ĦARSA LEJN IĊ-ĊENTRU ESPLORA
Ara paġna 4
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 10 ta’ Lulju, 2016
Ħarġa Nru 1,200 Prezz €1
MINN STALEL GĦAL VILEL
TFAL F’LOGĦBA ELETTORALI
Kitba ta’ LIAM GAUCI
• L-Awtorità tal-Ippjanar tieħu azzjoni fuq illegalitajiet f ’ODZ • Tagħlaq tmien siti li ma ntużawx skont il-permess Kitba ta’ NICOLE BUTTIGIEG Diversi siti li, skont l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar kellhom ikunu stalel u fl-aħħar snin inbidlu f ’vilel, ingħalqu fl-aħħar jiem. Dan f ’numru ta’ azzjonijiet mingħajr preċedent li l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet fl-aħħar jiem. Jirriżulta li numru minn dawn is-siti f ’ODZ ingħataw permess mgħaġġel mgħaġġel lejlet l-elezzjoni ġenerali tal-2008. L-istess permessi tħallew, matul l-amministrazzjoni tal-PN bejn l-2008 u l-2013, jiġu trasformati f ’vilel bis-swimming pool kif ukoll ristoranti kummerċjali. Dwar dawn qatt ma ttieħdet azzjoni ħlief millAwtorità tal-Ippjanar il-ġdida. Ara paġna 10
€6,000,000
GĦAL PROĠETT LI SE JIBDEL
MARSAXLOKK
Ara paġna 3
Fi żmien Gvern Nazzjonalista anke l-care orders kienu jinbidlu mal-perjodu tal-elezzjoni ġenerali. Tagħrif li kisbet il-gazzetta KullĦadd jiżvela li l-ikbar tnaqqis fil-care orders fl-aħħar snin seħħ fis-snin ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali, proprju fl-2007 u l-2012. Fis-sena 2007 kien hemm 50% tnaqqis fuq is-sena ta’ qabel f ’dawk li huma care orders u fis-sena 2012 kien hemm tnaqqis ta’ 34%. It-tema tal-care orders – meta t-tfal jittieħdu mingħand il-familji tagħhom b’dik li sal-lum hija ordni talministru – telgħet fuq l-aġenda wara li rriżulta li s-sena li għaddiet ukoll kien hemm tnaqqis sostanzjali. Għalkemm id-differenza hi li, f ’dan il-każ, it-tnaqqis huwa spjegat minħabba proġetti li nħadmu malfamilji. Jirriżulta li kien hemm snin fejn fl-Appoġġ kienet issir il-mistoqsija minn fejn huma l-familji li setgħu jkunu milquta minn care orders. Illum il-Gvern qed jipproponi bidla li tneħħi l-care orders min idejn il-ministru u jkunu l-esperti li jiddeċiedu. Ara paġni 8 u 9
ARTIJIET TAL-GVERN BLA STIMA
Kitba ta’ GLEN FALZON Id-Dipartiment tal-Artijiet m’għandux stima ta’ x’inhu l-valur tal-artijiet li jamministra. Żvelat dan is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri li f ’intervista mal-gazzetta KullĦadd tkellmet dwar kif il-ġimgħa d-dieħla l-Parlament jibda jiddiskuti l-bidla tad-Dipartiment tal-Artijiet għal Awtorità. “Li kieku l-amministrazzjoni preċedenti ħasbet għal sistema li żżomm l-informazzjoni aġġornata talartijiet tal-Gvern u l-valuri tagħhom, kont inkun nista’ nirrispondik, però dan ma seħħx,” qalet Schembri, li fissret kif ir-riforma maħsuba għad-Dipartiment talArtijiet tnaqqas l-indħil tal-politiku. Fissret ukoll kif se jidħlu wkoll sistemi ġodda li finalment se jwasslu biex il-pajjiż jagħmel użu aħjar u aktar effiċjenti minn dan l-ass importanti. Ara paġni 6 u 7