandidati nisa, għandu jkun hemm titjib. Eżempju ieħor kien l-introduzzjoni tal-femiċidju fil-kodiċi kriminali Malti. Fl-20 ta’ Ġunju, il-Parlament tagħna approva unanimament abbozz ta’ liġi li jinkludi l-femiċidju fil-kodiċi kriminali. L-abbozz jistabbilixxi ċirkostanzi meta omiċidju, jew ir-reat, sar purament minħabba li l-vittma hija mara. Dawn iċ-ċirkostanzi ġodda se jintużaw biex jillimitaw id-diskrezzjoni tal-ġudikatura f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundanna tal-awtur tarreat. Il-qtil ta’ persuna bbażat fuq is-sess tiegħu diġà huwa reat aggravat fil-liġi Maltija u għalhekk ir-riforma hija maħsuba biex tħeġġeġ lill-ġudikatura sabiex toħroġ l-aktar sentenza ħarxa possibbli f’każijiet li jaqblu ma’ dawn iċ-ċirkostanzi ġodda. Għalkemm l-inċidenza tal-kriminalità fil-Gżejjer Maltin mhix għolja, il-messaġġ huwa ċar li n-nisa għandhom iħossuhom ugwali u protetti.

It-tielet eżempju li nixtieq insemmi huwa dak tal-kura għat-tfal b’xejn. Childcare b’xejn f’Malta ġie introdott fl-1 ta’ April 2014. Huwa disponibbli għall-ġenituri kollha li jaħdmu. Malta rat riżultati pożittivi fir-rigward tal-impjieg u t-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa mill-introduzzjoni ta’ din l-iskema. Matul disa’ snin, bejn l-2010 u l-2019, l-impjieg tan-nisa żdied bi 52%. Huwa bis-saħħa ta’ dawn l-iskemi, bħall-iskema tal-kura tat-tfal b’xejn u oħrajn bħall-garanzija għażżgħażagħ, l-iskemi ta’ taħriġ, u bosta oħrajn, li Malta rat attivazzjoni tas-suq tax-xogħol u dħul mill-ġdid tan-nisa fl-impjieg. Dan il-benefiċċju jħeġġeġ lin-nisa biex jibqgħu jaħdmu. Bidla reċenti oħra kienet fis-sistema edukattiva, fejn l-iskejjel sekondarji tagħna kienu tradizzjonalment skejjel ta’ ġeneru wieħed. Għalhekk studenti subien u bniet qed jiġu mgħallma flimkien u offruti eżattament l-istess kurrikuli. Flimkien ma’ dan, ikun hemm il-monitoraġġ tal-kurrikuli meta wieħed jara li l-kotba u t-testi użati fl-iskejjel ma jimplikaw l-ebda messaġġ moħbi. Għaddew il-ġranet ta’

meta fil-ktieb tal-istorja tal-iskola, ir-raġel jitla’ siġra u t-tifla tistennieh għax hu l-protagonista u tħares ’il fuq b’mod passiv biex tara dak li qed jagħmel. Issa t-tnejn li huma involuti sabiex jippromwovu l-integrazzjoni u l-attività talmara f’kull sfera tas-soċjetà. Flimkien ma’ dan jeħtieġ li nipprovdu pariri dwar il-karriera li jħeġġu kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa joħorġu minn impjiegi sterjotipati. Is-subien fl-iskejjel primarji jeħtieġ li jkollhom aktar għalliema rġiel bħala mudelli eżemplari. Jeħtieġ ukoll pereżempju li naraw aktar nisa bħala piloti u kontrolluri tal-ajru. Barra minn hekk, jeħtieġ li nnaqqsu l-fatt li n-nisa jagħżlu li jieħdu korsijiet iqsar ta’ studju għax jafu li se jkollhom bżonn jieħdu kura ta’ familthom u sabiex irabbu lil uliedhom jekk jixtiequ jagħżlu li jsiru ġenituri. Kif qed naraw il-politika ta’ Gvern Laburista qed tħares ’il quddiem sabiex fil-verità naraw il-mara tipparteċipa b’mod sħiħ fis-soċjetà tagħna. In-nisa għandhom jagħżlu huma x’jixtiequ jagħmlu b’ħajjithom u ma jkollhom ebda istituzzjoni jew soċjetà li tillimitahom.


19

10.07.2022

KONTINWAZZJONI U STABBILTÀ

MICHAEL FALZON Ministru

Għalaqna l-ewwel 100 jum ta’ dan il-Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela. F’Marzu li għadda l-poplu Malti u Għawdxi reġa’ bagħat messaġġ b’saħħtu favur kontinwazzjoni u l-bżonn ta’ serħan il-moħħ, speċjalment f’mumenti delikati u pressjonijiet li ġejjin mill-atmosfera internazzjonali. Messaġġ ċar li ma wasalx b’kumbinazzjoni, iżda għax għandna poplu li

jemmen fi Gvern kredibbli li jwettaq dak li hemm bżonn filħin. Fl-istess ħin, għax Gvern Laburista għandu fiduċja sħiħa fil-poplu Malti u Għawdxi. Mhux qegħdin biex nigglorifikaw dak li sar, iżda tajjeb li nieqfu u nirriflettu ftit fejn ninsabu llum meta mqabbla ma’ pajjiżi ġirien tagħna. Wettaqna l-maġġoranza assoluta tal-manifest elettorali fil-leġiżlatura li għaddiet, bil-miżuri soċjali kollha mwettqa. Issa, inħarsu ’l quddiem sabiex jidħlu fis-seħħ il-proposti soċjali kollha msemmija flaħħar manifest, li se jkomplu jagħmlu d-differenza fil-ħajja tal-familji u tal-anzjani tagħna, għal din il-leġiżlatura. Verament jinteressana minn ħajja ta’ kwalità aħjar għal kulħadd, anke jekk dawn jaffettwaw biss ftit minoritajiet. Eżempju ċar ta’ din il-politika, huma l-emendi fil-Liġi dwar l-IVF li għaddew mill-Parlament din il-ġimgħa, sabiex aktar nies ikunu jistgħu

jsiru ġenituri. Bidliet li permezz tagħhom aktar persuni se jgawdu mill-proċess tal-IVF bla ħlas, ser jiżdiedu ċ-ċikli tal-IVF, u saħansitra s-servizz se jiġi offrut anke lil min diġà għandu wild. Li kien għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista, dawn il-persuni ma kienx ikollhom dawn l-għażliet disponibbli, imma minflok kienu jibagħtu lil dawn il-familji barra mill-pajjiż sabiex jieħdu dan s-servizz. Lanqas fuq dak li jidher l-aktar bażiku u ovvju ma qablu bejniethom, aħseb u ara fuq deċiżjonijiet li jeħtieġu direzzjoni u kontabilità kontinwa. Irridu nirrikonoxxu wkoll li qed ngħixu f’dinja globalizzata, fejn kull ħolqa tifforma katina sħiħa, b’ħafna fatturi jaffettwaw is-saħħa ta’ din il-katina internazzjonali. Malta, minnha nnifisha diġà hija esposta għal fatturi esterni diffiċli, bħall-insularità, in-nuqqas ta’ materja prima u riżorsi naturali. Ovvjament dak li qed jiġri fl-Ukraj-

na, kompla jagħmel din is-sitwazzjoni iktar diffiċli. Il-prezz tal-fuel u ċ-ċereali sploda, f’ċerti sitwazzjonijiet anke bid-doppju. Quddiem dan, Gvern Laburista qed jagħmel tajjeb sabiex dawn il-piżijiet ma jbatihomx il-popu Malti, u għalhekk daħal hu għal dawn il-piżijiet sabiex jipproteġi lin-nies. Dawk kollha li siefru riċentament setgħu jaraw b’għajnejhom il-prezzijiet tal-fuel, li huma ferm aktar minn dawk ta’ pajjiżna. Li kieku l-Gvern ma daħalx għal dan il-piż kull persuna faċilment kien ikollha tħallas mat-€80 aktar fix-xahar fuq il-konsum tal-fuel tal-karozza biss. Ma ninsewx ukoll li anke l-ġenerazzjoni tal-elettriku hija dipendenti fuq il-fuel, u anke hawn żammejna mal-wegħda tagħna li nżommu l-prezzijiet tal-enerġija stabbli. Wegħda li bdiet fis-sena 2013 u li baqgħet tinżamm sal-lum il-ġurnata. Jekk kien hemm

ħaġa li dan il-Gvern dejjem kien b’saħħtu fiha, hija r-rieda li joħloq ambjent stabbli, mingħajr piżijiet ġodda jew taxxi addizzjonali. Dan l-impenn b’saħħtu ta’ din l-amministrazzjoni kien wieħed strumentali sabiex in-negozji jibqgħu għaddejjin, anke fi żmien ta’ pandemija, meta kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom. Kulħadd jaf fejn qiegħed magħna, u l-ewwel 100 jum kienu eżempju ċar ta’ kemm dan il-pajjiż jiflaħ għall-isfidi. Ħaddieħor kien għażel jitfa’ l-piż fuq in-nies, meta kien hemm pressjoni internazzjonali li kienet ferm inqas minn dik li hemm illum. Il-fiduċja tagħkom il-Maltin u l-Għawdxin, se nkomplu nsarrfuha f’aktar ġid li minnu jgawdi kulħadd. Gvern tannies jaħdem għan-nies u jistinka sabiex jara lil kulħadd jitla’ tarġa ’l fuq. Dak hu dak li dejjem emminna, u dak hu li se nibqgħu naħdmu għalih.

XOGĦOL FAVUR IN-NIES

OMAR FARRUGIA Membru Parlamentari

Għaddew l-ewwel 100 jum tal-ewwel mandat elettorali li ngħata mill-maġġoranza kbira tal-elettorat Malti lillPrim Ministru Robert Abela. L-ewwe 100 jum huma togħma ta’ dak li jkun ġej fil-kumplament tal-leġiżlatura. Nemmen li hemm qbil ġenerali li dawn l-ewwel 100 ġurnata, għalkemm fi sfond internazzjonali partikolari, issarrfu f’ħidma produttiva li diġà bdiet tħalli l-frott. Fuq kollox, urew li dan ser ikun Gvern Laburista ieħor li jżomm kelmtu man-nies. 100 jum favur in-nies. Tlaqna sa mill-ewwel seduti tal-Parlament il-ġdid bid-diskussjoni dwar il-liġi dwar il-prokreazzjoni assistita, magħrufa bħala IVF, li kompliet twessa’ l-parametri tal-liġi li

kellna qabel. Issa, bl-emendi l-ġodda se nagħtu l-opportunità lil ħafna aktar koppji li jsiru ġenituri, opportunità li sfortunatament s’issa ma kellhomx. Ma kellhomx għax il-liġi Maltija ma kinitx tippermetti li jsiru proċeduri li ġabhom miegħu l-avvanz fix-xjenza u dawn il-proċeduri setgħu jsiru biss barra minn xtutna. Bir-riforma tal-liġi tal-IVF, żammejna kelmitna ma’ dawk il-koppji li kellhom bżonn l-għajnuna tagħna sabiex isiru ġenituri għall-ewwel darba. Wegħedna li ser nagħmlu dan it-tibdil importanti fl-ewwel 100 jum, u dak huwa preċiżament li għamilna bil-vot kompatt talGrupp Parlamentari Laburista fl-aħħar jiem. Hekk kif qbadna ħerġin mill-effetti tal-pandemija, pajjiżna beda jaffaċċja sfidi li qed joħolqu diffikultajiet kbar lil kull pajjiż fid-dinja, inkluż dawk l-ekonomiji li huma ħafna akbar minn tagħna. L-amministrazzjoni Laburista qed tagħmel dak kollu possibbli sabiex il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna jkollha impatt mill-anqas fuq il-prezzijiet ta’ prodotti essenzjali importati f’pajjiżna. Mill-prodotti tal-enerġija, inklużi l-kontijiet tal-elettriku, sal-prodotti tal-ikel bħall-qmugħ u ċ-ċereali. Prodotti essenzjali għal kulħadd, kemm għall-famil-

ji kif ukoll għan-negozji. Illum pajjiżna għandu waħda mill-anqas rati ta’ inflazzjoni fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa riżultat li ċertament ma ġiex mix-xejn. Mhux hekk biss, talli pajjiżna rnexxielu jsostni r-ritmu ekonomiku tal-pajjiż permezz ta’ aktar nies jaħdmu, żieda qawwija fl-għadd ta’ turisti li qed iżuru pajjiżna u investimenti ġodda. Anke jekk għadhom għaddew 100 ġurnata biss, il-Prim Ministru ħabbar u nieda numru ta’ investimenti ġodda fl-oqsma tal-avjazzjoni, il-manifattura u s-settur turistiku, fost l-oħrajn. Il-qgħad kompla nieżel u llum għandna wkoll l-inqas rata ta’ qgħad li qatt irreġistra pajjiżna. Dawn ir-riżultati setgħu jkunu possibbli għaliex għandna amministrazzjoni għaqlija, iffokata fuq ix-xogħol u li darba wara l-oħra tkun ippreparata sabiex tilqa’ għall-impatt li jkun ġej minn barra bl-aħjar mod possibbli. Riżultat ieħor kienet it-tneħħija ta’ pajjiżna mil-lista l-griża tal-FATF. Għal darb’oħra, dan seta’ jkun possibbli permezz ta’ riformi bla preċedent li wettqet din l-amministrazzjoni kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Bir-riformi li qed jitwettqu qed nindirizzaw

problemi li pajjiżna kien ilu biex jindirizza għexieren ta’ snin. Dan il-pass kien aħbar tajba għal kull investitur li jinsab f’pajjiżna, mhux l-anqas għal dawk il-kumpaniji fis-settur tas-servizzi finanzjarji u oħrajn li qed jikkunsidraw li jespandu l-operat tagħhom f’pajjiżna. Huwa wkoll ċertifikat għal pajjiżna li ċertament ser ikompli jgħin sabiex jattira aktar investiment dirett barrani. Fil-kamp tar-riformi, għaddejna wkoll mill-istadji kollha fil-Parlament il-liġi dwar il-femiċidju. Hawn ukoll qed inkomplu nsaħħu l-ġlieda tagħna kontra l-fenomenu tal-vjolenza fuq in-nisa u nservu ta’ mudell għal pajjiżi oħra madwar id-dinja. Kif konna wegħedna wkoll qabel l-elezzjoni, morna wkoll quddiem il-Parlament biex emendajna l-kuntratti dwar l-għoti tal-art għall-proġett tal-American University of Malta. B’hekk medda kbira ta’ art pubblika fil-limiti ta’ Żonqor f’Marsaskala u spazju pubbliku f’Bormla ser jerġgħu jingħataw lura lin-nies. B’dan it-tibdil fil-kuntratti se nkunu qed nagħtu wkoll ħajja ġdida lill-proġett ta’ Smart City għaliex l-AUM ser ikollha faċilità edukattiva hemmhekk. Fi Smart City wkoll ser jinbena l-kampus

il-ġdid tal-Istitut tal-Istudju Turistiċi. Dan il-Gvern ma jimxix bil-piki u proġett talaħħar amministrazzjonijiet Nazzjonalisti li sfaxxa qed nipprovaw nagħtuh il-ħajja. Fuq kollox l-ewwel ftit ġranet tal-leġiżlatura komplew jikxfu d-differenza ċara ħafna bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni. Kulħadd seta’ jinnota l-inkonsistenzi, l-ipokrezija u l-konfużjoni tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista fuq dak kollu li konna qed niddiskutu. Oppożizzjoni maqsuma li kellha tigdem ilsienha kif xammet ir-rabja tan-nies għal dak li bdew jgħidu u jagħmlu fil-Parlament. Fl-isfond ta’ dan kollu kellna Gvern kompatt u magħqud, amministrazzjoni li moħħha biss f’kif ħa tkompli tmexxi l-pajjiż ’il quddiem, bit-tkomplija ta’ riformi f’kull qasam u b’ħidma ma taqta’ xejn biex nikkumbattu l-mewġ internazzjonali li għal darb’oħra qed ikollna naffaċċjaw. Dak li wettaq il-Gvern talPrim Ministru Robert Abela f’dawn l-ewwel 100 jum tal-ħatra tal-Gvern Laburista l-ġdid jawgura tajjeb ferm għall-ġejjieni. Inħares ’il quddiem għal aktar snin ta’ ħidma b’dinamiżmu liema bħalu ta’ Gvern determinat li jaħdem mingħajr serħan favur in-nies.


20

10.07.2022

LEĠĠENDI MA’ IKONI U ĦARSA LEJN L-ORDNI TA’ SAN ĠWANN F’nofs l-1400, invenzjoni ġdida għal dak iż-żmien tat imbuttatura enormi lit-Torok li spiċċaw ħadu lil Kostantinopli f’idejhom u dawruha f’art Musulmana. L-invenzjoni kienet l-ewwel kanun ivvintat minn Ungeriż, li ried ibigħ l-invenzjoni tiegħu lillistess Biżantini, li rrifjutawha. Minflokhom, xtraw l-invenzjoni t-Torok u spiċċaw għamlu ħerba mill-Biżantini nfushom meta ġġildulhom f’Kostantinopli. Imbagħad, mal-mogħdija taż-żmien, ċerti stejjer li jaf kellhom xi verità fihom, spiċċaw imżejna biex jiffurmaw leġġendi li jiġbdu lil dak li jkun lejn il-Kristjaneżmu. Minn dawn il-leġġendi nsibu numru, u fuq dan tkellimt ma’ ANTOINE BONELLO, storiku tal-Ordni ta’ San Ġwann. Ittrattajna wkoll battalji li kellhom il-membri tal-istess Ordni. Minn CHARLES B. SPITERI Jirriżulta li l-Kavallieri kellhom tliet ikoni għal qalbhom ferm u importanti għalihom. L-iktar waħda li kienu jgħożżu kienet dik tal-Madonna ta’ Filermo, li kienet venerata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fejn matul il-ħakma Franċiża tant issemmiet, għax intqal li kien hemm grada tal-fidda fil-kappella (li ma kienet tal-fidda xejn). Dan jista’ jkun żgurat mill-kitba li ħalla l-Kavallier Jean Bosredon Ransijat, li kien maħtur ukoll Gvernatur ta’ pajjiżna u kien jaf b’kull nitfa li kellu l-Ordni fil-Konkatidral. Insibu li meta ġie Napuljun f ’pajjiżna, ħalla lill-Kavallieri jieħdu l-ikona tal-Madonna ta’ Filermo magħhom, iżda mhux qabel ma żarmalha l-fided u l-indurazzjonijiet li kienet imżejna bihom. Il-Kavallieri tħallew jieħdu wkoll magħhom biċċa mis-salib ta’ Kristu u l-id il-leminija ta’ San Ġwann il-Battista. Dawn kienu l-uniċi tliet oġġetti li qiesu bħala prezzjużi u li ħadu magħhom biex tawhom lill-Kżar Pawlu I, li ospitahom u waqqaf fergħa tal-istess Ordni fir-Russja. Jiġifieri Napuljun kien għalaq l-Ordni f ’Malta u l-Kżar reġa’ fetaħha permezz ta’ fundazzjoni oħra ġdida f ’pajjiżu. Din il-fundazzjoni jisimha l-Ordni Sovrana ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm. Dan kollu sar wara li l-Gran Mastru Ferdinand von Hompesch abdika, u bħala Gran Mastru laħaq minfloku il-Kżar Pawlu 1. Ir-relikwi damu f ’idejn l-Ordni u f ’idejn il-Kżar sal-1919, peress li minħabba r-rivoluzzjoni Bolxevika, il-Konti Alexei Ignatiev, ħaseb u ra li kien ikun aktar propizju li jittrasferihom lejn l-Estonja. Meta sar dan, ġew fdati lill-Imperatriċi Armla Maria Feodorovna,

Id-Damaxxena - Ritratt ta’ Ian Noel Pace omm il-Kżar Nikola, li safa maqtul f ’pajjiżu. Hi marret id-Danimarka u wara mewtha, uliedha rregalaw l-istess relikwi lill-Patrijarka Antonie Rapovski u sal1932 inżammu f ’Berlin. Imbagħad waqgħu f ’idejn ir-Re Alessandru tal-Jugoslavja, li meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija ħbiehom minħabba l-invażjoni tan-Nażi. Għal żmien twil kienu bosta dawk li ħasbu li r-relikwi ntilfu. Ir-relikwi fil-Montenegro Iżda ma kienx hekk għax reġgħu nstabu fl-1953 mill-Armata ta’ Tito u sa mill1975 il-kwadru tal-Madonna ta’ Filermo kien priservat filMużew Nazzjonali ta’ Cetinje, fil-Montenegro, waqt li l-id

il-leminija u s-salib tqiegħdu u għadhom fil-monasteru tal-istess pajjiż. Iż-żewġ ikoni l-oħra, li kienu importanti ħafna għall-Ordni ta’ San Ġwann, kienu l-Madonna ta’ Damasku u t-Theotokos Eleimoni-

tria. Dawn iż-żewġ ikoni kienu venerati f ’Rodi u mal-wasla tal-Ordni f ’pajjiżna, inġiebu Malta. Iżda meta l-Ordni ġiet biex titlaq għax wasal Napuljun, huma ma ħaduhomx magħhom. Ħallewhom hawn

u sal-lum għadhom jinsabu għall-venerazzjoni fil-knisja tar-Rit Kattoliku Grieg, fi Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta, immexxija mill-Papas Martin Zammit. Riċentement, l-ikona tal-Madonna ta’ Damasku kienet restaw-

Insibu li meta ġie Napuljun f’pajjiżna, ħalla lill-Kavallieri jieħdu l-ikona tal-Madonna ta’ Filermo magħhom, izda mhux qabel ma żarmalha l-fided u l-indurazzjonijiet li kienet imżejna bihom


21

10.07.2022

Jekk wieħed imur sal-knisja Kattolika tar-rit Biżantin fil-Belt Valletta, jista’ jikseb ktejjeb fuq l-ikoni, bl-istorja tagħhom u wkoll fuq il-leġġenda marbuta mal-Madonna ta’ Damasku

Madonna ta’ Filermo f’San Ġwann rata u ntużat fl-aħħar vista tal-Papa Franġisku, fil-Furjana. Din l-ikona għandha rakkont ħelu u interessanti. Storja li maż-żmien ġiet modifikata u bla dubju spiċċat leġġenda. Iżda din l-ikona partikulari ġiet f ’idejn l-Ordni b’mod interessanti wkoll. Min kien jirrakkonta din il-leġġenda kien jgħid li seħħet fi żmien il-Gran Mastru Orsini. Issa dan il-Gran Mastru Battista Orsini miet fl-1476, aktar minn 700 sena ilu. L-istorja tirrakkonta li l-ikona ta’ Damasku kienet f ’Damasku fi żmien li kien hemm ir-rejds mill-Mongoli. Issa l-istess storja hi marbuta mal-ikona li minn Damasku, waslet Rodi fuq l-ilma għax ġarrha l-kurrent. Il-leġġenda ssemmi li kien hemm xi sajjieda qed jistadu u raw dawl misterjuż. Ħallew ix-xbieki u qadfu warajh. Innutaw li wara d-dawl kien hemm xi ħaġa tiċċaqlaq fl-ilma. Din il-ħaġa, li llum nafu li kienet l-ikona, baqgħet tinġarr mal-ilma sa ma waslet u waqfet maxxatt. Kien infurmat b’din ilġrajja l-Gran Mastru Orsini li bla ħela ta’ ħin niżel ix-xatt u ma setax jemmen lil għajnejh. Kif lemaħ dak li kien hemm fil-baħar esklama: “Dik l-ikona li kien hemm

f ’Damasku”. Immedjatament saret purċissjoni mixxatt sal-knisja tal-kunvent tal-Ordni. Jingħad li mirakolożament, mal-lejl, l-ikona sparixxiet u l-għada filgħodu nstabet fil-knisja Griega tal-Madonna Edimonorita, fejn baqgħet tinżamm għall-qima sal-1522, meta l-Ordni u l-Kavallieri tkeċċew minn Rodi. Permess li jieħdu kollox magħhom Insibu wkoll li Suleiman il-Manjifiku kien għamel l-Assedju ta’ Rodi u rebaħ lill-Ordni, li kellu jitlaq millpajjiż. Fl-istess perjodu, bħala Gran Mastru kien hemm Fra Philippe de Villiers de L’Isle Adam u l-assedju dam sitt xhur, minn Ġunju salaħħar tas-sena. Bħala ammirazzjoni u l-kuraġġ li wrew il-Kavallieri, Suleiman wera ċerta ħniena mhux tas-soltu għal dak iż-żmien, fejn qalilhom li kien se jagħtihom il-fakultà li jitilqu minn Rodi bl-unuri u tahom 15-il jum biex iżarmaw u jieħdu magħhom l-affarijiet li kellhom. Il-Kavallieri hekk għamlu, bid-differenza li ma damux ħmistax biex jitilqu. Telqu ħafna qabel għax kien hemm għajdut li Suleiman kien se jitlaq lura lejn

it li Bayezid jagħti kumpens lill-Ordni. Dan il-kumpens kien jammonta għal 10,000 dukat tad-deheb għall-ħsara li kienet kaġunata minn missieru fil-gwerra bħala war damage u 35,000 oħra bħala manteniment għal ħuh. Bħala sinjal ta’ rispett, kompla ta lill-Ordni l-id ta’ San Ġwann il-Battista. Din l-id kienet waqgħet f ’idejn it-Torok minħabba li xi 30 sena qabel u sewwasew f ’Mejju tal-1453, is-Sultan Mehmed II, kien wettaq assedju lill-Armata Biżantina f ’Kostantinopli, li kienet taħt il-ħakma ta’ Kostantinu IX; din waqgħet u ma baqgħetx Kattolika. Saret Musulmana. L-istorja tirrakkuntalna li Mehmed rebaħ dik il-belt bil-ħila ta’ invenzjoni ġdida għal dak iż-żmien: il-kanun. Il-kanun kien invenzjoni ta’ bniedem Ungeriż, li kif lestieha, l-ewwel offrieha lill-istess Biżantini. Dawn ma ħaduhiex għax qalulu li ma tagħmilx sens. Wara offrieha lit-Torok li raw il-potenzjal tal-invenzjoni u użawha fuq il-fortifikazzjonijiet ta’ Kostantinopli li ma kinux maħsubin għall-qawwa tal-bombi tal-kanuni. Kien minħabba f’hekk li Kostantinopli waqgħet f’idejhom. Minn hemm kien hemm it-theddida Torka għall-Ordni f’Rodi, għax ġew viċin ferm ta’ xulxin. It-Torok rebħu Rodi f’Dicembru tal-1522. Hemmhekk, l-Ordni kellha r-relikwi msemmija, inkluża l-id il-leminija, li kif qrajna, wara reġgħet ingħatat lill-Ordni. Rigward tas-simboli reliġjużi jista’ jingħad li fil-Medjuevu, dawn il-ħafna leġġendi; bħal li l-ikona nġarret mill-mewġ, setgħet seħħet tabilħaqq. Iżda seta’ kien ukoll li oriġinarjament xi ħadd ħarab, ġie b’dgħajsa li kellha lampier, u maż-żmien beda jingħad li l-ikona waslet waħidha bil-baħar. L-istess jgħidu fuq id-dar tal-Madonna li hemm f’Orvieto: li wasKumpens lill-Ordni sluha l-anġli, iżda setgħu Bħala ringrazzjament għal kienu qed iġorruha t-Temdan il-ftehim, kien stabbil- plari lebsin l-abjad u naturalit-Turkija u riedu jitilqu waqt li hu kien għadu f ’Rodi, għax beżgħu mir-riperkussjonijiet ta’ wara. B’hekk telqu fl-Ewwel tas-Sena. Fost l-oġġetti li ħadu magħhom, ħadu ż-żewġ ikoni, flimkien ma’ dik tal-Madonna ta’ Filermo. Issa għall-istorja ngħidu wkoll li l-id il-leminija ta’ San Ġwann, kienet mogħtija lill-Ordni mill-istess Torok, għalkemm dawn qatt ma kienu ħaġa waħda. Madanakollu, kien hemm sitwazzjonijiet partikulari li ressquhom kemxejn qrib xulxin. Ġara li fl-1480, Mehmed II attakka lil Rodi, iżda l-armata tiegħu ma rebħitx. Għalhekk kellha tirtira bit-telfa. Sena wara Mehmed qatagħha li jekk irid jagħmel xi ħaġa tajba, ried jagħmilha hu nnifsu. Għalhekk is-sena ta’ wara mar flimkien mal-armata tiegħu biex jerġa’ jattakka lil Rodi, li kienet diġà nofsha mħarbta. Minn dan kollu ma sar xejn peress li miet matul il-vjaġġ. Ma’ mewtu, fit-Turkija faqqgħet gwerra ċivili, peress li Mehmed kellu żewġt itfal; lil Sehzade Bayezid u lil Cem Sultan. Huma t-tnejn riedu jakkwistaw it-tron għalihom. B’hekk qamet il-gwerra ċivili bejn l-armati taż-żewġt aħwa sakemm rebaħ Bayezid. Ħaġa li qajla titwemmen kienet li t-tifel tellief mar ifittex u sab refuġju għand l-Ordni ta’ San Ġwann. Kien minħabba f ’hekk li għal mument nibtet bħal ħbiberija bejn Bayezid u l-Ordni. Terġa’ Cem Sultan fittex il-protezzjoni tal-Ordni peress li kien ħabib mal-Gran Mastru L’Isle Adam, għax kien sar jafu meta kien għadu Ambaxxatur, iżda kien hemm komunikazzjoni bejn il-Gran Mastru u Bayezid u qablu li l-Ordni żżomm lil Cem Sultan għandha, biex ma jaqlax inkwiet lil ħuh u aktar tard tittrasferixxih bħala refuġjat fi Franza.

ment min rahom, ħasibhom anġli. Iżda dawn il-leġġendi kellhom sinifikat importanti; dak li joħolqu twemmin dejjem usa’, juru u jsostnu l-preżenza t’Alla u jkattru l-qima. Allura, mezz sempliċi biex iżżomm din il-venerazzjoni kien li turi interventi divini, bħal mirakli u interċessjonijiet oħrajn. Minn żmien il-Kavallieri niltaqgħu ma’ numru sew ta’ leġġendi, għax peress li għadda bosta żmien, aktar faċli li jintrabtu bla tbatija ta’ xejn mal-Ordni li kienu jiffurmaw. Ktejjeb fuq l-ikoni Jekk wieħed imur sal-knisja Kattolika tar-rit Biżantin fil-Belt Valletta, jista’ jikseb ktejjeb fuq l-ikoni, bl-istorja tagħhom u wkoll fuq il-leġġenda marbuta mal-Madonna ta’ Damasku. Leġġenda importanti li għandna nsemmu hi dik marbuta mal-ewwel Assedju ta’ Rodi, tal-1480. Wara ġimgħat ta’ taqtigħat, il-ġlied intemm f’temp ta’ tliet sigħat. Dan għax skont ma hemm miktub insibu li hekk kif il-ġlied intensifika, il-Kavallieri resqu lejn id-dħul dejjaq biex iwaqqfu lill-għadu Tork, li sab ruħu lixka tajba għall-vleġeġ u l-balal tal-Kristjani. Jingħad ukoll li meta l-Gran Mastru kien f’diffikultà mill-Assirjani, deher kurċifiss tad-deheb ileqq fis-sema u maġenbu l-Madonna liebsa l-abjad, akkumpanjata minn San Ġwann il-Battista u armata ta’ gwerrieri bi xwabel tan-nar. F’dak il-waqt il-Kavallieri kisbu kuraġġ kbir u l-ġlied kien qed isir minn naħa waħda biss, b’riżultat ta’ massakru fuq l-Assirjani. Dan kollu jaf jitfisser li l-Kavallieri fetħu xi ħajt dejjaq, l-Assirjani ħabtu għalihom u l-Kavallieri sparaw fuqhom mill-għoli u minn faċċata tagħhom bil-vleġeġ u l-ixkubetti ta’ dak iż-żmien. Meta kien qed isir hekk, il-kumplament tal-Kavallieri ħarġu minn warajhom u l-Assirjani spiċċaw maqbudin f’nassa u assedjati huma stess.


22

10.07.2022

JOANNE L. CAMILLERI

BELLY DANCER LI QED TKUN TA’ ISPIRAZZJONI GĦAL ĦAFNA NISA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI F’Malta l-belly dancing ma tantx huwa popolari, għalkemm ġieli inzertajna xi wirjiet ta’ dan it-tip ta’ żfin. Iżda b’xorti tajba, dan l-aħħar sirt naf b’persuna Maltija-Kanadiża li tgħix fil-Kanada li hija belly dancer u li qed tkun ta’ ispirazzjoni għal ħafna nisa oħra. Qed nirreferi għal Joanne L. Camilleri. Ngħiduha kif inhi, l-ħobż agħtih lil min jaf jieklu – kif jgħid preċiżament il-Malti, u l-istess għall-belly dancing fl-opinjoni tiegħi mhux xi żifna faċli, bħal fuq kollox kull tip ta’ żfin ieħor. Joanne hija koreografa, għalliema u belly dancer b’aktar minn 20 sena sħaħ ta’ esperjenza. Hija magħrufa għall-istil uniku tagħha, għall-kariżma u għall-preżenza tajba fuq l-istage kull meta tagħti wirja. Għandha ċittadinanza doppja, Maltija u Kanadiża, filwaqt li l-ġenituri tagħha huma t-tnejn Maltin mill-Mellieħa, fejn trabbew fl-istess triq – Parish Street. Fil-fatt, il-konnessjonijiet tagħha ma’ Malta huma b’saħħithom, għalkemm qatt

ma għexet hawn Malta. Innaħa tal-familja ta’ missierha li huma 11 b’kollox jgħixu Malta u l-Amerka ta’ Fuq, filwaqt li n-naħa tal-familja t’ommha li qegħdin 14-il aħwa b’kollox jgħixu Malta, l-Awstralja u l-Amerka ta’ Fuq. “Wara ħafna żjarat f ’Malta fix-xhur tas-sajf, dejjem ħassejt li Malta hija dari u jkolli kilba kbira biex nerġa’ nżurha,” bdiet tgħidli Joanne. Ta’ min jgħid li Joanne tifhem ħafna drabi bil-Malti, għalkemm meta l-ġenitu-

ri tagħha ħaduha l-Kanada, l-Ingliż kien prijorità. Hija twieldet u trabbiet f ’Toronto, il-Kanada. Fil-fatt, għexet fil-Junction Dundas West area ta’ Toronto, fejn huwa stmat li 50% tal-popolazzjoni hemmhekk huma Maltin li emigraw minn Malta sabiex jgħixu hemm. Il-passjoni tagħha għażżfin ilha kważi minn dejjem. Meta kienet tifla ċkejkna bdiet bil-ballet, tap, u tip ta’ żfin ieħor ma’ Doreen Hayes School of Dance. “Bħala tifla żgħira, bdejt l-istudji tiegħi

b’dixxiplini taż-żfin tip Western. Imbagħad aktar ’il quddiem bdejt nitgħallem il-belly dancing u nista’ ngħid li nġbidt lejh wisq għal diversi raġunijiet,” bdiet tgħidli Joanne. Il-belly dancing għandu ċerti benefiċċji għall-ġisem tal-bniedem Wara ħafna snin ta’ studji, u aktar ’il quddiem tagħlim tal-belly dancing ukoll, Joanne rrealizzat li l-belly dancing mhux biss forma ta’

Bħala tifla żgħira, bdejt l-istudji tiegħi b’dixxiplini taż-żfin tip Western. Imbagħad aktar ’il quddiem bdejt nitgħallem il-belly dancing u nista’ ngħid li nġbidt lejh wisq għal diversi raġunijiet

żifna partikolari, iżda għandu ċerti benefiċċji għall-ġisem tal-bniedem ukoll, speċjalment jekk tkun femminili. “Bl-aħjar teknika, persuna tista’ tagħmel benefiċċju qawwi minn din it-tip ta’ żifna oriġinali,” kompliet tgħidli. Ta’ min jgħid ukoll, li permezz tat-tagħlim tagħha bil-belly dancing, Joanne kienet ta’ ispirazzjoni għal ħafna nisa oħra. Hi toffri wkoll lezzjonijiet kemm mill-istudio tagħha, kif ukoll online u lezzjonijiet privati lil studenti li juru interess fil-belly dancing. Permezz ta’ Joanne, ridt inkun naf kemm huwa popolari u mfittex il-belly dancing fil-Kanada. “Il-belly dancing kien ġie introdott fl-Amerka ta’ Fuq madwar 60 sena ilu, iżda beda jkun popolari fil-Kanada madwar 20 sena ilu. Illum il-ġurnata l-belly dancing sar imfittex ħafna hawnhekk fil-Kanada, anke waqt xi ċelebrazzjonijiet u avvenimenti qed ikun inkluż,” żvelat miegħi Joanne. Sirt naf ukoll, li oħt iz-zija tagħha – Connie Emma Camilleri kienet magħrufa


08.11.2020 10.07.2022

23

SKEDA ONE 06:30 06:45 07:00 07:30 07:45 07:50 08:00 08:35 11:00 11:45

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

ONE News Liquorish Primetime Preview Pink Panther Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Flimkien ma’

06:30 ONE News 06:45 Mad-Daqqa t’Għajn 07:30 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Primetime Preview 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Indigo 10:40 Klassi Għalina 11:45 Telebejgħ

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:30 10:45 11:45 12:30 12:35

ONE News Liquorish Music Legends ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ

19:30 20:10 20:20 20:35 22:45 23:30

Nancy TNEJN Indigo 11-07 ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Tentufiet Liquorish Country Jamboree ONE News

ONE News Heritage Malta Primetime Preview The Local Traveller Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja

17:00 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 21:05 22:05 23:00 23:30

Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Tentufiet Country Jamboree The BBQ League Xablott Ieqaf 20 Minuta ONE News

12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00 17:00 19:20 19:30

Primetime Preview What’s Cooking Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja Indigo ONE Sports & Temp ONE News

20:10

21:30 22:30 23:30

Primetime ERBGĦA Preview 13-07 Tentufiet Mhux Kemm Taf Game Over Flip the Venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 Heritage Malta 06:55 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Primetime Preview 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Indigo 10:45 Klassi Għalina

11:45 12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45

Telebejgħ ONE News Heritage Malta Primetime Preview Country Jamboree Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview

16:00 17:00 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 21:00 21:15 23:30

Emilja Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Tentufiet News Point Tonight The BBQ League ONE News

06:30 06:45 06:55 07:30 07:45 07:50 08:00 08:30 10:45 11:45

ONE News Heritage Malta Ondroad ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-Jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

ONE News Heritage Malta Primetime Preview Reboot Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja

17:00 19:18 19:30 20:10 20:20 00:00

Indigo 15-07 ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Oħloq Tbissima ONE News

07:25 07:45 07:50 08:00

06:30 ONE News 06:45 The Local Traveller ONE News Tentufiet Ulied Maltin Il-Quddiesa tal-jum

08:33 09:30 11:20 12:30 12:35 12:45 13:45

Better Living HazZzard Telebejgħ ONE News Tentufiet Dak li Jgħodd Mill-Festa

15:30 15:35 17:15 19:20 19:30 20:10 00:00

ONE News Mill-Festa Oħloq Tbissima ONE Sports & Temp ONE News Oħloq Tbissima ONE News

06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:40 09:00 10:00

ONE News Country Jamboree ONE News Tentufiet Ulied Maltin Il-Quddiesa tal-jum Ieqaf 20 Minuta Paper Scan Popcorn

10:20 10:50 11:20 12:30 12:35 13:30 15:30 15:35 16:30

Country Jamboree Esperti Telebejgħ ONE News Indhouse Pirotekniċi ONE News Mhux Kemm Taf Mad-Daqqa t’Għajn

17:30

Oħloq Tbissima ONE Sports & Temp ONE News Willy Oħloq Tbissima ONE News

TLIETA 12-07

ONE News Pink Panther ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-Jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ ONE News Heritage Malta

ĦAMIS 14-07

sew hawn Malta li ttella’ xi produzzjonijiet għat-teatru. Fil-fatt, Joanne qed issegwi l-passi tagħha u tixtieq li fis-sena 2023 iġġib produzzjoni tagħha hawn Malta. “Ninsab f ’kollaborazzjoni mal-Gvern Malti permezz ta’ Dr Raymond Xerri li huwa l-Konslu Ġenerali tar-Repubblika ta’ Malta għal Commonwealth fil-Kanada, fejn ktibt l-istorja ta’ din l-istess produzzjoni wkoll. Din iġġib l-isem ta’ INANNA The Rising Goddess of Malta. Hija litteralment ħolma tiegħi li jaf forsi tirnexxi wkoll permezz ta’ din il-kollaborazzjoni”. Fil-Kanada l-belly dancing huwa mfittex ħafna Ta’ min jgħid ukoll, li Joanne għandha konnessjoni speċjali mal-istorja tat-tempji u l-allat tal-fertilità li jeżistu f ’kull forma ta’ storja f ’Malta u Għawdex. Minn kliemha tidher li interessat ruħha sew f ’dan is-suġġett li forsi mhux lil kulħadd jinteressa. Tgħid li Malta u Għawdex għandhom storja enormi f ’dan il-qasam.

Din l-istess produzzjoni għadha kif idderiġietha u ħadet ħsieb il-koreografija tagħha u d-direzzjoni artistika wkoll proprju f ’April li għadda fil-Kanada stess. Produzzjoni li ħaditilha ħafna ħin u taħriġ flimkien mal-kumplament tal-crew. Din il-produzzjoni hija waħda informattiva u tittratta dwar il-mitoloġija Griega. “Ikun ta’ unur kbir għalija jekk l-istess produzzjoni ssib postha hawn Malta s-sena d-dieħla”. Waħda mill-crew li kienet qed taħdem magħhom Joanne, hija proprju oħtha stess – Isabel li hija waħda mill-aqwa disinjaturi li hemm l-Kanada. Proprju oħtha Isabel għenet fid-disinn tal-kostumi għal din l-istess produzzjoni, fejn flimkien ikkollaboraw flimkien fid-disinji meħtieġa tal-kostumi kollha. Fl-aħħar ta’ din l-intervista, Joanne ħalliet messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. Ħeġġet lil kulħadd sabiex f ’kull aspett tal-ħajja nkunu pożittivi u nibżgħu għal ta’ madwarna.

SIBT 16-07

17:00 19:15

20:20 20:30

19:25 19:30 20:15 21:00 23:30

ĠIMGĦA

ĦADD 17-07


24

10.07.2022

reċensjoni tal-ktieb

IL-KREATURA TAL-BIR Fl-2007 ħareġ ktieb għat-tfal li niżel fl-istorja tal-letteratura Maltija. Sqaq l-Infern, il-bidu ta’ triloġija dwar kreaturi mmarkati, maġija imma wkoll tfal f’Malta tas-seklu 21, kien suċċess fenomenali. Hu u ż-żewġ kotba l-oħra fit-triloġija tal-Fiddien, miktubin minn Simon Bartolo u Loranne Vella, kisru kull rekord ta’ bejgħ ta’ kotba għat-tfal bil-Malti, u kellhom ’il fuq minn 1,000 kopja mibjugħa fl-ewwel jum tal-pubblikazzjoni. 13-il sena wara, wieħed mill-awturi tal-Fiddien, Simon Bartolo, irritorna għad-dinja tal-kotba għat-tfal, tal-maġija u l-misteru u l-avventura. Il-Kreatura tal-Bir huwa l-ewwel ktieb fi triloġija ġdida – Ruxxmata Kreaturi – fejn niltaqgħu mal-aħwa Nadja u Antonin. Avventura li tlaqqagħna ma’ nies eċċentriċi, irwejjaħ differenti, ġojjelli forma ta’ brimb, kejkijiet tajbin u sopop strambi, xita, tattwaġġi, siġar, fjuri, vażuni, bagalji, eċitament, kurżità, sorpriżi u, fuq kollox, biża’. Biża’ minn mostri antiki li ħadd ma jaf minn fejn ġejjin jew kif se neħilsu minnhom. F’dan l-ewwel ktieb, Antonin u l-bqija ta’ familtu jsibu ruħhom wiċċ imb wiċċ ma’ kreatura tal-qedem li, jekk toħroġ mid-dlam

kiesaħ tal-ġiebja li tgħix fih, aħjar inwarrbu u ninħbew kollha kemm aħna! Il-Kreatura tal-Bir li tagħti l-isem lill-ktieb, hija kreatura tal-qedem. Meta n-nanniet kienu għadhom tfal, il-bużnanniet kienu jirrakkuntawlhom stejjer dwarha. Stejjer li kienu tant antiki li ħadd ma jiftakar liema nannu jew bużnannu qalhom għall-ewwel darba. Hija kreatura tad-dlamijiet — għax hekk jingħad fl-istejjer li kienu jqabblu l-għannejja fl-irħula tal-inħawi meta jrabbu biżżejjed kuraġġ biex isemmuha wara li jixorbu xi pinta nbid. Il-Kreatura tal-Bir huwa mżewwaq b’illustrazzjonijiet atmosferiċi tal-artist José Luís Ocaña. Il-maġija fil-kitba ta’ Bartolo għadha qawwija daqs meta nqraw dawk l-ewwel paġni, illum mitiċi, minn Sqaq l-Infern. U aktar tard din is-sena joħroġ it-tieni volum minn din it-triloġija l-ġdida tiegħu li se jkun jismu Il-Kreatura taħt is-Sodda. Il-Kreatura tal-Bir jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, kif ukoll online b’pustaġġ b’xejn direttament minn merlinpublishers.com

Mistoqsija: Ma’ xiex jiġu wiċċ imb wiċċ Antonin u l-familja tiegħu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-KREATURA TAL-BIR. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 17 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb DAQQA TA’ ĦARTA huwa:

C.MUSCAT - IŻ-ŻURRIEQ

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Il-prezzijiet tal-fuel f ’pajjiżna ilhom stabbli għal kemm-il ġimgħa konsekuttiva?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

10.07.2022

ISUS, JISTUPRA U JOQTOL John Gardner III kien diġà magħruf mal-pulizija qabel id-delitti Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO John Albert Gardner III huwa qattiel u stupratur Amerikan li nstab ħati għall-qtil ta’ żewġ tfajliet u għall-attentat ta’ stupru ta’ tfajla oħra. Fl2010, Gardner ammetta għall-istupru u qtil ta’ Amber Dubois u ta’ Chelsea King biex jeħles mill-piena kapitali. Apparti ż-żewġ omiċidji, hu ammetta wkoll li prova jistupra lil Candice Moncayo. Tajjeb ngħidu li Gardner kien magħruf mal-pulizija għax kien qatta’ ħames snin il-ħabs għall-istupru ta’ tfajla ta’ 13-il sena. Min kien John Gardner III? Gardner twieled fid-9 ta’ April tal1979 f ’Culver City f ’Kalifornja fl-Istati Uniti. Il-ġenituri tiegħu ddivorzjaw meta kien għadu żgħir u minħabba f ’hekk, hu u ommu kienu jimxu minn post għal ieħor fin-Nofsinhar ta’ Kalifornja. Ommu kienet infermiera psikjatrika u Gardner spiċċa fuq mediċini psikjatriċi fl-età bikrija ta’ sitt snin. Meta kellu 10 snin, hu qatta’ xahrejn fi sptar psikjatriku għall-osservazzjoni u kura. Hu kien bravu fl-iskola u gradwa mir-Rim of the World High School f ’Lake Arrowhead f ’Kalifornja fl1997. Wara li gradwa, Gardner mar jgħix f ’San Diego u sab xogħol f ’ħanut hemm.

L-ewwel vittma - Amber Dubois

L-ewwel stupru Fis-sena 2000, Gardner instab ħati li stupra lill-ġara tiegħu, li kellha biss 13-il sena. Ta’ dan ir-reat, hu weħel ħames snin ħabs u tliet snin taħt osservazzjoni, fejn kellu GPS tracker ma’ siequ. Jidher li Gardner kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien tiegħu ’l fuq minn 150 darba iżda xorta tħalla jiġri mas-saqajn. Fl-2008, erba’ xhur qabel ma wettaq l-ewwel omiċidju, Gardner tneħħielu l-GPS tracker minn ma’ siequ u b’hekk ingħata l-ħelsien bla ebda kundizzjoni. L-ewwel omiċidju L-ewwel vittma ta’ Gardner kienet Amber Dubois, li kellha biss 14-il sena. Dubois għebet fi Frar tal2009 hekk kif kienet miexja lejn l-iskola. Il-ġenituri tagħha qalu li binthom ma ħarbitx u kienet ħerqana biex tmur l-iskola ħalli tixtri ħaruf għat-trobbija bħala parti minn proġett tal-biedja. Minkejja l-isforz tal-pulizija u tal-familja Dubois, Amber ma nstabitx u l-ewwel suspettat kien il-missier tar-rispett tagħha. Dan tal-aħħar inħeles wara ħafna interrogazzjonijiet li ma wasslu għall-ebda evidenza ġdida. Il-każ baqa’ miftuħ u ngħalaq biss wara li

John Albert Gardner III

It-tieni vittma - Chelsea King Gardner ammetta li kien hu li ħatafha, stupraha u qatilha. It-tieni omiċidju Fil-25 ta’ Frar tal-2010, Chelsea King, li kellha 17-il sena, għebet waqt li kienet qed tiġri filgħodu kmieni. Il-pulizija sabu ħwejjiġha iżda King ma dehret imkien. Wara l-analiżi li saret fuq il-ħwejjeġ, il-pulizija sabu evidenza ġenetika li kienet taqbel ma’ dik ta’ Gardner. Kien għalhekk li Gardner ġie arrestat tlett ijiem wara mill-għejbien ta’ King. Jumejn wara l-arrest tiegħu, il-pulizija sabu l-katavru ta’ King midfun f ’qabar baxx. Gardner ġie mixli bil-qtil ta’ Gardner, fejn intużat l-evidenza ġenetika u l-attakk li wettaq sena qabel fejn prova jistupra lil Candace Moncayo. Fis-16 ta’ April tal-2010, Gardner ammetta li stupra u qatel lil Dubois b’daqqiet ta’ arma bil-ponta u wassal lill-pulizija għas-sejba tal-katavru tagħha. Hu spjega kif raha miexja, waqaf ħdejha bil-karozza u heddidha b’sikkina biex tirkeb. Beżżagħha wkoll li kellu arma tan-

L-ewwel vittma ta’ Gardner kienet Amber Dubois, li kellha biss 14-il sena. Dubois għebet fi Frar tal-2009 hekk kif kienet miexja lejn l-iskola. Il-ġenituri tagħha qalu li binthom ma ħarbitx u kienet ħerqana biex tmur l-iskola

nar, minkejja li dan ma kienx minnu, u Dubois spiċċat biex rikbet miegħu. Hu ammetta wkoll li stupra u qatel lil King billi fgaha u li f’Diċembru tal-2009 prova jistupra lil Candice Moncayo iżda din irnexxielha taħrab wara li tatu daqqa ta’ ponn ġo wiċċu. Gardner ammetta għal dawn it-tliet akkużi bil-patt u l-kundizzjoni li ma

jingħatax il-piena kapitali. Fil-fatt, hu weħel żewġ sentenzi ta’ għomor il-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ ħelsien għall-qtil ta’ Dubois u King, 25 sena ħabs għall-attentat ta’ stupru ta’ Moncayo u 24 sena oħra għal reati passati. Gardner qiegħed jiskonta s-sentenza tiegħu fil-Mule Creek State Prison.


26

10.07.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

10.07.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 442

D.BALDACCHINO - IL-MOSTA

Bi 3 NUMRI 016 105 146 187 416 497 504 537 626 692 799 964 B’4 NUMRI 1072

1468 1526 1548 2565 2769 2875 2998 3213 3214 3553 3865 4085 4203 4466 5319 5509

6274 6361 6591 6712 6760 6964 7009 7116 7236 7436 7863 7923 8271 8521 8881 9601

9632 9762 9817 B’5 NUMRI 03160 05812 06993 07363 08057 13647 13866 15942 19763 30663 45921

52309 66987 78666 81479 82641 85339 86140 89139 89969 91371 96083 B’6 NUMRI 119831 138607 210353 314984

359712 622938 636103 636277 671895 735691 790053 924018

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: ... 9. il-ħġejjeġ la tbiddilx ħwejjeġ (5) 10. 4. Raħal (4) 12. 7,11. Kienu jtellgħu 16.

l-lotterija fiha (4)18. X’wieħed iħallas 19. għal fuq tal-linja 20. (3) 21. Ninħaslu biha (6) 23. Xħett (6) 24. Fejn noqogħdu (3)

Ara 5 Ara 5 Maskil (5) Mingħajr (3) Itajru r-riħ (3) Xogħli (5)

WEQFIN: 1. Annimal (6) 2,3. Drapp (6) 3. Ara 2 5,18,19. Kunjom (8) 6. Ħares (3) 8. Raħal (9)

Ara 7 Xatba (5) 17. Robert Inguanez (3) Agius (1,1,1) 21. Il-pastizzi fihom jinġarru (6) 22. Dawn mid-

Danimarka (6) Kollox bl-Ingliż

11. 12,22. 13. 14. 15.

Tpoġġi affarijiet żgħar fih (3) Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Mejju, 4.Mars, 9,23.Żenguli, 10.Banana, 12.Salemm, 16. Naf, 20.Ibdel, 24.Innur

WEQFIN: 1.Miżien, 2,21 mimduda. Jinbex, 3,19. Urbani, 5.AKA, 6,7.Skars, 8.Saċerdoti, 11.Pa, 12,18.Sfar, 13.Lab, 14.Maltin, 15.Jisfar, 17.AME, 21.Big, 22.Xel


28

10.07.2022

MITT JUM TA’ DEĊIŻJONIJIET Editorjal

Irridu naħdmu flimkien biex inkomplu nkabbru l-ekonomija ħalli tkompli tiġi sostnuta l-għajnuna lill-familji li jixirqilhom futur sabiħ

Jgħidu li l-ġurnata minn filgħodu turik u f ’ħafna drabi tassew huwa hekk. Il-bidu ta’ din il-leġiżlatura wrietna t-track record li għandu l-Partit Laburista meta jkun fil-Gvern. Iwettaq dak li jwiegħed. L-ewwel 100 jum mindu l-poplu ta l-ewwel mandat u l-akbar mandat fl-istorja ta’ Malta sovrana lill-Prim Ministru Robert Abela, rajna Gvern ikompli jembarka fuq numru ta’ riformi u jwettaq diġà wħud mill-wegħdiet li saru. Niftakru fil-kampanja elettorali lill-Mexxej Laburista jisma’ l-istorja ta’ żewġ persuni li xtaqu jsiru ġenituri ta’ tarbija iżda minħabba kundizzjonijiet ġenetiċi serji, jibżgħu jerġgħu jgħaddu minn trawma u mill-imrar li taf toffri l-ħajja. Niftakru lillPrim Ministru jisma’ b’tant attenzjoni u mbagħad jagħmel patt. “Meta se ndaħħluhom dawn l-emendi li tixtieq inti? Ħa nagħmluhom erba’ snin oħra lejn tmiem il-leġiżlatura? Le. Jiena nagħtik il-kelma

tiegħi li jekk ningħataw ilfiduċja mill-poplu tagħna fi żmien 100 jum minn meta niġu eletti dawk il-bidliet ikunu quddiem il-Parlament u jiġu approvati.” Hawnhekk il-Prim Ministru kien ċar fuq emendi fil-liġi tal-IVF li ressaq ’il quddiem dan il-Gvern u li issa għaddew mill-Parlament, proprju eżatt mal-100 jum ta’ din illeġiżlatura. Iżda jekk il-ġurnata minn filgħodu turik għall-Gvern, tassew ukoll turik għallOppożizzjoni li baqgħet waħda konfuża u maqsuma. Fuq din il-materja u fuq oħrajn, rajna Oppożizzjoni li ma tafx fejn qiegħda magħha nnifisha, aħseb u ara kemm taf fejn innies qegħdin magħha. Oppożizzjoni mifnija filġlied u li hi mitlufa biex issolvi l-problemi interni u finanzjarji tagħha flok tkun alternattiva biex tilqa’ għallaspirazzjonijiet tan-nies. Jekk fil-leġiżlatura ta’ qabel din rajna Gvern jaħdem minkejja l-isfidi globali, f ’dawn l-ewwel

100 jum, l-isfidi ma kinux żgħar. Ir-realtajiet tan-nies li jistennew is-soluzzjonijiet quddiem impatti minn ċirkustanzi internazzjonali jeħtieġu wkoll deċiżjonijiet. Huwa b’dawn il-ħsibijiet li l-Gvern mhux biss sema’ iżda qed jaġixxi b’interventi li mhumiex żgħar. Fis-skiet u bi ffukar kontinwu l-Gvern qed jaddotta dik il-flessibbiltà, l-istess attitudni li kellu waqt pandemija fejn wieżen lill-familji u lin-negozji. Fi kliem il-Prim Ministru, tagħmel kemm tagħmel, qatt mhu biżżejjed u ma nistgħux nistrieħu fuq ilfatt li Malta għandha l-inqas rata ta’ inflazzjoni u allura jfisser li pajjiżna huwa l-inqas milqut mill-għoli talħajja fl-Ewropa. Fuq kollox dan il-fatt huwa riżultat ta’ interventi li ħa l-Gvern biex żamm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija u l-fuel u li mhumiex żgħar meta tqis li eżempju l-konsumatur Malti u Għawdxi qed jiffranka minn tal-inqas €21 filġimgħa fi fuel. Il-100 jum tal-ewwel

mandat ta’ Robert Abela millpoplu kienu kkaratterizzati wkoll minn konferma talimpenn ta’ dan il-Gvern li jkompli jimmodernizza lil dan il-pajjiż. Id-deċiżjoni tal-FATF li x-xahar li għadda fissret lil Malta bħala storja ta’ suċċess, hija l-akbar xhieda ta’ Gvern riformista u deċiżiv. Filwaqt li l-Oppożizzjoni bassret id-deni u nfexxet tattakka l-istituzzjonijiet, il-Gvern wera l-fiduċja u ta r-riżorsi lill-istituzzjonijiet biex ilproċess tal-FATF, li kien sfida, illum irnexxielna ndawruh fi prova oħra ta’ kemm pajjiżna huwa ġurisdizzjoni serja. Ġurisdizzjoni robusta kapaċi tkompli tattira investiment ta’ kwalità. B’dan l-investiment jinħolqu iżjed impjiegi. Huwa f ’dan l-ispirtu ta’ tim magħqud jew kif aħjar isejjaħlu l-Prim Ministru, Team Malta, li rridu naħdmu flimkien biex inkomplu nkabbru l-ekonomija ħalli tkompli tiġi sostnuta l-għajnuna lillfamilji li jixirqilhom futur sabiħ.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.