www.kullhadd.com Il-Ħadd, 9 ta’ Ottubru, 2016
Ħarġa Nru 1,213 Prezz €1
JASAL ILLUM Il-bastiment tal-arja nadifa mistenni jkun Malta matul il-jum tal-lum. It-tanker Armada LNG Mediterrana ilu ftit inqas minn xahar ġej minn Singapore wara investiment kbir li sar fih u testijiet li saru. Ara paġni 5 u 28
F’Wembley Stadium, it-Tim Nazzjonali Malti kellu jbaxxi rasu għall-qawwa tat-Tim Nazzjonali Ingliż li, minkejja kontroversja li kien qed jaffaċċja dan l-aħħar, iddomina logħba kontra pajjiżna li ntemmet bl-iskor rispettabbli ta’ 2 - 0. Ara paġni 13-16
IRIDU JONFQU L-FLUS TAL-IIP Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jitkellem kontinwament kontra l-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment, iżda issa jrid jonfoq il-flus li jidħlu minnha. Dan jirriżulta minn dokument ta’ qabel il-baġit ippubblikat il-Ħamis. Ara paġna 5
IĊ-ĊAQNU MRAŻŻAN Għadd kbir ta’ illegalitajiet fil-kumpless Montekristo tneħħew fl-aħħar xhur, filwaqt li oħrajn se jkunu qed jitneħħew fiż-żmien li ġej. Dan hekk kif l-Awtorità tal-Ippjanar niżlet b’saħħa liema bħalha fuq l-ammont kbir ta’ żvilupp kontra l-liġi f ’dan il-kumpless ta’ Charles Polidano, magħruf bħala ċ-Ċaqnu. Azzjonijiet li jneħħu l-perċezzjoni li xi ħadd bħaċ-Ċaqnu jista’ jagħmel li jrid. Dettalji li għandha l-gazzetta KullĦadd jikkonfermaw kif hemm postijiet filkumpless magħluqin u binjiet li qed jitwaqqgħu. Ara paġna 3