KullĦadd_10.01.2016

Page 1

Ħarsa lejn IR-RAPPORT POŻITTIV TA’ STANDARD AND POOR’S

www.kullħadd.com Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar, 2016

Ħarġa Nru 1,174 Prezz €1

Ara paġna 6

ELUF TA’ EWRO GĦAL ELUF TA’ FAMILJI Bil-miżuri li ttieħdu fl-aħħar baġit, din issena eluf ta’ familji mistennija jmorru minn fuq b’eluf ta’ ewro. Minn kalkoli li għamlet din il-gazzetta jirriżulta li familja tipika li se tixtri l-ewwel proprjetà, u fejn ir-raġel jaħdem b’paga inqas

mill-medja u l-mara tibqa’ d-dar biex tieħu ħsieb tarbija, tista’ tmur minn fuq b’madwar €5,400 meta mqabbla mas-sena preċedenti. Dan permezz ta’ miżuri bħall-in-work benefit, it-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul u l-eżenzjoni tattaxxa tal-boll għal dawk li qed jixtru l-ewwel

proprjetà tagħhom. Se jgawdu minn eluf ta’ ewro wkoll dawk il-koppji li jaħdmu t-tnejn, il-ġenituri single li joħorġu jaħdmu, u anki l-pensjonanti. Paġna 5

David u Audrey huma koppja żagħżugħa li għandhom tarbija. David jaħdem u fl-2015 kien jaqla’ €12,609 fis-sena. Audrey baqgħet id-dar biex tieħu ħsieb it-tarbija. Il-paga ta’ David hija inqas mill-medja, iżda bil-miżuri tal-baġit qed igawdi minn tnaqqis ta’ €120 fit-taxxa tad-dħul. Fil-baġit daħal ukoll l-inwork benefit għal dawk il-koppji fejn persuna minnhom biss tkun qed taħdem, b’total ta’ €150. Din il-koppja ddeċidiet li tixtri appartament biex ikollha ambjent aħjar għall-familja, u hekk ibbenefikat ukoll mill-eżenzjoni tat-taxxa tal-boll għal dawk li qed jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, b’total ta’ €5,000. Żdied biss il-ħlas tas-sigurtà soċjali b’€9.10. B’hekk David u Audrey, fi tmiem din is-sena, se jkunu marru minn fuq b’madwar €5,400 meta mqabbla mas-sena 2015.

David u Audrey SALARJU (COLA) + €91

TNAQQIS FIT-TAXXA +€120 IN-WORK BENEFIT +€150 TNAQQIS FIL-BOLL +€5,000 ROĦS FIL-FJUWIL +€38.40 (80L F’XAHAR) SIGURTÀ SOĊJALI - €9.10

TOTAL TA’ +€5,399.40

INVESTITUR “FALLUT”?

INDĦIL MHUX F’LOKU

Wara li fl-aħħar xhur il-midja tal-Partit Nazzjonalista ddeskriviet il-konsorzju privat li se jinvesti €200 miljun fl-isptarijiet ta’ pajjiżna bħala wieħed “fallut”, din il-ġimgħa l-istess midja kkwotat lid-Deputat Nazzjonalista Albert Fenech jgħid li dan l-investiment se jissarraf f ’tagħmir mill-aqwa u livell għoli ta’ expertise għas-settur tas-saħħa. Sar magħruf ukoll li l-Professur Albert Fenech se jkun impjegat minn dan il-konsorzju biex imexxi l-isptar tal-kardjoloġija. F’kummenti li ta lil din il-gazzetta, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne spjega kif dan l-investiment se jippermetti li l-Maltin u l-Għawdxin ikollhom servizz tas-saħħa tal-ogħla kwalità li jibqa’ b’xejn, għax se jkollna riżorsi u spazju biżżejjed sabiex noffru servizzi bi ħlas għall-barranin. Żied jgħid li fost l-iktar nazzjonalitajiet li qed ifittxu trattament mediku f ’pajjiżna hemm il-Kanadiżi u l-Amerikani.

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Dr Marc Sant ikkonferma ma’ din il-gazzetta li mhix il-kompetenza tal-Kunsill Lokali tal-Għarb li jiftaħ kawża ta’ libell biex jiddefendi l-isem ta’ resident tal-lokal li ilu snin twal nieqes. Il-Kunsill Nazzjonalista tal-Għarb din il-ġimgħa qal li kien se jieħu azzjoni legali fil-konfront ta’ Kate Holmes, li f ’ittra li bagħtet lill-midja allegat li Frenċ tal-Għarb kien juża l-kannabis biex ifejjaq lil ħafna nies. Holmes kienet qed tappella biex is-sentenza ta’ binha, li jinsab ikkundannat għal għaxar snin ħabs fuq kultivazzjoni tal-kannabis, terġa’ tiġi kkunsidrata.

Paġna 2

Paġna 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.