KullHadd_09.09.2018

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 9 ta’ Settembru, 2018

Ħarġa Nru 1,313 Prezz €1

BIDLA KBIRA OĦRA

Ikkonfermat uffiċjalment u bid-dettalji li l-Gvern se jibda jħallas ukoll għat-trasport organizzat fl-iskejjel privati u indipendenti. Miljuni ta’ ewro se jibqgħu fil-bwiet ta’ eluf ta’ familji f’wegħda kbira oħra mwettqa mill-Gvern. Din hi inizjattiva li tgħin lill-familji u tindirizza wkoll l-isfida tat-traffiku. Għad-dettalji ta’ kif se tinħadem ara paġna 4

IL-FAMILJI JDAWRU R-ROTA

Ir-riżultati ekonomiċi ta’ din il-ġimgħa jixhdu kif huwa l-konsum tal-familji Maltin wieħed mill-elementi ewlenin għaliex l-ekonomija qed tikber. Dan ifisser li l-familji għandhom iktar flus fil-but. Analiżi li saret għall-KullĦadd turi d-differenza bejn illum u fi żmien amministrazzjoni preċedenti. Ara paġna 5

DEHRA U VUĊI Ara paġni 14 u 15

LURA MALTA Ara paġni 10 u 11


02

09.09.2018

kullhadd.com

Editur ALEANDER BALZAN

L-Ogħla Temperatura: 30°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 8 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja li testendi minn fuq it-Tramuntana tal-Ewropa sa fuq il-Libja ser tippersisti. It-Temp: Il-biċċa l-kbira msaħħab. Ir-Riħ: Ħafif mix-Xlokk il-Lvant li jsir ħafif għallmoderat mix-Xlokk. Il-Viżibilità: Tajba. Il-Baħar: Ħafif. L-Imbatt: Ftit li xejn. It-Temperatura tal-Baħar: 27°C

email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni LEANNE ABELA GRECH tel: (+356) 2568 2570

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tnejn

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Indirizz Postali KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

30°C

UV 7

222°C

Il-Ħamis

29°C

UV 7

22°C

30°C

Il-Ġimgħa

UV 7

22°C

Is-Sibt

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

30°C

UV 7

22°C

30°C

UV 7

21°C

30°C

UV 7

22°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Stampat Progress Press Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​ 112​ Il-Pulizija ta’ Malta 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ​ 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali ​2132 0202 L-Isptar ta’ Malta 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex ​2156 1600

Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier c/w Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 21372195 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal-Lija – 21435875 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gozni, Il-Kalkara – 21673811 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 St. Andrew’s Pharmacy, Triq San Ġorġ, Ħal Luqa – 21820795 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat Malta – 79455477 Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza ​ 5004 3888

Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku ​1182

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tas-saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.


03

09.09.2018

kullhadd.com

TAGĦRIF BUTTUNA ’L BOGĦOD MYHEALTH STORJA TA’ SUĊĊESS... MINN 2,000 GĦAL 50,000 PAZJENT Aktar minn 50,000 pazjent taw il-kunsens tagħhom lil tobba tal-għażla tagħhom biex jaraw it-tagħrif mediku tagħhom fuq myHealth. Barra minn hekk, madwar 17,000 pazjent għamlu użu direttament huma stess minn dan isservizz. Sa tliet snin ilu dawn iż-żewġ ċifri kienu inqas minn 5,000 u inqas minn 2,000 rispettivament. MyHealth huwa l-portal talGvern li jagħti aċċess għal diversi servizzi tas-saħħa lill-pazjenti u t-tobba. Permezz tal-myhealth wieħed jista’ jkollu fost oħrajn: sommarji dwar il-kura li jkun ingħata l-pazjent waqt li jkun rikoverat l-isptar, riżultat tat-testijiet tal-laboratorju li jinħadmu l-isptar, rapporti dwar l-X-rays li jittieħdu flisptar u fiċ-ċentri tas-saħħa u jara l-appuntamenti li wieħed għandu fl-isptarijiet u fiċ-ċentri tas-saħħa. Aktar kmieni din il-ġimgħa d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne nieda servizz ieħor permezz ta’ dan il-portal. Isservizz jippermetti li t-tobba jistgħu jordnaw it-testijiet tal-laboratorju onlajn mingħajr il-bżonn li timtela karta li tingħata f ’id il-pazjent, li wara jkollu jeħodha l-isptar jew fiċ-ċentru tas-saħħa fejn se jsir it-test. It-testijiet huma dawk li normalment jistgħu jordnaw it-tobba tal-familja privati, fosthom testijiet tad-demm. Il-vantaġġ hu li jonqos l-użu tal-karti u dak li jkun hemm miktub jinqara perfettament. L-ordni tat-tabib tidħol dritt fis-sistema tal-informatika. Dan iħaffef il-proċess speċjalment fil-każ ta’ dawk il-pazjenti li jitteħdulhom il-kamp-

j u n i fiċ-ċentri tas-saħħa. Sadattant it-tabib li jkun għamel l-ordni tat-testijiet ikun jista’ jsegwi l-andament tal-proċess minn fuq il-kompjuter tiegħu. B’hekk ikun jista’ jiċċekkja meta jkunu nħadmu t-testijiet. Sal-lum hemm madwar 270 tabib, l-iktar tobba tal-familja, li għandhom rabta ma’ pazjenti permezz tal-portal myHealth. Dan is-servizz mhux limitat għal pazjenti li għandhom rabta ma’ tobba fil-myHealth. Tabib jista’ jordna testijiet għal kwalunkwe pazjent Malti, anke jekk dan qatt ma jkun għamel użu

mis-servizz myHealth. Barra minn hekk illum myhealth hija aċċessibbli wkoll minn fuq l-ismart phone u t-tablet. Iżda fl-aħħar żmien żdiedu servizzi oħra ukoll fuq myhealth, servizzi li wasslu biex tkun aktar popolari kemm fost it-tobba kif ukoll fost il-pubbbliku inġenerali. Fost dawn is-servizzi nsibu li l-iktar importanti kienu l-aċċess għat-tagħrif dwar it-tilqim, kif ukoll dak dwar il-mediċini li jitqassmu permezz tal-iskema POYC. Żvilupp importanti f ’Lulju li għadda kien li l-pazjenti ngħataw aċċess awtoma-

tiku permezz tal-myHealth għar-riżultati u r-rapporti dwar it-testijiet tagħhom wara erba’ ġimgħat f ’każ li dan ittagħrif ma jkunx diġà ngħata mit-tabib tagħhom. Iżda dan mhux biss, fix-xhur li ġejjin it-tobba se jkunu jistgħu jużaw il-myHealth biex jordnaw ukoll l-X-rays li jittieħdu fiċ-ċentri tas-saħħa, l-istess kif issa beda jsir għat-testijiet tal-laboratorju. Is-sena d-dieħla se tiżdied ukoll faċilità li biha kemm it-tobba kif ukoll pazjenti jkunu jistgħu jaraw l-X-rays infushom permezz tal-myHealth. “Aktar ’il quddiem myHealth

se jsir aktar interattiv permezz ta’ żvilupp ta’ komponent ta’ Personal Health Records. Dan ikun jippermetti li l-pazjenti mhux biss jirċievu tagħrif dwar il-kundizzjoni medika tagħhom, imma jkunu jistgħu wkoll idaħħlu fil-portal tagħrif huma stess dwar l-istil ta’ ħajjithom, is-sintomi li jkollhom u parametri tagħhom, bħal piż, pressjoni tad-demm u livell ta’ zokkor fid-demm. B’hekkmyHealth tibda tintegra d-data personali tas-saħħa b’mod li tinħoloq stampa iktar sħiħa ta’ saħħet il-pazjent,” qal lill-ġurnal id-Deputat Prim Ministru.


04

09.09.2018

kullhadd.com

AKTAR FLUS FIL-BUT, INQAS KAROZZI FIT-TRIQ

• TRASPORT B’XEJN GĦALL-ISTUDENTI FL-ISKEJJEL KOLLHA

Mis-sena skolastika l-ġdida, il-Gvern se jibda jħallas ukoll it-trasport organizzat għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti. Il-Gvern se jkun qed iħallas sa €700 għal kull student b’mod dirett lill-operaturi sabiex jiffaċilita s-sistema għall-familji, li mhu se jkollhom joħorġu xejn minn buthom għat-trasport. B’hekk, medja ta’ €700 għal kull wild li juża s-sistema tat-trasport tal-iskejjel se jibqgħu fil-bwiet tal-familji. Din il-miżura mistennija li jkollha impatt pożittiv fuq it-traffiku. Skont stħarriġ li sar, 82.8% ta’ dawk l-istudenti li jitwasslu fl-iskejjel b’karozza privata esprimew ix-xewqa li jaqilbu għas-sistema l-ġdida, sistema fejn huwa mifhum li se tnaqqas madwar 6,300 karozza privata fit-toroq. Dan ifisser li l-mod ta’ kif se jibda jitħaddem it-trasport tal-iskejjel, dawk statali u dawk tal-Knisja u indipendenti, inkluż il-vannijiet, is-superviżjoni u t-tracking system, se jkun qed jiswa lill-Gvern €26.3 miljun. Il-ħsieb tal-Gvern huwa li t-trasport isir b’superviżjoni u l-Ministru Bartolo spjega kif din titlob koordinazzjoni ħolistika bħala parti minn pjan sħiħ. Filwaqt li se jkompli jiġi enfasizzata l-użu ta’ onboard supervision, se tiġi introdotta wkoll sistema ġdida ta’ tracking sabiex il-moviment ta’ kull student ikun segwit kontinwament. Din hija sistema teknoloġika li tikkonsisti minn mobile application fejn kull ġenitur jista’ faċilment ikun jaf xħin it-tifel jew it-tifla tiegħu telgħu fil-vann u anke xħin waslu l-iskola. Skont statistiċi, fis-sena skolastika li għaddiet, minn 32,635 student fl-iskejjel tal-Gvern, 12,500 minnhom kienu qed jagħmlu użu minn transport organizzat, filwaqt li minn 23,397 student fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti, 11,230 minnhom għamlu użu minn trasport organizzat. Flimkien, dawn jammontaw għal 23,730 student. Dan ifisser li mis-sena skolastika li jmiss, dawn l-istudenti kollha se jkunu qed igawdu minn trasport b’xejn u b’superviżjoni. Il-familji mhux biss ħa jiffrankaw minn din ir-rifużjoni iżda se jgawdu wkoll minn żieda konsiderevoli fi bwiethom, se jaħlu inqas petrol u diesel u inqas tniġġis fl-arja fost l-oħrajn. Il-Partit Laburista lbieraħ fi stqarrija qal li dan huwa Gvern li żamm kelmtu, Gvern li jrid jinvesti fil-kumdità tal-istudenti u l-familji tagħhom, jinvesti fl-għalliema, u jara kif kulma jmur jibqa’ jtejjeb is-sistema edukattiva.


05

09.09.2018

kullhadd.com

IKTAR FLUS FIL-BUT IS-SUĊĊESS TAL-EKONOMIJA • TIXHED DAN ANALIŻI LI TQABBEL IR-RIŻULTAT TA’ DIN IS-SENA MAL-2012

TKABBIR FIL-ĠID NAZZJONALI L-ewwel nofs tal-2012 +€68 miljun

L-ewwel nofs tal-2018 +€243 miljun

BIDLA FIL-KONSUM TAL-FAMILJI L-ewwel nofs tal-2012 -€11-il miljun

L-ewwel nofs tal-2018 +€132 miljun

DIPENDENZA TAL-EKONOMIJA FUQ SPIŻA TAL-GVERN

L-ewwel nofs tal-2012 21% tal-ġid nazzjonali

L-ewwel nofs tal-2018 17% tal-ġid nazzjonali

ŻIEDA FID-DĦUL TAL-ĦADDIEMA L-ewwel nofs tal-2012 +€77 miljun

L-ewwel nofs tal-2018 +€184 miljun

ŻIEDA FIL-PROFITTI TAN-NEGOZJI L-ewwel nofs tal-2012 +€44 miljun Ir-riżultat dwar it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna li tant spikka din il-ġimgħa jkun apprezzat ferm iktar meta mqabbel mal-aħħar snin tal-leġiżlatura preċedenti. Għax dan il-paragun juri l-kobor tal-bidla li kien hemm fid-direzzjoni ta’ pajjiżna bejn dakinhar u llum, fejn primarjament il-familji għandhom iktar flus fil-but biex idawru r-rota ekonomika. Jirriżulta li matul l-ewwel nofs tal2018 il-ġid nazzjonali kiber b’€243 miljun. Dan huwa aktar minn tliet darbiet il-bidla fil-ġid nazzjonali li kien hemm fl-istess xhur tal-2012, is-sena qabel il-bidla fil-Gvern.

L-aktar raġuni importanti wara d-differenza fit-tkabbir ekonomiku bejn dawn iż-żewg perjodi huwa l-livell tal-konsum tal-familji. Fil-fatt fl-ewwel nofs tal-2012 il-konsum tal-familji Maltin u Għawdxin kien naqas bi €11il miljun. Dan b’kuntrast għaż-żieda ta’ €132 miljun li seħħet fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Il-konsum privat kien daqstant ogħla minħabba li d-dħul tal-ħaddiema żdied b’ferm aktar fl-2018, b’€184 miljun kontra €77 miljun fl-2012. Dan jispjega wkoll għalfejn stħarriġ wara l-ieħor tal-Kummissjoni Ewropea qed ipoġġi l-familji Maltin

u Għawdxin bħala l-aktar ottimisti minn fost il-familji madwar l-Ewropa. Minkejja ż-żieda qawwija fil-konsum, ċifri tal-Bank Ċentrali juru li bħalissa l-familji tagħna għandhom rekord ta’ €11.8 biljun depożitati ma’ banek lokali, żieda ta’ 56% mindu nbidel il-Gvern. Anke n-negozji jinsabu f ’qagħda ferm aħjar minn dik tal-2012. Filfatt dawn irreġistraw żieda fil-profitti tagħhom ta’ madwar €182 miljun fl-ewwel nofs tal-2018, kontra ż-żieda ta’ €44 miljun li kellhom fl-istess żmien fl-2012. Minħabba l-qagħda ferm tajba

L-ewwel nofs tal-2018 +€182 miljun

tal-operat tagħhom, in-negozji qed ikunu jistgħu jinvestu ferm aktar. Tant li l-livell ta’ investiment privat u pubbliku laħaq €877 miljun fl-ewwel nofs tal-2018, jew 45% aktar mill-2012. It-tkabbir qawwi fis-setturi kollha tal-ekonomija, speċjalment dak tas-servizzi privati, qed iwassal biex id-dipendenza tal-ekonomija tagħna fuq l-ispiża tal-Gvern qed tkompli tonqos. Fil-fatt, filwaqt li l-ispiza talGvern kienet ugwali għal 21% tal-ġid nazzjonali fl-2012, jew ewro minn kull ħamsa, fl-2018 dan naqas għal 17%, jew ewro minn kull sitta tal-ġid nazzjonali.


06

09.09.2018

kullhadd.com

L-AĦĦAR WIEĦED TA’ JUNCKER • IL-PRESIDENT TAL-KE GĦANDU QUDDIEMU STATE OF THE UNION FI ŻMIEN TA’ SFIDI KBAR Nhar l-Erbgħa li ġej il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker se jkun qed jagħmel diskors magħruf bħala State of The Union. Diskors maħsub biex il-President tal-Kummissjoni Ewropea jitkellem fuq l-istrateġija u l-viżjoni għażżmien li ġej. Din id-darba d-diskors se jsir fi żmien mhux faċli għall-Unjoni Ewropea u jista’ jkun ukoll wieħed mill-mumenti li jiddefinixxi lil Jean Claude Juncker u t-tmexxija tiegħu hekk kif dan hu l-aħħar wieħed. Huwa wkoll diskors qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla li fuq livell Ewropew mistennija jibagħtu messaġġ ta’ x’direzzjoni jridu ċ-ċittadini tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. It-tema tas-sena l-oħra kienet “Iktar Magħqudin, B’saħħitna u Unjoni Iktar Demokratika”. F’dak id-diskors kien tkellem dwar kif l-Unjoni Ewropea tista’ tiżviluppa sal-2025. Fost l-iktar fuq l-aġenda fl-is-

tituzzjonijiet Ewropej bħalissa hemm Brexit bit-taħditiet bejn ir-Renju Unit u Brussell jinsabu fl-aqwa tagħhom. Dan iwassal biex wieħed jistenna li Juncker jagħmel referenza ċara. Għalkemm strateġikament huwa maħsub li d-diskors tiegħu ma jiffokax fuq hekk. Fost it-temi li mistenni jindirizza Juncker hemm is-sussidjarjetà, in-negozju, il-migrazzjoni, in-nazzjonaliżmu, l-enerġija u t-tibdil fil-klima. Juncker mistenni jsib temi wkoll li n-nies jirrelataw magħhom.

X’jiġri? Dan id-diskors isir ta’ kull sena f ’Settembru u jsir quddiem il-Membri tal-Parlament Ewropew. Id-diskors ikun segwit b’diskussjoni plenarja fil-Parlament Ewropew. Kien fl-2010 li bdiet din id-drawwa fl-Unjoni Ewropea wara li daħal fis-seħħ it-trattat ta’ Liżbona. Id-diskors ikun dak li jimmarka l-bidu tad-diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew dwar il-programm tal-Kummissjoni Ewropea għas-sena ta’ wara.

X’qed tistenna l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej minn dan id-diskors? Nistennew li l-President se jkun qed jieħu l-opportunità biex iperreċ ir-riżultati miksuba, speċjalment fil-kamp ekonomiku. F’dan il-qasam, il-Kummissjoni wirtet kriżi ekonomika, b’Ewropa bi problemi kbar fil-finanzi, qgħad u politika ta’ awsterità. Illum, is-sitwazzjoni hija ħafna aħjar. Fil-fatt, l-aħħar statistika turi li kellna 21 xahar konsekuttiv ta’ tkabbir ekonomiku, tnaqqis fir-rati tal-qgħad u l-munita ewro dejjem tissaħħaħ. Parti mid-diskors ikun fuq oqsma kurrenti – temi li jitkellmu dwarhom in-nies fi djarhom u oħrajn li qed naffaċċjaw bħala Unjoni. Fost dawn, naħseb li Juncker se jkun qed jitkellem dwar il-migrazzjoni – kwistjoni li anke minħabba l-aħħar pożizzjonijiet li qed jieħu l-Gvern Taljan hija prijorità fil-livell Ewropew. Aħna ovvjament se nkunu qed niflu kull kelma li tintqal għax din il-kwistjoni tolqotna direttament. Kif dejjem għedna, din hija problema li mhix ta’ Malta biss u trid tiġi solvuta fil-livell Ewropew bil-kooperazzjoni ta’ kulħadd. Aħna qed nistennew solidarjetà mill-Istati Membri l-oħra u nemmnu li jekk ikun hemm ir-rieda, nistgħu nsolvu din l-sfida li laqtet lill-kontinent Ewropew frott il-ġid li nħoloq. Jekk mhux se jirnexxilna, in-nies xettiċi mill-Unjoni Ewropea, li jiddubitaw kemm l-Unjoni hi effettiva se jkomplu jiżdiedu. Dak li qed nistennew hu li, kif ġara fi kriżijiet oħra fil-passat – bħal dik ekonomika u monetarja, il-piż jinqasam b’mod ekwu bejn kulħadd. Bħal f ’kull ħaġa oħra, hawn min jaqbel mad-direzzjoni inġenerali li fiha miexja l-UE u hawn min ma jaqbilx. Fadlilna x’naqdfu biex naslu fejn nixtiequ. Żgur ma nistgħux nieqfu jew nikkuntentaw irwieħna bir-riżultati li nkisbu s’issa u li qed jinkisbu. Fi żmien fejn il-popoliżmu qed jiżdied, ma nistgħux ma nkunux proattivi. Allura nistenna li d-diskors ta’ nhar l-Erbgħa jiffoka fuq dawk il-frustrazzjonijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nies fil-ħajja ta’ kuljum. Nistenna wkoll li f ’dinja fejn qed naraw il-politika tiddeġenera għal waħda immatura fejn it-tgħajjir qed jieħu post l-argumenti serji biex naslu għal soluzzjonijiet b’mod ċivili, Juncker ikun pożittiv u jelenka l-viżjoni li għandha taħdem għaliha l-Unjoni u li toffri futur tajjeb għall-familji u għan-negozji tagħna. Meta nhar l-Erbgħa nisimgħu d-diskors ta’ Jean-Claude Juncker fejn isemmi l-kisbiet tal-Unjoni, niftakru wkoll li Malta fis-siġġu tal-ewwel Presidenza tagħna, kienet strumentali biex inkisbu.


07

09.09.2018

kullhadd.com

RESTAWR F’SAN ĠWANN T’GĦUXA

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius ħabbar li fiż-żmien li ġej se jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-barumbara f ’San Ġwann t’Għuxa, Bormla. Din il-barumbara hija binja antika li l-Bormliżi antiki jirrakkontaw kif dejjem jafuha hemm u tkun ħasra jekk tintilef. Dwar din l-aħbar il-gazzetta KullĦadd tkellmet mas-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli. “In-nies ħadet nifs għaliex il-biża’ kien li nitilfu din il-binja storika jekk tibqa’ fl-istat li qiegħda,” qalet is-Sindku. Biswit din il-barumbara teżisti binja f ’forma ta’ sala li ġġib l-annu 1881. Skont dak li rrakkontawlna l-anzjani jidher li xi darba din

kienet inbniet biex fiha jinżammu laqgħat minn nies nobbli jew importanti. “Ħasra li din il-binja tħalliet fl-istat li qiegħda llum u minflok aperturi tal-injam illum wieħed jara ċnagan u bieb ta’ garaxx. Din il-barumbara hija parti mill-patrimonju Malti li jistħoqqilha kull attenzjoni u restawr,” qalet is-Sindku. Żiedet li l-Kunsill Lokali ta’ Bormla talab ukoll li titnaddaf iż-żona tal-madwar fejn id-Direttorat tat-Tindif mill-ewwel laqa’ t-talba u bagħat il-ħaddiema fuq il-post. “Din l-aħbar kienet importanti għalina l-Bormliżi u għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-wirt u l-patrimonju ta’ pajjiżna,” qalet is-Sindku.


08

09.09.2018

kullhadd.com

REKORD FIR-REGATTA: BORMLA JIRBĦU T-TIĠRIJIET KOLLHA Bormla r-rebbieħa tar-regatta ta’ Jum il-Vitorja għad-19-il darba fl-istorja tagħhom hekk kif ilbieraħ waranofsinhar rebħu l-10 tiġrijiet kollha. Dan ifisser li Bormla rebħu ż-żewg kategoriji, jiġifieri kemm l-A, dik tal-open u anke l-B. Fiż-żewġ kategoriji, Bormla ġabu punti massimi, dawk ta’ 88 punt. Din ir-rebħa kienet waħda storika għall-fatt li Bormla saru l-ewwel klabb li rebħu l-10 tiġrijiet kollha. Dan ir-rekord intlaħaq 50 sena wara li l-Bormliżi rebħu l-ewwel regatta ta’ Jum il-Vitorja, fl-1968.

ASSEDJU FUQ IL-MONUMENT

Wara li l-Ħamis li għadda kien hemm l-intervent tas-soltu fuq il-monument tal-Assedju fil-Belt, esperti nnutaw li partijiet minnu kellhom bżonn intervent immedjat minħabba ħsara kawża ta’ xi oġġetti li tpoġġew fuq il-monument mingħajr ma ttieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Id-Direttorat tar-Restawr qed jikkordina ma’ Heritage Malta biex dan l-intervent isir fil-ġimgħat li ġejjin. Dan beda hekk kif intemmet iċ-ċerimonja ta’ Jum il-Vitorja dalgħodu biex ma ssirx iktar ħsara fuq dan il-monument storiku.


09

09.09.2018

kullhadd.com

SAĦĦET IN-NIES QABEL KULL INTERESS IEĦOR Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-bżonn ta’ kwalità ta’ arja aħjar, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f ’setturi innovattivi u aktar vantaġġi għall-konsumaturi

huma fost il-pilastri tal-ligi tal-Ewroparlamentari Miriam Dalli li għandha l-għan tnaqqas it-tniġġis minn karozzi ġodda. Lejlet il-vot fil-Kumitat

tal-Ambjent tal-Parlament Ewropew tkellimna ma’ Dr Miriam Dalli dwar il-vot t’għada u l-isfidi li hemm.

X’inhu l-għan ta’ din il-proposta u kemm inti kunfidenti li se jintlaħaq qbil dwarha? Il-liġi biex jonqos it-tniġġis millkarozzi ġiet proposta oriġinarjamenti min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea bħala parti minn pakkett tal-liġijiet dwar it-trasport, bil-għan li jkollna vetturi aktar nodfa fit-toroq tagħna. Ir-realtà iżda hi li dak propost mill-Kummissjoni huwa ftit wisq jekk verament l-Unjoni Ewropea trid tilħaq il-miri tagħha biex tnaqqas l-emissjonijiet u żżomm mal-miri li tat fil-konferenza ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. Ir-realtà hi li jekk mhux se nkunu progressivi u ambizzjużi biżżejjed, pajjiżi oħra se jkunu qed jimmanifatturaw prodotti aktar innovattivi u vetturi aktar nodfa bi prezzijiet aktar affordabbli. Għalhekk din il-liġi trid tkun il-mutur li timbotta ’l quddiem l-innovazzjoni f ’teknoloġiji ġodda li jwasslu għal mezzi ta’ trasport aktar nodfa, ħolqien ta’ xogħlijiet f ’niċeċ ġodda u aktar importanti minn hekk, il-fatt li l-karozzi nodfa jsiru orħos milli huma llum. Jien nemmen li hija l-policy li timbotta ’l quddiem lill-industrija. Mil-laqgħat kollha li għamilt, dan ħareġ bl-aktar mod ċar. Jekk mhux se jkollna policy li turi bl-aktar mod ċar li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jridu jmorru lejn karozzi aktar nodfa, mhux se jkun hemm il-bżonn minn naħa ta’ min jimmanifattura l-karozzi li jinvesti f ’teknoloġija aktar nadifa. Għal kważi sena sħiħa ltqajt mar-rappreżentanti tal-industrija tal-karozzi, rappreżentanti tal-konsumaturi u tal-ħaddiema, u rappreżentanti tal-ambjent u xjentisti. Jekk hemm liġi li hija kontroversjali u li f ’kull ħaġa li tipproponi trid tara li jkun hemm bilanċ il-ħin kollu ċertament li hija din. Tinduna wkoll anke mill-interess kbir tal-midja internazzjonali fuq din il-liġi b’artikli fil-gazzetti dejjem jiżdiedu aktar u aktar issa li riesaq il-vot. Għandi produtturi kbar tal-karozzi fl-Ewropa u anke barra mill-Ewropa li jiġu jħabbtuli l-bieb. Trade Union u kunsilli tal-ħaddiema li jagħmlu l-istess. Il-bieb tiegħi dejjem miftuħ għal kulħadd, imma fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni ridt neħodha jien fl-istess ħin li nara li jkolli l-maġġoranza tal-gruppi politiċi fil-kumitat tal-ambjent miegħi. Mill-ewwel ġurnata li bdejt naħdem fuq din il-liġi kont konvinta li ma jistax ikollna liġi dgħajfa għax din il-liġi se twitti t-triq għas-snin li ġejjin. T’għada huwa biss l-ewwel vot. Wara mmorru għall-vot fil-Parlament Ewropew u wara dak il-vot jekk ikollna pożizzjoni maqbula, immur flimkien mar-rappreżentanti tal-gruppi politiċi l-oħra biex immexxi n-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill ħalli mbagħad tgħaddi għall-implimentazzjoni mis-sena 2021 ’il quddiem. L-industrija tal-karozzi tinsab

u nnaqsu l-mard relatat mat-tniġġis. Dieselgate kixef il-qerq tal-industrija tal-karozzi fejn jidħlu emissjonijiet. Inti ħsibt biex biex ma jkunx hemm ripetizzjoni ta’ dan?

Li jonqos it-tniġġis mill-karozzi jfisser kwalità ta’ arja aħjar, inqas mard respiratorju, aktar flus fi bwiet il-konsumaturi u ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol f’niċeċ ġodda. lesta għal dawn it-tibdiliet? L-industrija tal-karozzi għandha wieħed mill-aktar lobbies b’saħħtu fl-Unjoni Ewropea. Rajtu b’għajnejja meta ħdimt fuq l-ewwel liġi tal-karozzi bħala rapporteur għallgrupp politiku tiegħi fl-ewwel sena tiegħi fil-Parlament u qed narah aktar b’saħħtu din id-darba meta l-liġi hija għalkollox f ’idi. Li joħroġ bl-aktar mod ċar hu li hemm produtturi tal-karozzi li ħasbu għall-futur u allura huma lesti li jipproduċu karozzi li jħammġu anqas u hemm produtturi tal-karozzi li dan l-investiment m’għamluhx. Minflok, investew f ’karozzi li jħammġu u jridu jaraw kif se jagħmlu minn kollox biex jagħmlu l-akbar profitt possibbli minn teknoloġija li tħammeġ. Din il-leġiżlazzjoni iżda hija l-opportunità tagħna biex nuru li l-industrija tal-karozzi fl-Unjoni Ewropea trid timmodernizza ruħha. Tagħmel dan billi tinvesti f ’teknoloġija aktar nadifa, tinvesti f ’infrastruttura aħjar, inkluż ukoll aktar charging points

għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku u taċċerta ruħha li tinvesti fi produzzjoni ta’ batteriji nodfa fl-Unjoni Ewropea stess. Matul l-10 snin li ġejjin huwa mistenni li karozzi li ma jniġġsux jiġu irħas minn karozzi li jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel. Biex dan iseħħ irid ikun hemm aktar karozzi bħal dawn fis-suq. Fl-istess waqt mistenni wkoll li min jixtri karozzi li jniġġsu anqas li jkunu second hand jew anke third hand igawdi ħafna aktar minħabba prezz anqas u spejjeż anqas. F’din il-liġi jiena mhux qed nagħti preferenza lil xi teknoloġija fuq teknoloġiji oħra. Ma jinteressanix nimbotta pereżempju karozzi elettriċi biss. Għalhekk m’iniex nillimita l-industrija għal xi forma ta’ teknoloġija waħda biss iżda rrid li jonqsu l-emissjonijiet b’taħlita ta’ teknoloġiji differenti inklużi hybrids, plug-in hybrids, fuel cell technology, battery electric vehicles u internal combustion engines effiċjenti. Ir-realtà hi li t-teknoloġija diġà teżisti; ditti tal-karozzi Ewropej qed ibigħu aktar karozzi li ma jħam-

mġux barra mill-Ewropa; is-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni f ’dan il-qasam qed jikber sew barra mill-kontinent Ewropew b’riskju li l-Unjoni Ewropea taqa’ lura u titlef il-kompetittività f ’dan il-qasam. Li nimxu għal teknoloġija aktar nadifa mhi ta’ sorpriża għal ħadd. Minn laqgħat li kelli anke Malta kulħadd jifhem li l-futur huwa karozzi nodfa fit-toroq tagħna. Hawn Malta pereżempju bdejna naraw karozzi hybrid u oħrajn jaħdmu bil-batterija imma mhux qed naraw biżżejjed. Meta titkellem mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jgħidulek li r-raġuni għal dan hija li l-konsumatur m’għandux biżżejjed għażla. Innaħa l-oħra tal-munita targumenta li m’hawnx l-infrastruttura neċessarja biex jiżdiedu dawn il-karozzi. Huwa fatt ukoll. Għalhekk għandna bżonn liġijiet li jimbuttaw ’il quddiem din il-bidla. Mela le għandna bżonn ilkarozzi tagħna biex naslu minn post għal ieħor, imma ejjew naċċertaw ruħna li jkollna l-għażla li jistħoqqilna biex insuqu karozzi nodfa, innaqqsu t-tniġġis mit-toroq tagħna

Kont naħseb li DieselGate kien l-iskandlu li minnu l-produtturi tal-karozzi se jitgħallmu. Meta faqqa l-iskandlu Dieselgate, kont parti minn kumitat speċjali fejn rajna eżatt x’tip ta’ miżuri jintużaw biex jiġu mkejla l-emissjonijiet mill-karozzi. Dakinhar l-industrija tal-karozzi kienet qed tuża sistemi biex jiffrodaw u jgħidu li l-karozzi tagħhom iħammġu ħafna anqas milli fir-realtà u fit-toroq. Issa fis-sajf irriżulta li l-industrija tal-karozzi daħlet fi skandlu ieħor. Għax jafu li ġejja din il-liġi li permezz tagħha se jkollhom inaqqsu t-tniġġis qed jgħidu li l-karozzi tagħhom iħammġu aktar fit-toroq ħalli ma jkollhomx għalfejn jagħmlu l-ebda sforz u jħallulna fit-toroq tagħna karozzi li jniġġsu xorta waħda. Dan assolutament mhux aċċettabbli. X’opportunitajiet tara għal Malta b’din il-liġi? Minkejja l-qalba għal power station li taħdem bil-gass, f ’Malta xorta fadlilna livelli għolja ta’ tniġġis u dan ġej minn numru ta’ karozzi fit-toroq Maltin u Għawdxin. Biss biss, tul is-sena li għaddiet skont informazzjoni maħruġa mill-Eurostat, pajjiżna rreġistra l-ogħla żieda fl-emissjonijiet tas-CO2. Għal pajjiżna din hija opportunità, opportunità li nnaqsu l-livelli ta’ tniġġis mit-toroq tagħna u li jkollna karozzi aktar nodfa bi prezzijiet orħos milli jeżistu llum. Hemm ukoll aktar opportunitajiet, fosthom fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-iżvilupp. Din hija liġi li toffri opportunitajiet kbar ekonomiċi, ambjentali u soċjali u lill-konsumaturi.


10

09.09.2018

kullhadd.com

RUTINA DIFFERENTI, LEST GĦAL SFIDI ĠODDA Norman Hamilton Bniedem li m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni fil-qasam taxxandir lokali u li riċentament għadu kemm irritorna mill-Ingilterra wara ħames snin jokkupa l-kariga ta’ Kummissarju Għoli għal Malta.

Għadek ġej minn esperjenza kbira bħala Kummissarju Għoli għal Malta fl-Ingilterra. Kif tiddeskrivili din l-esperjenza? Kienet esperjenza unika u fl-istess ħin partikolari. Fil-verità hemm żewġ tipi ta’ ambaxxaturi jew kummissarji għolja. Hemm dawk tal-karriera u oħrajn politiċi. Jien kont Kummissarju Għoli Politiku u l-kuntratt tiegħi ġie mġedded għal xi snin minħabba li kont qed naqdi rwol importanti ħafna. B’kollox għamilt total ta’ ħames snin. Kelli esperjenzi vasti u meta tmur hemmhekk trid titgħallem ħafna affarijiet fosthom anke minn xi żbalji li tkun għamilt. F’din il-kariga ma teżistix dik li bl-Ingliż insejħulha hand over u għalhekk l-iżbalji jgħinuk biex darb’oħra toqgħod attent. Kont ixxurtjat li kelli staff li kien ilu hemm għal bosta snin u għenuni ħafna. Sibt ukoll koperazzjoni oħra minn ambaxxaturi oħrajn.

il-kariga. Pajjiżi oħra li qatt ma kienu kolonja Ingliża jkollhom dak li jissejjaħ ambaxxatur. Fil-verità m’hemm l-ebda differenza iżda fil-familja rjali Ingliża, ir-Reġina għandha preferenza lejn il-kummissarji għolja. Tant hu hekk li meta int tmur biex tippreżenta l-kredenzjali tiegħek f ’din il-kariga, jibagħtulek karozzin b’erba’ żwiemel li jwasslek sa Buckingham Palace. Imbagħad meta r-Reġina tagħlaq żmienha f ’Ġunju, il-kummissarji għolja kollha jiġu mistiedna mill-Prim Ministru Ingliż f ’numru 10, fi Triq Downing. Imbagħad jinfetħu l-kanċelli u jidħlu l-kummissarji għolja. Min-naħa l-oħra, il-karozzi tal-ambaxxaturi ma jistgħux jidħlu hemm u jridu jimxu biċċa triq. Imbagħad isir riċeviment imsejjaħ Trooping The Colour fil-ġonna tal-bini. Rigward l-esperjenzi li kelli nista’ ngħid li xahrejn wara li ġejt maħtur f ’dan irrwol, kelli ċ-CHOGM li kellu jsir fi Sri Lanka u l-Prim Ministru staqsieni biex

nakkumpanjah hemmhekk. Għalija kien unur kbir li nagħmel dan kollu. Imbagħad sar iċ-CHOGM hawn Malta fl-2015. Issa li jiġri hu li meta kummissarju għoli jkun qed jospita dan l-avveniment f ’pajjiżu, awtomatikament isir iċ-ċermen tagħha. Hemmhekk kelli uffiċċju ġenerali u kelli miegħi kumitat organizzattiv. Meta kont ingħatajt l-aħbar li ġejt magħżul bħala Kummissarju Għoli għal Malta kif kont ħadtha? Kien il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat li talabni sabiex naqdi dan ir-rwol tant importanti għal pajjiżi. Jien tlabtu 24 siegħa sabiex naħsibha għax ridt nitkellimha mal-familja minħabba li kienet tfisser bidla mil-lejl għannhar kemm għalija kif ukoll għalihom. Huma tawni s-sapport kollu meħtieġ u għalhekk mort quddiem il-Prim Ministru fejn għedtlu li kont onorat li tani

Iżda l-mistoqsija tqum waħedha. Għaliex kummissarju għoli u mhux ambaxxatur? Fil-fatt, l-Ingilterra xi darba kienet kolonja f ’Malta bħalma kienu pajjiżi oħra bħall-Kanada, l-Awstralja u l-Afrika t’Isfel fost l-oħrajn. Issa dawn il-pajjiżi flimkien ma’ Malta huma msieħba fl-għaqda tal-Commonwealth, li fiha hemm nazzjonijiet li xi darba kienu parti mir-Renju Ingliż. Dawn l-istess membri ta’ din l-għaqda huma rrappreżentati permezz ta’ kummissarju għoli u għalhekk inħolqot din

din il-kariga. Eventwalment aċċettajt din il-kariga. Għalkemm kelli kariga li kellha ddum għal ftit snin, il-kuntratt tiegħi ġie mġedded u domt ħames snin b’kollox. Fl-Ambaxxata Maltija jiġu ħafna Maltin u Għawdxin li jgħixu l-Ingilterra fejn jekk ikun hemm xi ħadd ma jiflaħx, xogħolna kien li nkunu ta’ għajnuna għalihom. Għandna medical desk għal dawk li jitilgħu għal kura fir-Renju Unit. Noffru wkoll servizz ta’ passaporti għal dawk li jkun skadielhom apparti li nagħtu għajnuna li dawk tat-tieni jew tat-tielet ġenerazzjoni Maltija li wkoll ikunu jixtiequ passaport. Kulħadd irrealizza li għandu jkollok passaport Malti iktar u iktar meta l-Ingilterra ser ikollha s-sistema tal-Brexit. Għalhekk ix-xogħol fil-Konsolat Malti f ’Londra rdoppja minħabba dan il-fattur. Qed ikollna aktar minn 100 applikazzjoni fix-xahar sabiex tingħata din iċ-ċittadinanza. X’tikkummenta dwar is-sitwazzjoni tal-Brexit? Int taqbel ma’ din il-proposta li għaddiet permezz ta’ referendum ftit tax-xhur ilu?

Ovvjament issa li spiċċajt it-terminu tiegħi bħala Kummissarju Għoli rrid nerġa’ nibda rutina differenti minn dik li kont imdorri biha f’dawn l-aħħar ħames snin

Jien personalment ma naħsibx li l-Ingilterra jaqblilha toħroġ mill-Unjoni Ewropea iżda dak hu x’naħseb jien. Nemmen illi ż-żmien se jtina parir. Minkejja kollox, bħalissa hemm xi ftit tal-battibekki politiċi rigward ċerti deċiżjonijiet u l-biża’ tiegħi hu li jista’ jkun hemm Brexit mingħajr ftehim. Il-poplu Ingliż huwa sovran u vvota li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Is-sit-


11

09.09.2018

kullhadd.com

wazzjoni minkejja kollox inqablet ta’ taħt fuq illum il-ġurnata minħabba li skont stħarriġ li sar, il-poplu ammetta li seta’ żbalja tant li 52% qalu li jaqblu li jkomplu bħala membru f ’din l-unjoni filwaqt li 48% qalu li ma jaqblux. Kieku kellu jsir referendum ieħor għalhekk jista’ jkun li jinqaleb ir-riżultat ta’ taħt fuq.

L-Ingliżi għandhom simpatija kbira lejn Malta. Ir-relazzjonijiet minn dejjem kienu tajbin u Brexit u mhux Brexit, dejjem qed naraw tisħiħ fl-għaqda bejnietna

Minn diskussjonijiet li kellek mal-ogħla awtoritajiet Ingliżi kif kienu jħarsu lejn Malta? L-Ingliżi għandhom simpatija kbira lejn Malta. Ir-relazzjonijiet minn dejjem kienu tajbin u Brexit u mhux Brexit, dejjem qed naraw tisħiħ fl-għaqda bejnietna. Għandhom rispett kbir lejn il-Gvern u l-President Malti u dan huwa fattur pożittiv. Nista’ nikkonfermalek li hemm rispett reċiproku miżżewġ naħat minħabba li r-Renju Unit jara lil Malta bħala pajjiż speċjali. Kellek xi taħditiet mal-Kummissarju Għoli l-ġdid Joe Cole anke forsi biex ittih xi forma ta’ hand over?

Ħa mmurlek daqsxejn lura fil-passat. Int kont tippreżenta programm bl-isem ta’ Bla Aġenda. X’kienet tfisser għalik il-midja? Dik għalija kienet ħajja oħra. Bla Aġenda dam jixxandar 20 sena sħaħ kull nhar ta’ Sibt. Niftakar li f ’20 sena sħaħ darba biss ma sarx il-bqija qatt ma naf li fallejt wieħed. Bi pjaċir kont nagħmel dan il-programm anke jekk kont niċċaħħad minn xi ħruġ matul tmiem il-ġimgħa. Kont nippreżenta programm mal-mara tiegħi Josette bl-isem ta’ Sibtijiet Flimkien fuq l-istazzjon nazzjonali bejn l-1983 u l-1987 bi programm maratona fejn biddilna tista’ tgħid ir-realtà tat-televiżjoni. Kienu jsegwuna eluf ta’ telespettaturi fiż-żmien fejn il-varjetà televiżiva kienet għadha fil-bidu tagħha.

Bħalma għedtlek handovers ma jingħatawx u din hija sfortuna kbira. Int trid tippreżenta l-kredenzjali tiegħek u wara li tingħatalek il-kariga, int trid taqdef għal rasek u tfittex l-aħjar soluzzjonijiet għad-dilemmi li jkollok. L-eċċellenza tiegħu Cole għandu esperjenza kbira għax kien anke ambaxxatur fl-Olanda u l-Awstralja. Huwa kien ukoll prinċipal tiegħi u għandna relazzjoni tajba mhux Int ukoll pijunier tal-ivvjaġġar biss fuq natura ta’ xogħol iżda anke fuq barra minn xtutna bit-twaqqif bażi ta’ ħbiberija. tal-kumpanija Hamilton Travel.

Xi tfisser għal din il-kumpanija li saret ferm stabbilita f ’pajjiżna? Dik ukoll hija ħajja oħra. Barra l-ħajja tax-xandir u l-isfond diplomatiku hemm ukoll ħajja tal-ivvjaġġar. Meta nbidel il-Gvern lejn l-aħħar tas-snin 80 ma stajtx inkompli bħala maniġer tax-xandir u għalhekk tawni transfer ġo dipartiment ieħor u hemmhekk xejn ma kont għal qalbi. Kont verament inkwetat u mdejjaq. Mort inkellem lill-Perit Duminku Mintoff u qalli biex ma ninkwetax għax jekk jingħalaq bieb jinfetħu mija. Bdejt intella’ u nniżżel x’għandi nagħmel u ddeċidejt li niftaħ aġenzija tal-ivvjaġġar f ’pajjiżna. Dan kien 26 sena ilu u ħdimt qatigħ sabiex nara din il-kumpanija timxi ’l quddiem. Illum nista’ ngħid li hi waħda minn dawk l-aġenziji stabbiliti f ’pajjiżna. Int kont ukoll Ċermen tal-Malta Eurovision Song Contest u din ukoll kienet fażi oħra f ’ħajtek.

X’tiftakar minn dan kollu? Kont Ċermen ta’ dan il-kuntest fl-1997 u fl-1998 fis-snin meta kienu telgħu żewġ kantanti femminili bravissimi, jiġifieri, Debbie Scerri bil-kanzunetta Let Me Fly u Chiara bid-diska The One that I Love. Din hija pożizzjoni diffiċli biex tikklassifika fost l-ewwel għaxra. Tista’ tgħid li kważi kienet miktuba li kellna nirbħu meta kien hemm Iżrael li kienet qed tiġri warajna fl-1998. Imbagħad kellna l-vot tal-Maċedonja fejn hemmhekk kien iħoll u jorbot x’kien ser jiġri. Kellna aktar tnaxijiet minnhom u l-Maċedonja ma tatna xejn filwaqt li taw xi punti lil Iżrael. Dak kien ifisser li l-Maċedoni rebħu l-kuntest u aħna kellna nikkuntentaw bil-post ta’ wara. Kont konsulent ukoll tal-Eurovision bħalma kienu anke Anton Attard u Charlo Bonnici u nista’ ngħid li din il-kariga fiha ħafna loġistika u preparamenti iżda hemm ukoll ħafna sodisfazzjon fiha. Illum li għandek 70 sena kif qed tara l-futur tiegħek? Ovvjament issa li spiċċajt it-terminu tiegħi bħala kummissarju għoli rrid nerġa’ nibda rutina differenti minn dik li kont imdorri biha f ’dawn l-aħħar ħames snin. S’issa l-kumpanija tal-ivvjaġġar għadha hemm u kompliet tissaħħaħ matul is-snin. Xi kultant insaqsi lili nnifsi, “Tgħid hemm xi ħaġa fil-kantuniera?” Imbagħad inwieġeb billi ngħid: Min jaf kollox jista’ jiġri, jekk tinqala’ opportunità qatt ma tista’ tgħidilha le.


12

09.09.2018

kullhadd.com

FIFRA, ŻUMMARA U ŻAQQ

Hi ħasra kbira tassew li numru ta’ Maltin qatt ma għarfu jgħaddu lil ta’ warajhom is-snajja’ u t-tradizzjonijiet li kien hawn f’pajjiżna, u ppreferew li l-għarfien tagħhom jindifen magħhom milli jagħmlu l-almu u jgħaddulhom il-patri-

Kemm imorru lura fiż-żmien dawn l-istrumenti? Hemm ħjiel li xi wħud minnhom ġew fi żmien l-Ordni ma’ komunitajiet Griegi u huma eqdem mill-istrumenti kollha li nafu llum. Fosthom għandna ż-żaqq (bagpipes), il-flejguta jew il-fifra, li hi l-flawt, u ż-żummara. Fiha nnifisha ż-żummara ma kinitx strument ta’ melodija sakemm ma kinitx tiġi żviluppata. Fl-ewwel dizzjunarju li nkiteb mill-Malti għat-Taljan mill-Kavallier Thesan (1640), iż-żummara nsibuha bit-Taljan bħala trombettina di paglia, għax kienet tinħadem mit-tiben. Għax dawn l-istrumenti huma kollha maħduma mid-dinja agrarja, hux hekk?

monju. Dan seta’ ġara għax forsi beżgħu li jeħdulhom is-sengħa u l-qligħ, jew anke minħabba illi ħadd ma ħa interess. Eżempju tipiku ġara lill-fifra, liż-żummara u liż-żaqq, li issa donnu reġa’ hawn min jixtieq jagħtihom il-ħajja mill-ġdid.

ija għal reed (qasba) bl-Ingliż. Il-qasba hi bħalma jaħdem il-klarinett jew is-saxaphone. Illum il-ġurnata tixtri l-qasba, twaħħalha fuq l-istrument u xħin tonfoħ fiha taqbad tbedbet. Fl-antik kont taħdimha inti u ma kinitx tinħtieġ preċiżjoni, għax dak iż-żmien l-importanti li l-istrument jagħmel ħoss. U terġa’ dawn l-istrumenti ma kinux għall-banda. Le. Kien ikun hemm komunità rurali fl-għelieqi, fejn l-irġiel kienu jew raħħala jew bdiewa. Kien ikollhom aċċess għall-materjal naturali u organiku, maħdum lest. Tul iljum kellhom ħafna ħin ta’ stennija – min jistenna l-merħla tirgħa; min jistenna l-ħaxix jikber u għalhekk ħafna minnies kienu jedhew b’dawn it-tradizzjonijiet tal-istrumenti. Naturalment ir-raħħala, kienu jintasbu ħdejn xi qatgħa qasab, li hu materjal mill-aqwa għall-istrumenti għax hu vojt minn ġewwa, u jintefgħu jaħdmu xi flejguta jew fifra, jew suffara tal-pluvieri.

Iva, u huma ta’ komunitajiet rurali. Iż-żummara kienu jagħmluha t-tfal, tant li d-dizzjunarju jgħid li kienet fatta dai bambini. U probabbli, li ż-żummara, kienet magħrufa wkoll bħala bedbut. Din mhi xejn għajr il-kelma Malt- Dan li qed nirrakkuntaw

iqarreb lejn l-1200? Le, bħala għarfien ta’ dawn l-istrumenti qed immorru għall-ħabta tal-1700. It-teknoloġija tmur ferm aktar ’il bogħod. Madankollu, dak iż-żmien ħadd ma kien jikteb u għalhekk m’għandniex ċertezza ta’ x’sar eżatt qabel l-1700. Li qed ngħidlek hu li milli kiteb de Soldanis, li ġie aktar tard, isemmi l-probabbiltajiet milli sema’ u milli qalulu. De Soldanis kiteb ukoll li wħud minn dawn l-istrumenti, bħalma hi l-lira, setgħu ġew mill-komunitajiet Griegi. Sfortunatamnet, il-lira nqerdet għalkollox. Kif għedna, dawn kienu strumenti li ssib il-materjal għalihom b’mod faċli, bħall-qasab, il-qrejjen u l-ġlud tal-annimali, li toqtol u tiekol minnhom u b’hekk kollha huma materjali li bihom tagħmel xi ħaġa.

Għal din l-intervista, il-KullĦadd tkellmet ma’ Francesco Sultana, restawratur u li fil-ħin tiegħu għandu l-passatemp tal-istrumenti tradizzjonali Maltin. Minn Charles B. Spiteri

wkoll li sibna xi sejbiet preistoriċi ta’ xi flawti maħdumin mill-għadam. Jiġifieri l-bniedem minn dejjem sab xi ħaġa x’jivvinta mill-affarijiet li jkollu madwaru. U jekk immorru lura 400 sena ilu, f ’Malta kien hawn dawn il-komunitajiet, li bl-affarijiet li kellhom kienu joħolqu dawn l-istrumenti. Iżda kemm nistgħu ngħidu li dawn l-istrumenti primittivi huma Maltin?

Il-fifra Maltija m’hemm xejn x’jagħmilha Maltija. Tara flawt ieħor tat-Tuneżija jew ta’ Sqallija jew tal-Greċja, għandhom l-istess tip ta’ teknoloġija u m’hemmx qies fiss. Jiġifieri jekk int, dak il-ħin, idejk tawk biex tagħmel wieħed ta’ tliet pulzieri flok ta’ sitta, tagħmlu, għax biex tgħaddi l-ħin. Iddoqq ftit bih u tarmih. L-oġġett jieħu t-timbru li hu Malti meta jiġġedded fis-snin Temmen li din it-tip ta’ tal-użu tiegħu u jsir parti millmużika tradizzjonali ġiet wirt kulturali, ngħidu aħna b’kumbinazzjoni? li tindaqq f ’ċelebrazzjonijiet reliġjużi bħal fil-purċissWaħda mill-affarijiet l-aktar joni tal-Ġimgħa l-Kbira jew normali li jintefgħu jagħmlu fil-Karnival. n-nies meta jkollhom il-ħin liberu hi l-mużika. Naħsbu Iż-żaqq hi bagpipe, iżda

għaliex ngħidulha żaqq? Ma fihiex stonku jew żaqq tal-annimal. Probabbli, ngħidulha żaqq, mis-Semitiku għax xi darba l-‘q’ kienet ‘k’ fil-Malti. Issa Zakk bil-Għarbi hi borraccia bit-Taljan; dak il-flixkun talġild għall-ilma, li tixrob minnu meta tkun fid-deżert u jaqbdek l-għatx. Jiġifieri naraw ir-rabta bejn dan il-flixkun u ż-żaqq, għax it-tnejn fihom il-ġild. Jiġifieri hemm ċans li l-isem ġej mis-Semitiku, għax tfisser il-ġild tal-ilma. Issa bl-istess mod, f ’bagpipe għandek ilbag (il-ġild) u n-nofs l-ieħor il-pipe (li hu l-istrument). Bil-Malti l-istrument għandu l-isem ta’ saqqafa, li tkun magħmula mill-qasab u din tiddaħħal fil-ġild. Jintuża għall-arja flok għall-ilma u l-arja tkun għaddejja l-ħin kollu fl-istrument. Dawn ittliet strumenti tan-nifs biex insemmu lilhom, huma primittivi immens. Qed ngħidu li ġew minn komunitajiet oħra minn madwar il-Mediterran iżda t-teknoloġija ta’ din it-tip ta’ bagpipe jew aħjar ċirimella bil-Malti u ciaramedda filqiegħ tal-Italja, ilha teżisti sa


13

09.09.2018

kullhadd.com

Probabbli, ngħidulha żaqq, mis-Semitiku għax xi darba l-‘q’ kienet ‘k’ fil-Malti. Issa Zakk bil-Għarbi hi borraccia bit-Taljan; dak il-flixkun tal-ġild għall-ilma, li tixrob minnu meta tkun fiddeżert u jaqbdek l-għatx. Jiġifieri naraw ir-rabta bejn dan il-flixkun u ż-żaqq, għax ittnejn fihom il-ġild minn żmien ir-Rumani. Minn dak iż-żmien naraw pitturi ta’ nies li daħħlu tnejn jew tliet strumenti f ’ħalqhom, biex idoqqu f ’salt, iżda kont trid tara kif tieħu n-nifs. Minn dak iż-żmien hemm ukoll ħjiel f ’xi dokumenti Rumani li dawn l-istrumenti kienu l-ewwel forom primittivi ta’ ċirimelli. Ovvjament, il-Griegi għandhom kultura eqdem minn tar-Rumani u din iċ-ċirimella Griega, li jgħidulha Tsambuna jew Askaulos hemm ċans illi tmur lura għal 2000 sena ilu. Kull pajjiż għandu ċirimella tiegħu iżda tagħna u tal-Griegi huma fost l-aktar għamliet antiki fid-dinja. Dawn kienu jintużaw f ’kull tip ta’ ċelebrazzjoni soċjali li tista’ timmaġina, minn tiġijiet sa purċissjonijiet. Allura ċ-ċirimella nistgħu ngħidu li kienet l-ewwel strument tal-banda? Forsi aktar milli banda kien jindaqq waħdu jew ma’ xi tanbur, mhux banda kif nafuha aħna. F’ċerti pajjiżi, li ddeċidew jinvestu iktar f ’din it-teknoloġija, dan l-istrument mexa ’l quddiem. U kull meta nsemmu bagpipes, kulħadd jaħseb fl-Iskozja. Għax huma mxew tant li għandhom żewġ tipi ta’ ċirimelli: il-Highland u l-Iscottish bagpipe. Infatti l-Iscottish bagpipe hi kemxejn aktar primittiva mill-Highland. Dawn tal-aħħar, huma dawk li naraw fit-tiġijiet u li jdoqqu l-iscouts u dan għax huma l-aktar ċirimelli evoluti fid-dinja. Xi darba, il-bagpipes kollha kienu bħal tagħna, għax tagħna hi waħda mill-aktar primittivi fid-dinja kollha. Iżda meta ngħidu tagħna, insibuhom xi mkien dawn? Ma nsibuhomx, għax f ’pajjiżi bħal tagħna, kienu jintużaw mir-raħħala biss. Meta kien ikun hemm xi raħħal bravu, kien jiżviluppa l-istrument biex iżommu aġġornat

maż-żminijiet. Fl-1700 kienu diġà bdew deħlin il-vjolini, il-mandolini u l-kitarri. Dawn kienu intunati, setgħu jiktbulhom il-karti u jagħmlu sinfoniji kbar bihom, jinstemgħu sbieħ ħafna; u int għandek strument primittiv li kważi lanqas biss tista’ tużah imkien u jekk tkun imdorri tisma’ din it-tip ta’ mużika Klassika tibda tgħid kemm hu bla sens u allura ħadd ma jmur għall-antik. Mela tkun ġa bdejt it-triq għall-mewt. Fl-Ewropa, biex strument primittiv bħal dan iżommuh ħaj, irid ikollu modifiċi, biex tista’ ddoqqu ma’ xi kitarri. Ma ninsewx li l-qasab, fir-riħ isfel daqqa jdoqq mod u riħ fuq daqqa ma jdoqqx u tkun trid toqgħod issaħħnu biex idoqq sew. Għax bl-umdità u t-temperatura, il-qasab jiċċaqlaq. Għall-ħabta tal-1900 f ’Malta daħlet il-kitarra, bħall-organett u kulħadd beda jara lil dawn sbieħ u l-mużika tradizzjonali bħall-għana, bdiet issir bihom. Iżda dawn ma kinux il-mużika tradizzjonali li tmur għall-antik. Probabbli dik ftit nies jafu x’kienet. M’hemm xejn miktub. Kulma hemm tnaqqix u pitturi tad-daqqaq taż-żaqq; dejjem idoqq mat-tanbur. Kultant tissemma’ xi flejguta fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, jew iż-żummara li kienu jaħdmu t-tfal, iżda ma kienet impittra qatt. Sfortunatament, kull min jitla’ f ’komunità fejn jintużaw il-kitarrri u l-organett, imur għalihom peress li ħadd ma ddeċieda li dan l-istrument immexxih ’il quddiem. Ara l-Highland bagpipes għandek xi sitt strumenti jdoqqu f ’salt minn basket wieħed. Tagħna m’għandux. Jiġifieri mażżmien l-Iskoċċiżi bdew iżidu mal-istrument.

għajk minn fuq naħa, kif wkoll ieħor fuq in-naħa l-oħra li qed idoqq fl-isfond. Aħna ngħidulu d-dewwiema, li żżomm ilħoss għaddej l-istess u ddoqq fuqu. L-istrument primittiv tagħna, baqa’ fl-istat tiegħu. Jiġifieri l-ħasra li ħadd ma investa fih u mexxieh, għenet. Fl-1970-80 kont issib ftit nies xjuħ li kienu għadhom kapaċi jagħmlu ċirimella u jdoqquha, iżda rari kienet tintuża. Bniedem biss kien għadu jaf kif issir, Toni Cachia il-Ħammarun min-Naxxar. L-oħrajn kienu xjaħu aktar u ftit baqgħu jiftakru x’kienu jdoqqu.

idoqqu. Illum, l-affarijiet trid titgħallimhom waħdek, għax ma fadal ħadd. U terġa’ dan Toni għamel ħajtu jdoqq l-istess melodija, għax għalih dik kienet biżżejjed. Missier Toni kien idoqq iż-żaqq ukoll u probabbli kien wiritha. Naturalment, maż-żmien ħadd ma ried ikompli jagħmilha, għax trid toqtol l-annimal, iddum ferm biex taħdem l-istrument, tikkonza l-ġilda bil-ġir u bilmelħ biex tippriservaha sew. U forsi mhux kulħadd kien lest għal dan kollu.

Allura kif inġabret l-informazzjoni?

Proċess twil. Tradizzjonalment il-qasab jinħasad f ’Jannar u Frar. Biex jinxef għandek sena u nofs u biex jissammam jieħu tlieta sa erba’ snin. Jekk ikollok il-qasab ġa niexef, għandek bżonn ix-xema’ tan-naħal, biex tgħaqqad l-affarijiet tas-saqqafa flimkien, il-qrejjen u l-gidi ħaj. Iżżaqq tagħna hi l-unika waħda fid-dinja li tinħadem bl-annimal sħiħ. Jiġifieri ma kinux joqtluh biex jieħdu l-ġilda. Kienu jħanxrulu għonqu, jaqtgħulu rasu u jinstelaħ minn ġo għonqu, bl-għadam u l-intern kollu jrid joħroġ minn hemm. Hu proċess twil ta’ xi erba’ sigħat. Wara tikkonza l-ġilda, li tieħu mill-inqas xahrejn biex tisterelizzaha u dejjem jekk ma lqatthiex bil-mus u taqqabtha. Fl-aħħar mill-aħħar, trid tagħlaq it-toqob li jkollu. Kien jintuża annimal raġel, għax għandu inqas toqob. Kull fejn ikun hemm toqba trid tinħiet u tingħata x-xema’ biex ma toħroġx arja. Anki d-dwiefer tal-erba’ saqajn jinqalgħu u tiddaħħlilhom qasba biex tibqa’ l-forma tas-sieq. Tlieta minnhom jingħalqu għalkollox u jsirulhom xi żigarelli jew ġmiemen biex jgħattu t-tiswija. Ir-raba’ sieq titħalla miftuħa biex tonfoħ fiha għal ġos-saqqafa li ddoqq. Jiġifieri jekk tgħaġġel, għandek xhur

Fis-snin 70 kien hawn l-istudjużi Karl Partridge u Frank Jeal, li meta skoprew l-istrument tant għoġobhom li intervistawh u ħeġġewh joħolqilhom wieħed. Marru b’dan għand ix-xjuħ li kienu jdoqqu u rrekordjawhom, iżda jew idejhom ma kinux jagħtuhom jew l-istrument ma kienx perfett. U forsi dawn ir-recordings huma l-aħħar ħjiel li fadal ta’ x’kienet il-mużika tradizzjonali rurali biż-żaqq.... grazzi għall-barranin. Imbagħad nies bħall-folklorista Ġużi Gatt u Ruben Żahra, li l-aktar li jdoqq iż-żaqq, irnexxielhom isalvaw l-aħħar naqra li kien għad fadal, sakemm dan ix-xiħ, Toni Cachia, il-Ħammarun, miet xi 12-il sena ilu. Kien l-aħħar piper f ’Malta, li kien jaħdimhom ukoll. Kif beda jdoqq iż-żaqq Rueben?

Rueben hu mużiċist u jħobb il-folklor. Meta ltaqa’ ma’ Toni u l-istrument, interessa ruħu bħalma għamilt jien u beda jipprova jara kif Jiġifieri ż-żaqq mhux jinħadem. Kien jgħin ukoll noti biss? lil Toni Cachia biex jaħdmu Ikollok in-noti li ddoqq b’sub- wieħed flimkien u tgħallem

U biex tagħmel żaqq, it-teknika tieħu ħafna?

biex tagħmel żaqq. Jiġifieri ż-żaqq hu l-iktar strument li fih xogħol? U trid tibqa’ tieħu ħsiebu? Iva u l-materjali huma kalamita għall-insetti, l-aktar jekk tħalli l-ġild niedi barra. Naf b’wieħed li l-ġild dewwidlu. Jien inħalliha dejjem fl-istess kaxxa b’naqra silica gel biex tixrob l-umdu u nitfa’ l-boċċi tal-kamla. Iżda llum għalxejn tagħmel żaqq meta ssib dawn l-istrumenti kollha? Vallapena, għax issa saret parti mill-wirt kulturali tagħna, għax kulma hi fossila li b’xi mod salvat. U jien qed nipprova nżommha ħajja. Iżda nixtieq niżviluppaha wkoll, biex jekk ikolli naħdem minnhom għal ħaddieħor, innaqqas ftit milluġigħ ta’ ras li jġib miegħu dan l-istrument. Illum tara li jkun hawn żgħażagħ idoqqu dan l-istrument? Jew postu għandu jkun f ’Mużew? Ma hawn ħadd. Kulma fadal il-Jackson, li għandu l-folk group biż-żaqq, Rueben Żahra bil-kompożizzjonijiet tiegħu u wieħed Pietru Pawl Farruġia, li jarma d-Dwejra Għawdex joqgħod idoqq lit-turisti. Il-Jackson jgħallem ukoll fl-Iskola tal-Mużika, għax missieru kien idoqqhom ukoll, iżda l-istess; dan għandu ż-żmien. Irnexxielu jiltaqa’ ma’ Toni Cachia u wiret mingħandu l-għarfien. Jien, lil Cachia ma lħaqtux ħaj. Issa li għandi l-istrumenti, nixtieq nivvinta d-diski, iżda ma nistax insib xi ħaġa tradizzjonali, għax m’għandna xejn. Ir-recordings tas-Sebgħinijiet ta’ dawk ix-xjuħ idoqqu ż-żaqq, ma tantx hemm melodija fihom. Ir-raħħala ma kinux jagħtu kas ta’ dan. L-importanti li jduru t-toroq u n-nies jagħtuhom xi flus.


14

09.09.2018

kullhadd.com

Għalkemm jidher kollox ilellex, hemm affarijiet li mhumiex daqshekk sbieħ jew jaf ikollhom realtà kompletament differenti minn dak li wieħed jara. Biex tirnexxi, trid tagħmel moħħok hemm u taħdem sa ma tasal fejn verament tixtieq

Meta rbaħt L-Għanja tal-Poplu ħassejt ferħ kbir – ferħ li ma nistax niddeskrivih. Kont kuntenta immens li rnexxieli nikseb l-ewwel post b’kanzunetta ferm għal qalbi li ntlaqtet tajjeb ħafna mal-pubbliku - kemm il-messaġġ tal-kanzunetta kif ukoll l-istil

PASSI AW LEJN DA

Michela Galea - tfajla ta’ 21 sena mill-Imġarr. G kbira lejn id-drama u lejn il-mużika, fejn reċen determinat u ta’ qalb tajba. Hija magħrufa uko X’ħassejt meta nhar is-Sibt 1 ta’ Settembru rbaħt il-konkors L-Għanja tal-Poplu?

X’emozzjoni konkors Mis

Meta rbaħt L-Għanja tal-Poplu ħassejt ferħ kbir – ferħ li ma nistax niddeskrivih. Kont kuntenta immens li rnexxieli nikseb l-ewwel post b’kanzunetta ferm għal qalbi li ntlaqtet tajjeb ħafna mal-pubbliku - kemm il-messaġġ tal-kanzunetta kif ukoll l-istil.

Ħafna emozz mmaturajt. K speċjalment m World, irnexx jenza li laqqgħ ja b’kultura, tw

X’messaġġ kellha d-diska? Il-qawl Malti jgħid: “Mhux Kulma Jleqq Hu Deheb,” u din il-kanzunetta titkellem proprju fuq dan. F’din id-diska, kantajt dwar il-fatt li għalkemm f ’din ix-xena kollox jidher sabiħ u perfett, hemm ħafna xogħol u sagrifiċċju. Għalkemm jidher kollox ilellex, hemm affarijiet li mhumiex daqshekk sbieħ jew jaf ikollhom realtà kompletament differenti minn dak li wieħed jara. Id-diska tenfasizza wkoll li biex tirnexxi, trid tagħmel moħħok hemm u taħdem sa ma tasal fejn verament tixtieq. Ħa mmorru ftit lura meta int irbaħt il-konkors Miss World Malta. X’kien dak il-fattur ewlieni li nstigak u xprunak biex tieħu sehem f ’Miss World Malta?

Irrakkontaln

Fis-sajf inkun tal-mużika u t Fix-xitwa jko tal-mużika u t

Kif tqatta’ l-

Ngħaddih ma versi serje tele favoriti tiegħi

X’inhuma l-i

Kienet esperjenza li vera ġiet bla ħsieb. Ix-xena tal-immudellar minn dejjem kienet togħġobni u kien hemm diversi nies li ħajruni nieħu sehem f ’xi kuntest tal-immudellar u għalhekk tħajjart nieħu sehem f ’Miss World Malta.

Meta titla’ fuq ma’ nies diffe

Qatt kont tistenna li tirbaħ dan il-konkors?

Ommi.

Lanqas f ’mitt sena ma kont qed nistenna li nirbaħ. Kienet l-ewwel darba li ħadt sehem f ’konkors tal-immudellar u l-ewwel darba li qatt immudellajt f ’ħajti allura qatt ma kont nistenna li se nasal biex nirbħu.

Wieħed jitwi

Min huwa l-i

Nemmen illi b iżda nemmen


15

09.09.2018

kullhadd.com

WTOMATIĊI AK LI TĦOBB

Għadha kif temmet kors fl-Università ta’ Malta, fejn f’Novembru li ġej se tkun qed tiggradwa b’Baċellerat tal-Arti fl-Istudji Teatrali. Michela għandha passjoni ntement rebħet il-konkors lokali L-Għanja tal-Poplu. Fil-fatt hija studjat iż-żewġ dixxiplini b’mod professjonali. Michela għandha karattru umli, dħuli, altruwist, oll fix-xena tal-immudellar wara li rrappreżentat lil Malta f’Miss World u ħarġet bl-unur ta’ Miss World Talent.

i ħassejt meta rrappreżentajt lil Malta filss World?

zjonijiet differenti, esperjenza li biha kbirt u ien ta’ unur kbir għalija li rrappreżentajt lil pajjiżi meta għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta f ’Miss xieli nirbaħ it-titlu ta’ Miss World Talent. Esperħatni ma’ kontestanti mill-pajjiżi madwar id-dinwemmin, tradizzjonijiet u lingwi differenti.

na ġurnata tipika tiegħek.

n bil-vaganzi iżda jkolli diversi impenji fil-qasam tad-drama. olli x-xogħol filgħodu u diversi impenji filgħaxija tad-drama.

-ħin liberu tiegħek?

al-aktar persuni għeżież f ’ħajti. Inħobb nara dieviżivi kif ukoll nisma’ u nsegwi ħafna l-kantanti i għax inħoss li nitgħallem ħafna.

isbaħ affarijiet fl-immudellar u fil-kant?

q il-palk, tferraħ u tagħti pjaċir lin-nies, li tiltaqa’ erenti u tagħmel ħbieb ġodda.

ispirazzjoni jew ir-role model tiegħek?

ieled jew isir mudell jew kantant?

b’mod akkademiku tista’ ssir kantant jew mudell, n li artist jitwieled mhux isir.

Minn fejn bdiet il-ħolma li tibda timmudella u tkanta u min kien jew kienu dawk il-persuni li nkoraġġewk tidħol għal dawn it-tliet oqsma?

Huwa kemm tkun sabiħa l-figura li jagħmlu l-bniedem komplut jew hemm xi karatteristiċi oħra li jagħmlu l-bniedem komplut b’mod ħolistiku?

L-avventura tal-immudellar bdiet grazzi għal Sue Rossi, li hija d-direttriċi ta’ Modelle International u m’għandix kliem biżżejjed biex nirringrazzjaha tal-esperjenza indimentikabbli u eċċezzjonali li ksibt. Rigward il-kant jien ġejja minn familja mużikali allura kienet awtomatika l-passjoni kbira li għandi lejn il-mużika u li wrejt miċ-ċkunija tiegħi. Ma jonqosx li l-ġenituri għenuni biex nieħu t-tagħlim meħtieġ fid-dixxiplini tal-arti mużikali.

Il-bniedem komplut mhux magħmul biss mill-apparenza iżda mill-valuri tajba, mill-personalità u minn karattru sabiħ.

X’kienu l-preparamenti tiegħek għal L-Għanja talPoplu u xi kemm domt tipprepara għalih?

Kif għidt qabel persuna tkun kompluta billi tħaddan karatteristiċi pożittivi. Illum il-ġurnata jeżistu kuntesti u opportunitajiet għal nies li huma ftit qawwijin fil-piż. Jiena nemmen li m’għandhom xejn inqas min-nies li għandhom figura iżgħar minn tagħhom.

Diversi lezzjonijiet mal-għalliema vokali tiegħi, Pamela Bezzina, kif ukoll mal-backing vocals li akkumpanjawni fis-serata finali. Kien hemm ukoll preparamenti rigward id-dehra tiegħi – l-ilbies, ix-xagħar, u l-irtokk. Ma jistax jonqos ir-rehearsals mal-Malta Concert Orchestra kif ukoll diskussjonijiet mal-awtur, mal-kompożitur u mal-manager. Il-preperamenti bdew immedjatament wara li sirt naf li għaddejt għall-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu. Xi tħoss f ’dak il-ħin li titla’ fuq il-palk kemm biex tkanta u anki biex timmudella meta taf li kollox iħoll u jorbot fuq dawk il-ftit minuti? L-eċitament dejjem ikun hemm iżda nemmen li dan l-eċitament huwa tajjeb għal qabel titla’ fuq il-palk. Jien naf kemm inkun ħdimt biex nagħti prestazzjoni tajba allura ngħid lili nnifsi li issa ċ-ċans li nagħmel l-almu tiegħi, u nagħti show tajjeb.

Temmen li persuna sabiħa għandha x’toffri aktar mill-figura u x’taħseb dwar aktar ċans biex mudelli li forsi huma xi ftit qawwijin fil-piż jagħmlu kuraġġ biex xorta jressqu quddiem il-ġurija l-karatteristiċi distintivi tagħhom?

Kif tarak minn hawn u ħames snin oħra? Nixtieq ovvjament inkompli nikber fil-qasam tal-mużika, l-immuddellar u r-reċtar. Nixtieq li kull xogħol li jkolli nagħmlu b’imħabba u b’dedikazzjoni assoluta fejn nittrasmetti enerġija pożittiva u nkun ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor. Għaddi messaġġ ta’ tama lil kull min qed jaqra l-intervista biex bħalek ipoġġi t-talenti tiegħu fid-dieher. Qatt taqtgħu qalbkom, dejjem aħdmu għal dak li verament tixtiequ, emmnu fikom infuskom fix-xewqat u fil-ħolm tagħkom u bit-talent tagħkom tistgħu tferrħu, tagħtu pjaċir u tispiraw lil ħaddieħor!


16

09.09.2018

kullhadd.com

SUĊĊESS FIS-SKIET George Vella - atleta li huwa nieqes mis-smigħ iżda minkejja din id-diffikultà xorta baqa’ javvanza fil-ħajja u fil-karriera sportiva. F’din l-intervista jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu u l-problemi li jiltaqgħu magħhom nies bħalu. Tispjegali ftit dwarek? Għandi 37 sena u naħdem bħala Draughtsman Inspector mal-Awtorità tad-Djar. Twelidt nieqes mis-smigħ u kont immur fi skola mainstream ma’ tfal li jisimgħu. L-iskola kont insib problemi biex nikkomunika u nifhem peress li ma kellniex interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Imma qatt ma qtajt qalbi, komplejt nistudja u fl-2001 bdejt naħdem, u eżatt dak il-ħin beda s-servizz tal-interpreti. Fl2008 erġajt ippruvajt inkompli nistudja fl-Università u għaddejt mill-kors tal-Arkitettura Barokka bis-saħħa tal-interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Soċjalment, kultant ikolli problemi biex nikkomunika man-

nies, għax drajt naqra x-xufftejn tan-nies biex nifhem lill-oħrajn. Fl-istess ħin, nipprova nitkellem man-nies biex ma ninqatax waħdi. Ikolli nagħmel sforz biex nidħol f ’konverżazzjoni man-nies waqt il-komunikazzjoni bla ma nindaħal iżżejjed. Kif bdejt tipprattika l-isport u kif irnexxielek tkun aċċessibbli mal-oħrajn? Ta’ 16-il sena, bis-saħħa ta` sieħbi Karl Borg, li huwa s-Segretarju tad-Deaf Sports Association Malta, ippruvajt ninvolvi ruħi fit-tim tal-waterpolo tal-Exiles U/17. L-ewwel sajf ta’ taħriġ ma’ dan it-tim kien vera diffiċli għaliex jinvolvi komunikazzjoni iktar teknika mal-plejers l-oħrajn u mal-kowċ, li kien barrani.

Għalhekk, biex naqra x-xufftejn ta’ kulħadd kienet delikata għax ma nafhomx sew, u ġieli kienu jitkellmu bl-Ingliż, u jien drajt naqra bil-lingwa Maltija speċjalment waqt it-taħriġ u anke waqt il-logħob. Sadanittant, xorta pparteċipajt fil-logħob lokali imma biż-żmien ħassejtni nista’ nagħmel sfidi akbar. Kif żviluppajt il-karriera tal-atletika bis-serjetà s’issa? Sa mis-sajf ta’ ftit snin ilu, intfajt niġġoggja matul il-kosta ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan. Wara sentejn, bdejt inħossni aħjar fit-tlielaq tat-toroq, u ħassejtni li nista’ nipparteċipa aħjar fl-atletika fit-trakka. Kelli taħriġ intensiv ma’ kowċis differenti li huma Donato Sabia u Ralph Mifsud. Hemmhekk il-livell tiegħi fil-ġiri għola sew. Biż-żmien bdejt nidra l-komunità tal-ġiri lokali minkejja l-ostakli li kelli fil-komunikazzjoni sakemm nidhra ma’ nies ġodda. Dak iż-żmien fl-atletika, kont ninżel fit-trakka xi tlieta jew erba’ darbiet filġimgħa apparti mill-ġiri leġġer fit-toroq. Għalhekk, ġieli rbaħt tlielaq lokali fl-atletika, speċjalment fit-800m, fejn għamilt ħin personali taħt iż-żewġ minuti: 1:57.10 lura fl-2003. Imma qlibt għat-Triathlon mill-2005 sal-2012. Kif irnexxielek tipparteċipa fi tliet sports f ’dixxiplina waħda? Fl-2005 ħassejt li ma kontx għadni iktar interessat fil-ġiri tal-atletika fit-trakka minħabba ċerti ċirkustanzi u għal raġunijiet differenti, aħjar ma nispjegax għax qegħdin hawn Malta! Tħajjart ngħum u bdejt naqdef fuq ir-rota u bdejt nittrenja ma’ ħabib triathlete wkoll. Minn hemm bdejt it-Triathlon u pparteċipajt f ’avvenimenti differenti tat-Triathlon li jvarjaw minn Sprint Triathlon sa Ironman. Darba għamilt l-Ironman fl-Awstrija (dan l-avveniment jikkonsisti fi 3.8km għawn, 180km rota u maratona ta’ 42.2km) fl-2009 f ’10 sigħat u 42 minuta! Ġieli spiċċajt mal-ewwel ħamsa fi tlielaq differenti lokali u darba biss irrappreżentajt lil Malta filLogħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl2011 f ’Ċipru. Kelli xi podium finishes speċjalment fil-Middle Long Distances Ironman li saru f ’Birżebbuġa, f ’Malta bejn l-2009 u l-2011. Però, kelli iktar commitments minħabba li hemm tliet dixxiplini differenti f ’dan l-isport tat-Triathlon, inkluż sigħat rota fit-to-

roq Maltin (minkejja l-perikli li hawn u jkolli noqgħod ferm attent għall-karozzi għaddejjin minn maġenbi) u anke għawm (kultant filgħodu qabel nidħol għax-xogħol). B’mod ġenerali drajt sew il-komunità lokali Maltija tat-Triathlon minkejja l-ostakli li kelli fil-komunikazzjoni sakemm nidhra man-nies ġodda differenti u naqra x-xufftejn tan-nies biex inkun nista’ nsegwi sew. Irrid nipprova nitkellem mannies biex ma ninqatax waħdi. Ikolli nagħmel sforz biex nidħol fil-grupp imma ġieli jirnexxili u ġieli le. Issa erġajt qlibt lura għall-ġiri fit-tul. Agħtina iktar dettalji.

Kienet is-sena 2015, u ħassejt li ma stajtx inkompli nipprattika t-Triathlon minħabba ċ-ċikliżmu għax kien diffiċli. Imbagħad mort ma’ kowċ ieħor David Galea, li hu National Record holder tal-Ironman, u minn hemm bqajt nipprattika l-ġiri fit-tul peress li kont kapaċi niġri f ’dawn id-distanzi twal li huma l-favoriti tiegħi u għadhom s’issa. Kburi li għadni fit-tim tiegħu kif ukoll huwa l-kowċ li qed imexxini b’mod għaqli fl-isport u fil-komunikazzjoni u bdejt immur aħjar fit-tlielaq tal-ġiri fit-tul. Bis-saħħa tiegħu, ġejt it-tieni fil-maratona tal-ewwel edizzjoni tad-Deaf European Marathon Championships wara xahar miegħu biss. S’issa għadni


17

09.09.2018

kullhadd.com

ntejjeb f ’dan il-qasam tal-isport u ma jiddispjaċinix avolja nimmissja t-Triathlon. Kemm-il darba pparteċipajt fid-Deaflympics u kif rnexxielek tagħmel dan? S’issa pparteċipajt erba’ darbiet: Ruma fl-Italja fl-2001, Taipei f ’Taiwan fl-2009, Sofia fil-Bulgarija fl-2013 u Samsun fit-Turkija fis-sajf li għadda. Ovvjament, hemm qualifying standard sabiex tikkwalifika u ttellaq mal-atleti barranin li ma jisimgħux bħali u nħossni kburi daqshom speċjalment meta tirrappreżenta lil pajjiż żgħir bħal Malta f ’avvenimenti kbar b’responsabbiltajiet kbar. Il-livell ta’ kwalifikazzjoni huwa kważi bħal-livell tan-nazzjonal Malti, skont liema sport. Sadanittant, biex tkun membru tad-Deaf Sports Malta trid tkun membru ta’ Deaflympics biex tkun f ’pożizzjoni tajba u konformi mar-regoli tagħhom. Però, normalment ikolli nħallas għall-ispejjeż jien għall-parteċipazzjoni minn qabel, la d-Deaf Sports Malta sfortunatament mhux rikonoxxut daqs l-Elite u l-Ispecial Olympics f ’dawn l-affarijiet finanzjarji. Imbagħad wara xhur, jew snin, inkun rrimborżat bis-saħħa tal-iskema ta’ SportMalta. Barra minn hekk, ipparteċipajt ukoll f ’avvenimenti oħrajn Ewropej u tal-World Deaf Championships. X’tikkummenta fuq meta rbaħt midalja fil-First Deaf European Championships li kienu saru fil-Polonja? Iva, wara li mort mal-kowċ David Galea, ittrenjajt sew u b’sorpriża ġejt it-tieni fil-First Deaf European Championships, fil-Polonja u baqgħet memorabbli s’issa għax ġibt unur lil Malta fuq quddiem. Fl-istess ħin tajt risposta lin-nies konċernati li atleti Maltin neqsin missmigħ huma ta’ importanza, għandhom ikunu rikonoxxuti u jgħinu lit-teamwork Malti waqt l-irwol tagħhom. Barra minn hekk, tajt risposta lin-nies li fixklu l-parteċipazzjoni tiegħi b’xi mod minħabba nuqqas ta’ smigħ, speċjalment fl-atletika fit-trakka, u allura

din il-midalja tibqa’ memorab- Normalment, bħal oqsma oħrabli għal għomri. jn, persuni neqsin mis-smigħ għandhom komunikazzjonijiIssa kif tħajjart et differenti. Hemm persuni li tikkowċja wkoll? ma jitkellmu xejn. Mhux tort tagħhom li ma jitkellmu xejn. M’ilux fl-2014 għamilt kors Forsi meta twieldu u kibru dak tal-Advanced Fitness & Exer- iż-żmien l-edukazzjoni kienet cises, bis-saħħa tal-interpreti f ’livell baxx jew ma kellhomx tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. servizz biex jitgħallmu jitkellImbagħad peress li għandi es- mu. Ħadd ma jagħżel li ma jitperjenza f ’dixxiplini differenti kellimx. Imbagħad hawn min sportivi, ħassejtni kapaċi nig- jaqra x-xufftejn u jitkellem. gwida atleti jittrenjaw u jip- Bħali, imma jien nuża l-lingwa parteċipaw fit-tlielaq fit-toroq tas-sinjali u nitkellem. Il-perlokali kif jixtiequ huma. Għal- suni neqsin mis-smigħ kapaċi hekk, iffurmajt Team Geor- jagħmlu kollox, minbarra li gierun u s’issa għandi xi 10 jisimgħu. atleti biex immexxihom skont it-targets individwali tagħhom. Allura persuni li mhumiex Issa bħal kull kowċ, il-ko- neqsin mis-smigħ munikazzjoni mal-atleti hija bilfors iridu jitgħallmu importanti ħafna. Qabel ma l-Lingwa tas-Sinjali biex nibda ma’ kull atleta, ovvja- jikkomunikaw ma’ persuni ment nispjegalhom dwar il- neqsin mis-smigħ meta mod kif nitkellmu u kif nist- jipparteċipaw fl-isport jew għu nibqgħu f ’kuntatt. Ħaġa oqsma oħrajn tal-ħajja? waħda biss ma nistax nagħmel: inwieġeb il-mowbajl. Allura, Meta tħares lejn persuna nil-iktar li nuża l-emails, texting eqsa mis-smigħ m’hemmx bil-Whatsapp, Facebook mes- għalfejn tħossok nervuż. Trid senger u oħrajn. Naf, tieħu ik- tħossok rilassat kemm jista’ tar fit-tul biex tinftiehem. Xor- jkun. Importanti li meta titkelta nippreferi jkolli kuntatt dirett lem iżżomm leħnek baxx għax mal-persuni konċernati. U oħra mhux se nisma’ billi tgħajjat u għax nuża l-lip reading u ji- b’hekk il-messaġġ jitwassal ċar. rnexxili nifhem kważi kollox. Trid titkellem normali biex il-persuna tkun tista’ tagħmel ilTista’ tispjegali kif persuni lip reading. Jekk il-persuna ma neqsin mis-smigħ jintegraw tifhimx nistgħu niktbu fuq karf ’osqma differenti bħalta. Il-persuna nieqsa mis-smigħ ma għamilt inti fil-qasam forsi tista’ tibda tuża xi ftit sportiv? tas-sinjali u tkun tista’ tinftie-

hem għal ċerti oġġetti. Dejjem Sfortunatament iva. Fis-sena 2008 kelli xi tellieqa tad-Duaħjar mix-xejn! athlon (ġiri/rota/ġiri) u kelli inċident meta kont qed insuq Inti President ukoll ta’ ir-rota, li jista’ jiġri lil kulħadd Deaf Sports Malta. Kif għax daħal fuqi xi pick-up qed tgħin atleti oħrajn fir-rotta tat-tellieqa minkejja li Maltin bħalek? kien hemm warden preżenti. Bħalissa, hawn ftit wisq bħala Imbagħad avolja ma kelli ebda atleti Maltin neqsin mis-smigħ: tort, spiċċajt sospiż temporanJien, hemm wieħed jipprattika jament u bla raġuni, għax jien l-hockey, waħda tilgħab il-fut- għandi nuqqas tas-smigħ u bol tan-nisa ma’ klabb u ieħor ħassejtni offiż ħafna. Minn hemmhekk keljipprattika l-Golf. Qed insegwihom sabiex ma jkollhomx li niġġieled għad-dritt tiegħi problemi fil-komunikazzjoni - dritt għall-parteċipazzjoni ħalli jevitaw misunderstand- ndaqs bħal ħaddiehor. Allura ings żejda waqt it-teamwork. kelli nuża l-Liġi OpportunitajiQed insegwihom bir-reqqa biex et Indaqs u fl-aħħar aċċettawni. ma jkollhomx diskriminazz- B’dispjaċir batejt psikoloġikajoni fl-isport ukoll minħab- ment għat-tlielaq ta’ wara, ba n-nuqqas ta’ aċċessibbiltà kif ukoll sirt naf nies ħbieb li fil-komunikazzjoni jew fl-atti- ppruvaw iwarrbuni mis-soċjetà sportiva. Għalhekk, tajjeb tudni minn nies oħra. Però ma ninsewx, illi persuni li l-atleti neqsin mis-smigħ neqsin mis-smigħ għandhom ikunu kuraġġużi u jkollhom komunikazzjonijiet differenti. sapport f ’dawn l-affarijiet. Hemm persuni li ma jitkellmu Issa nħossni kburi li għaddejt xejn. Mhux tort tagħhom li minnhom u tgħallimt. Fl-istess ma jitkellmu xejn. Forsi meta ħin, nappella bil-qawwa kollha twieldu u kibru dak iż-żmien biex jagħtuna ċans nuruhom l-edukazzjoni kienet f ’livell il-kapaċitajiet tagħna, speċjalbaxx jew ma kellhomx servizz ment f ’oqsma oħrajn tal-ħajja biex jitgħallmu jitkellmu. Ħadd soċjali. ma jagħżel li ma jitkellimx. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, xi Imbagħad hawn min jaqra pjanijiet għandek għall-futur? x-xufftejn u jitkellem. Il-per- L-avveniment tas-Second Eusuni neqsin mis-smigħ kapaċi ropean Deaf Championships li jagħmlu kollox, anke jaslu fl-is- ser isiru matul is-sena d-dieħla ports, minbarra li jisimgħu! fil-Ġermanja, għadu mniżżel fid-djarju tiegħi u nipprova Ġieli affrontajt xi każ niddefendi l-podju li ħadt flta’ diskriminazzjoni? 2015, avolja dan il-livell għola.


18

09.09.2018

kullhadd.com

FL-ITALJA GVERN TAL-ĠENN OLIVER

DE GAETANO

L-Italja pajjiż b’ħafna potenzjal, imma sfortunatament il-kwalità ta’ ċerti gvernijiet waqqgħu dan il-pajjiż lura u mhux mexxewh ’il quddiem. Id-defiċit tal-Italja llum ilaħħaq il-133% tal-Prodott Gross Domestiku. Minkejja dan, l-ekonomija Taljana hija kkunsidrata kbira biżżejjed biex il-mexxejja ta’ dan il-pajjiż ġar tagħna jpoġġu madwar l-istess mejda mal-pajjiżi l-oħra li jiffurmaw il-G7 (Grupp ta’ seba’ pajjiżi magħmul minn Franza, mill-Ġappun, mill-Ġermanja,

mill-Istati Uniti mill-Amerka, mill-Italja, mill-Kanada u mir-Renju Unit). Kien hemm żmien fis-sittinijiet li l-Italja esperjenzjat l-hekk imsejjaħ Miracolo Economico. Fissnin li ġew wara, l-affarijiet ma baqgħux sejrin tajjeb u dan ilpajjiż kbir esperjenza ħafna problemi finanzjarji. L-għeruq tal-inkwiet kienu ġejjin, fost raġunijiet oħra, mill-korruzzjoni tal-politiċi u persuni oħra fdati b’deċiżjonijiet f ’pożizzjonijiet għolja. Naħseb li lkoll smajtu bit-Tangentopoli u l-inizjattiva Mani Pulite. Dan l-eżerċizzju tmexxa fis-snin 90 mill-Maġistrat Antonio di Pietro. Jekk wieħed ifittex ftit fuq l-internet għandu jsib ħafna tagħrif dwar dak li ġara. B’riżultat sparixxew partiti politiċi, u numru ta’ politiċi u industrijalisti kkommettew suwiċidju wara li ġew esposti pubblikament.

F’dan il-każ il-logħba tal-kliem qed tkun iffukata fuq il-kelma ‘ġenn’. Fl-idjoma Maltija, meta jkun hemm xi ħaġa ‘tal-ġenn’ dan ifisser li tkun tajba ħafna. Madankollu, hemm sinifikat ieħor jekk wieħed iqis ix-xenarju preżenti fl-Italja mmexxija minn gvern populista...tasal taħseb li l-politika Taljana qed titmexxa minn grupp tfal tal-iskola. Huwa ġenn li min għandu f ’idejh it-tmexxija tal-pajjiż jipprova jilgħabha tal-bully, mhux biss f ’pajjiżu, iżda wkoll mal-pajjiżi ġirien. Tradizzjonalment Malta minn dejjem kellha relazzjonijiet mill-aqwa mal-Italja. Daħlu fit-tmexxija iċ-Cinque Stelle u l-Lega Nord u bdejna bl-istejjer. Malta sabet lill-Ministru tal-Intern, Matteo Salvini, jipprova jitfagħha ġo rokna wara li allega li mhux qed nonoraw l-obbligi tagħna fejn tidħol l-immigrazzjoni. Kull min isegwi l-aħbarijiet rego-

larment jaf kif wieġeb il-Prim Ministru Malti, u kif l-aġir tal-Italja kien mibni fuq ir-ramel. Il-ġenn fit-tmexxija ma jagħmel ġid lil ħadd u joħloq biss inkwiet. Fil-mira tal-gvern populista li qed ikaxkar l-Italja lejn l-abbissi tar-rovina rajna wkoll lill-Unjoni Ewropea. Wara li kkrolla l-Ponte Morandi f ’Ġenova ftit tal-ġimgħat ilu, l-ewwel reazzjoni tal-Gvern Taljan kienet attakk fuq l-Unjoni Ewropea. Il-protagonisti li għandhom f ’idejhom it-tmexxija tal-Italja jeħtiġilhom ibiddlu d-direzzjoni għaliex ma jistax ikun li b’dawn il-kummiedji jiffurmaw parti minn komunità internazzjonali ta’ pajjiżi. Aħna l-ewwel ma nagħmlu nsemmu l-Italja għaliex tinsab qrib tagħna u dak li jiġri fiha jista’ jkollu effett dirett fuq pajjiżna. It-tip ta’ gvern li twikkiet bih l-Italja huwa biss parti mill-isħaba sewda li għaddejja

minn fuq dan il-kontinent. Populisti ta’ dan it-tip fejn l-oġġettività ma teżistix fil-vokabolarju tagħhom qed jinbtu madwar l-Ewropa. Nies bħal Matteo Salvini qed jaġixxu b’mod inaċċettabli f ’soċjetà evoluta li jixirqilha aħjar. L-aħħar bomba faqqgħet bil-laqgħa li saret ġewwa Milan fit-28 ta’ Awwissu bejn Matteo Salvini u Viktor Orbán tal-Ungerija biex tkellmu dwar ambizzjonijiet komuni, u fuq kollox dwar l-għadu komuni fil-persuna tal-President Franċiż Emmanuel Macron. Din l-aħbar tperrċet waqt konferenza stampa konġunta. Dwar il-mod kif wieħed jaffaċċja l-immigrazzjoni u t-tqassim tal-immigranti bejn pajjiżi differenti, Malta fiċ-ċokon tagħha tat eżempju kif taħdem id-diplomazija bir-raġuni u mhux bit-theddid. Ir-riżultati li ksibna qegħdin hemm biex jarahom kulħadd.

IL-PESSIMIŻMU: SFIDA UMANA RODIANNE

HABER

Id-dipressjoni fiż-żgħażagħ timmanifesta ruħha f ’diversi forom, hekk kif kull persuna tesperjenza sintomi u esperjenzi differenti f ’relazzjoni mal-qagħda psikoloġika, soċjali u fiżika tagħha. Tispikka l-viżjoni pessimista lejn il-ħajja, bħal donnu l-eżistenza tal-persuna kkonċernata, mhi xejn għajr xi ħaġa insinifikanti. It-talenti u l-ambizzjonijiet tagħhom, fil-perspettiva tagħhom, ikunu sfaw mitfija fi ħdan il-ħajja li jkunu qed jgħixu. Huma bosta dawk il fatturi li jistgħu jwasslu għal din il-qagħda, tant li jeħtieġ li tiġi addottata ħarsa multidixxiplinarja fl-istudju tal-pazjent. Huwa diffiċli li tgħid fiċ-ċert xi jwassal biex l-individwu jħossu hekk, ġaladarba bosta drabi l-kawżi ikunu maqbudin u mħabblin ġo xulxin, waqt li l-każ ta’ kull pazjent huwa partikolari u individwali. F’sens wiesa’ r-riċerka turina li uħud mill-problemi jkunu ġejjin min-nuqqas ta’ twemmin filħiliet tal-persuna nnifsiha, xi trawma kerha, vizzji koroh, orjentazzjoni sesswali li ma tkunx milqugħa, ibbulljar, nuqqas ta’ suċċess fl-edukazzjoni u gruppi etniċi fost ħafna oħrajn. Hi x’inhi l-kawża nistgħu ngħidu

fiċ-ċert li d-dipressjoni taffettwa l-ħajja taż-żagħżugħ minn kull angolu! Id-dipressjoni tinqasam f ’bosta oqsma, l-aktar komuni maż-żgħażagħ huma l-kundizzjonijiet imsejħa bipolar flimkien mad-dipressjoni qawwija. Nies bipolar jiġu effettwati b’mod drastiku fil-funzjoni ta’ kuljum. Tibdil immedjat fl-emozzjoni tal-persuna li tinterferixxi mal-edukazzjoni u l-ħbiberija filwaqt li d-dipressjoni qawwija, li hija forma serja ta’ dipressjoni, twassal għal dwejjaq persistenti, ħsibijiet koroh bħal dawk ta’ suwiċidju, nuqqas ta’ interess f ’attivitajiet, uġigħ fiżiku u sintomi li jiddeterminaw il-ħajja tal-individwu. Trid tiġi kkunsidrata wkoll l-età li qed nitkellmu fuqha, iż-żmien tal-adolexxenza u ż-żgħożija. Perjodu fejn il-ġuvintur/tfajliet ikunu għaddejjin minn bidliet drastiċi, mumenti ta’ konfużjoni hekk kif huma bbumbardjati b’messaġġi kunfliġġenti bejn dak li jgħidulhom il-ġenituri, il-ħbieb u s-soċjetà li jistgħu joħolqulhom pressjoni żejda, li twassalhom biex ikabbru n-natura tal-affarijiet jew jaqtgħu qalbhom malajr. Meta xi ħaġa tmur kif mhux mistenni jesperjenzaw diżappunt kbir, tant li jibdew jgħidu li l-ħajja mhix ġusta. Minħabba li jsiru iktar konxji ta’ ċertu mard li jista’ jittieħed bejn il-persuni, isawru fihom element ta’ biża’ li jekk ma jkunx ikkontrollat sew jista’ jaffettwa s-saħħa taż-żagħżugħ. Distinzjoni trid issir bejn it-tifsir li jġorru l-kelmiet dwejjaq u dipressjoni. Id-

dwejjaq jiġi u jmur, aspett normali fil-ħajja ta’ kull uman li jgħaddi minn mumenti ebsin. Id-Dipressjoni kif issostni J.K Rowling hija l-assenza tat-tama, triq li ma twassal għal imkien. Id-dipressjoni hija differenti. Għaldaqstant ma naqgħux fin-nassa li kull meta naffrontaw sitwazzjoni diffiċli u nħossuna mtaqqlin, nibdew nibżgħu li għandna d-dipressjoni għax ma jkun hemm xejn għajr il-biża’ nnifisha, id-dipressjoni titlob ħafna aktar minn hekk. L-esperjenza tiegħi bħala guidance teacher, serviet biex tlaqqagħni ma’ żgħażagħ li jkunu għaddejjin minn kundizzjonijiet bħal dawn, fejn minn dejjem pruvajt inkun ta’ widna għall-ħsibijiet u s-sentimenti tagħhom, għaliex ħafna drabi kulma jkunu jeħtiegu hija kemxejn attenzjoni sabiex iħossu li hemm xi ħadd li lest li jifhimhom. Nistqarr magħkom li mhux kull każ kien faċli hekk kif xi kultant l-enerġija u d-determinazzjoni li jkolli fil-bidu ta’ meta nibda nsegwi dik il-persuna, titnaqqas hekk kif nibda nara li d-dipressjoni qiegħda tirkeb bis-sħiħ lill-persuna kkonċernata, madanakollu, minn dejjem għamilt l-almu tiegħi sabiex minn dak kollu li studjajt u minn dak li esperjenzajt inkun nista’ nagħti l-impenn tiegħi f ’sens totali. L-appell tiegħi għalikom il-qarrejja, huwa sabiex naddottaw attitudni ta’ inklużjoni u mhux waħda li tifred u tfannad. Nieqfu nużaw terminoloġiji fil-lingwaġġ tagħna, li joħolqu kategoriji u diviżjonijiet bejn in-nies, bejn

dawk li jitqiesu nies normali u dawk li mhumiex normali, sempliċiment għaliex huma differenti minn dak li huwa mistenni mill-attitudni konvenzjonali. Ejjew nistudjaw lil dawn il persuni mhux biss f ’termini mediċi iżda wkoll fir-rispett soċjali. Dan jimplika li l-persuna għaddejja mid-dipressjoni, m’għandhiex tkun analizzata biss mill-kamp mediku li jħares lejn il-kundizzjoni tagħha f ’termini mediċi, iżda wkoll f ’termini soċjali, fejn il-mod ta’ kif inhi strutturata s-soċjetà u l-mentalità tal-poplu potenzjalment tista’ timpedixxi l-iżvilupp tal-persuna li tkun għaddejja minn din l-esperjenza. Jekk jirnexxielna naddottaw din l-attitudni, ma nibqgħux inħarsu biss lejn id-dipressjoni bħala problema tal-individwu, iżda possibbilment anke bħala riżultat tal-attitudni tagħna li tista’ tiddiskrimina. Nuqqas ta’ mogħdrija u għarfien lejn din l-qagħda tista’ twassal biex il-persuna issib ruħha f ’qagħdiet ferm aktar dipressanti hekk kif is-sitwazzjoni tkompli dieħla aktar fil-vixxri, tkabbar għeruq aktar degradanti. Ir-riċerka turi li mal-mewt ta’ Robin Williams, żdiedet b’rata mgħaġġla r-rata ta’ nies li jikkommettu suwċidju, raġuni minnhom tkun dik tad-dipressjoni. Ħafna min-nies jistaqsu kif la din setgħet isseħħ fuq persuna tant famuża u li kellha ħajja ferħana, wisq aktar hija alternattiva applikabbli għalihom ġaladarba ħajjithom hija anqas eċitanti, fil-fehma tagħhom. Huwa importanti li

wieħed jagħraf l-aspett sensazzjonali tal-midja soċjali, u l-informazzjoni parzjalment skorretta fil-konfront tal-mewta ta’ Williams, flimkien malfatt li kulħadd jgħaddi minn mumenti koroh f ’ħajtu, qabel ma jibda jqis li jtemm ħajtu. Statistika oħra tindika li sas-sena 2020 id-dipressjoni se tkun l-aktar marda komuni fil-Punent u tkun qed tikkawża problemi fis-soċjetà bħal nuqqas ta’ xogħol u problemi fil-familja, għaldaqstant ilkoll kemm aħna ser niggwadanjaw jekk flimkien ma’ nies li qed ibatu minn problemi ta’ saħħa mentali niġbdu ħabel wieħed. Ir-responsabbiltà tistrieħ ukoll fuq l-individwu nnifsu. Tajjeb li meta jħoss dawn is-sentimenti, ifittex l-għajnuna ta’ ħbieb vera u ta’ organizzazzjonijiet għal dan il-għan, minflok jieħu t-triq tal-iżolament teknoloġiku u soċjali, fejn isir skjav tal-iscreens, sabiex mill-aktar fis jibda jsegwi t-terapija neċessarja li tiftaħ it-triq għas-soluzzjoni. Triq li tgħinu jerġa jħaddan il-kuntatt uman, li jerġa’ jibda jitgħallem iħares f ’għajnejn l-oħrajn, li jitgħallem u jirreċiproka l-espressjonijiet. Nikkonkludi billi nirreferi għal Dwayne Johnson li wkoll għadda minn dan il-mument f ’ħajtu fejn jgħaddilna messaġġ ta’ tama hekk kif jgħidilna li bid-dipressjoni l-aktar ħaġa importanti li tista’ tirrealizza hija li m’intix waħdek. M’intix l-ewwel wieħed li għaddej minnha u lanqas m’inti se tkun l-aħħar wieħed. Tħallux din il-kundizzjoni tisirqilkom ħajjitkom!


19

09.09.2018

kullhadd.com

BAĠIT TA’ QABEL L-ELEZZJONI EDITORJAL

Biex ma nsemmux li l-Prim Ministru diġà ddikjara f’intervisti flaħħar ġimgħat li l-baġit li ġej se jerġa’ jara żieda fil-pensjonijiet u l-iskema tar-rifużjoni tat-taxxa għandha tidħol fi stadju ieħor

Meta l-Gvern kien ressaq ilbaġit għas-sena 2014 kien intqal li dak kien baġit tal-elezzjoni għax kienet ġejja l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Iżda, il-Prim Ministru dakinhar kien ċar. Kien qal li kien wasal iżżmien li din il-frażi tispiċċa mill-vokabularju politiku Malti. Dan għax il-Gvern kellu u għad għandu road map li kellha tara baġit aħjar minn ieħor, elezzjoni u mhix. U fil-fatt hekk sar. Minn baġits li jdaħħlu miżuri ġodda biex isostnu l-ekonomija lejn il-bidu tal-aħħar leġiżlatura llum imxejna għal baġits ta’ surplus mingħajr ebda taxxa ġdida u/jew saħansitra ebda żieda fittaxxi eżistenti. Imqar f ’affarijiet li konna mdorrijin narawhom jogħlew dejjem. Fl-aħħar ġimgħat il-Ministru għall-Finanzi kien għaddej b’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali. Kien hemm żmien li din it-tip ta’ konsultazzjoni kienet issir bil-ġurnalisti jgħaddu sigħat wara l-bieb ta’ xi lukanda fejn issir il-laqgħa jistennew lill-imsieħba soċjali joħorġu biex jieħdu l-ewwel reazzjonijiet tagħhom. Għax dawk kienu ż-żminijiet ta’ inċertezza.

Dawk kienu żminijiet fejn l-imsieħba soċjali kienu jmorru bi proposti ta’ kif seta’ jonqos ilpiż ta’ deċiżjonijiet li kien qed jieħu l-Gvern dak iż-żmien. Kien żmien ukoll li wieħed kien ikun qed jistenna biex jara jekk xi waħda mill-wegħdi ewlenin li l-Gvern ikun għamel qabel l-elezzjoni hix se ssib postha fil-baġit. Għax normalment dawn il-wegħdi kienu jsibu posthom fir-raba’ jew il-ħames sena tal-leġiżlatura. F’dak li dak iż-żmien kien magħruf baġit ta’ qabel l-elezzjoni. Għalkemm irridu nfakkru li tant kienet tirrenja instabbiltà li lanqas garanzija li dak il-baġit kien se jgħaddi mill-parlament ma kellna. Tant li kien hemm każ fejn m’għaddiex. Illum is-sitwazzjoni inqalbet ta’ taħt fuq. Meta fil-jiem li ġejjin il-Ministru għall-Finanzi se jkun qed jiltaqa’ mal-pubbliku għall-konsultazzjoni ta’ qabel il-baġit, id-diskussjoni se tkun qed iddur fuq kif se jitqassam il-ġid li qed jinħoloq. M’għandniex xi ngħidu, dan għandu jsir b’mod sostenibbli għaliex dak

li kiseb il-pajjiż ma jistax jittieħed forgranted jew jintilef mil-lejl għan-nhar. Però, nafu li se jerġa’ jkun baġit pożittiv anke jekk għadna fl-ewwel baġits wara l-elezzjoni ġenerali. Sa mill-ewwel baġit tiegħu f ’din il-leġiżlatura ġdida, il-Gvern beda jimplimenta l-wegħdi tiegħu. Inkluż dawk ewlenin. Fl-aħħar jiem ħafna familji rċivew ir-rifużjoni tattaxxa. Filwaqt li smajna wkoll fuq l-iskema tat-trasport b’xejn għat-tfal tal-iskejjel u kif il-Gvern wasal fi ftehim biex l-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u indipendenti ma jħallsu xejn ta’ dan is-servizz li sas-sena li għaddiet kien jiswiehom mijiet ta’ ewro fis-sena. Biex ma nsemmux li l-Prim Ministru diġà ddikjara f ’intervisti fl-aħħar ġimgħat li l-baġit li ġej se jerġa’ jara żieda fil-pensjonijiet u l-iskema tar-rifużjoni tat-taxxa għandha tidħol fi stadju ieħor. Daqstant inbidel il-pajjiż. Però jkun għaqli li minn żmien għal żmien niftakru minn fejn tlaqna. Dan għax din il-bidla ma ġietx waħedha. Ġiet grazzi għall-għażliet li għamel il-pop-

lu. Il-poplu li kien fehem li kien wasal iż-żmien li jafda t-tmexxija ta’ pajjiżu f ’idejn moviment ġdid immexxi minn Joseph Muscat. Minn dakinhar sfidi nqalgħu bħalma jiġri f ’kull pajjiż ieħor. Għax is-suċċess ma jfissirx li l-pajjiż f ’dinja li qed tinbidel ma jaffaċjax ċirkostanzi ġodda li jkunu jeħtieġu soluzzjonijiet ġodda. Però l-poplu llum jaf li għandu gvern li kapaċi jindirizza b’mod għaqli dak li jiġi quddiemu permezz ta’ pjan. Ir-riżultati talaħħar snin huma xhieda ta’ kif il-moviment li jmexxi Joseph Muscat jibqa’ l-unika għażla vijabbli għat-tmexxija ta’ dan il-pajjiż. Għażla b’saħħitha li toħroġ iktar ċara meta mqabbla mal-Oppożizzjoni li jmexxi Adrian Delia. Oppożizzjoni li lanqas kellha l-ħila tagħti direzzjoni lill-partit tagħha, aħseb u ara lill-pajjiż. Fl-interess tiegħu, il-poplu Malti għandu jibqa’ jappoġġja lill-Gvern preżenti u jżomm djalogu miftuħ miegħu biex l-isfidi li għandna quddiemna negħlbuhom flimkien u iktar minn hekk nibdluhom f ’opportunità kif sar f ’dawn l-aħħar snin.

jinbidlu fi swali mingħajr ebda sens ta’ privatezza għall-pazjent mitluq fis-sodda. Il-fatt li żdiedu sewwa s-servizzi tas-saħħa mogħtijin b’xejn fl-Isptar Mater Dei kattar minnu nnifsu l-ħtieġa għal aktar speċjalisti, professuri, kirurgi, konsulenti, tobba u infermieri f ’kull livell ta’ din il-professjoni. Tħossok sodisfatta tisma’ li aktar minn 100 infermier ġdid li għadhom kemm iggradwaw ġew offruti impjieg mill-għada mill-Gvern. Dan waqt li għaddejja kampanja kontinwa biex aktar żgħażagħ jitħajru jersqu lejn din il-professjoni nobbli, professjoni li tiggarantilhom karriera. Kif tista’ ma tħossokx sodisfatta meta fl-istess nifs li taqra dwar dawn l-infermieri ġodda taqra wkoll li dawn mhumiex biżżejjed, tant li l-Gvern kellu jirrikorri għal infermieri barranin, fosthom Spanjoli, infermieri li f ’pajjiżhom ma sabux impjieg! X’differenza fuq din id-daqsxejn ta’ blata! Aħbar oħra sabiħa f ’dan il-qasam hija li fi ftit jiem oħra se jkun inawgurat ċentru tassaħħa ġdid f ’Ħal Kirkop li se jkun qed joffri 17-il servizz lil madwar 28,000 ċittadin li jgħixu fl-irħula tal-madwar u li sal-lum biex jinqdew ikollhom imorru

ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana. Kif tista’ tinsa l-istat tal-mistħija li tħalla fih l-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Meta ntwerejt ritratti ta’ x’kien l-istat li kien fih dan l-isptar f ’Marzu 2013, twerwirt. B’mod temporanju saru ħafna arranġamenti f ’dan l-isptar għall-Għawdxin sakemm fi ftit snin oħra f ’Għawdex ikollhom sptar ġdid li tħossok sikur meta tmur fih. U wkoll ma nistax ma nsemmix is-servizz tal-IVF li qed jingħata b’xejn lil dawk il-koppji li għandhom bżonn dan is-servizz biex ikollhom it-tfal. Qabel, dawn kienu jirrikorru għal din il-proċedura u kien ikollhom iħallsu l-eluf – xi ħaġa li mhux kulħadd kien jista’ jħallas. Illum dan is-servizz jinsab hemm għal kulħadd. L-ispazju ma jippermettilix nidħol f ’dettalji oħra dwar isservizzi b’xejn fil-qasam tassaħħa. Huwa xi ħaġa li tagħmlek kburija li int Maltija speċjalment meta tkun mistoqsija minn kollegi Membri Parlamentari Ewropej li jkunu ġejjin minn pajjiżi ferm akbar minna imma li lanqas joħolmu li jkollhom il-benefiċċji li għandna aħna fil-qasam tas-saħħa. Fuq dik id-daqsxejn ta’ blata kif jirnexxilkom tagħmlu dan kollu fil-qasam tas-saħħa?!

IS-SAĦĦA FUQ DIN IL-BLATA ĊKEJKNA MARLENE

MIZZI

MEP

Mhix l-ewwel darba li f ’mument kwiet tgħaddi minn quddiem għajnejja l-istorja ta’ ġensna u fid-diversi episodji tagħha kull darba jispikka kif il-poplu Malti u Għawdxi marsus fuq dawn il-gżejjer jirnexxilu jagħmel affarijiet li ma tistennihomx minnu. Għaliex ngħiduha kif inhi, meqjus li qatt ma kellna riżorsi għajr dawk umani, tiskanta kif bħala stat dejjem ipprovda b’mod adegwat għalih innifsu tista’ tgħid f ’kull qasam tal-ħajja. F’dan l-ispazju limitat u b’dan t’hawn fuq bħala sfond xtaqt nittratta l-qasam tassaħħa. Ħsibt fuq dan il-qasam għax f ’dawn l-aħħar ftit jiem laqtuni tliet affarijiet konnessi miegħu. Kellna l-ingaġġ ta’ aktar minn 100 infermier ġdid; l-għoti tal-liċenzja lil 71 tabib u seba’ dentisti ġodda u l-offerta tat-tilqima b’xejn kontra l-ħożba lil kull min jaħdem fl-isptar-

ijiet tagħna jekk kemm-il darba ma kinux diġà mlaqqmin, miżura li ttieħdet immedjatament wara li fl-Ewropa ġew irrappurtati diversi każijiet ta’ ħożba. Il-professjoni medika Maltija ilha snin twal meqjusa mill-universitajiet barranin bħala waħda ta’ livell għoli. Stima li ma waqgħetx mis-sema. Stima li wasalna għaliha għax dawk minn ħutna fil-professjoni medika li komplew l-istudji u l-karrieri tagħhom barra minn xtutna taw prova kontinwa tal-abbiltà tagħhom. Il-kapaċitajiet tal-professjoni medika, f ’kull livell tagħha, minn professur sa infermier, huma supplimentati minn servizzi ta’ saħħa impekkabbli offruti mill-isptar ewlieni tagħna Mater Dei. Servizzi, inklużi operazzjonijiet kbar, mingħajr ħlas għal kulħadd b’mod indiskriminatorju. Servizzi tassaħħa b’xejn għal kulħadd. Ma nixtieqx li naqa’ fil-partiġjan, imma kultant ma jħallulekx triq oħra għajr dan. Ma nkunx nixtieq li l-qasam tas-saħħa jkun politiċizzat, imma niddejjaq meta mill-kamp tal-Partit Nazzjonalista tara ċerta kritika, bħal donnu nsew f ’liema sitwazzjoni tħalla s-settur tas-saħħa u f ’liema sitwazzjoni sabu Gvern Laburista f ’Marzu 2013.

Tista’ tinsa li sa dak iż-żmien frażi komuni, li kont issibha fuq fomm kulħadd, kienet out of stock meta kienu jkunu qegħdin jitkellmu dwar mediċini li suppost kienu jingħataw b’xejn liċ-ċittadin? “Out of stock” fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek imma “in stock” fl-istess spiżerija jekk tħallas għaliha! Tista’ tinsa l-listi twal ta’ stennija għal ċerti operazzjonijiet, bil-pazjent ikollu jissaporti l-uġigħ jekk ma jkunx lest jagħmel l-operazzjoni fil-privat, ovvjament bi ħlas. Illum ninsabu f ’sitwazzjoni fejn għal ċerti operazzjonijiet, listi ta’ stennija tista’ tgħid li m’hemmx, filwaqt li għal oħrajn iż-żmien ta’ stennija tnaqqas mhux ftit? Il-Gvern, fejn ma setax ilaħħaq bis-servizzi offruti minnu daħal fi ftehim ma’ sptarijiet privati biex il-pazjenti jintbagħtu għandhom u mhux jagħmlu snin jistennew biex ikunu operati. Riċentement il-mezzi tax-xandir tal-PN nefħu bużżieqa enormi għax kien hemm numru żgħir ta’ pazjenti f ’Mater Dei li tħallew għal ftit ħin f ’kuritur sakemm instabitilhom sodda fis-swali rispettivi! Insew imsieken tal-PN li fi żmienhom kienet l-ordni tal-ġurnata li l-kurituri tal-Isptar Mater Dei


20

09.09.2018

kullhadd.com

INKOMPLU NKATTRU L-ĠID FLIMKIEN

Mid-Djarju ta’ Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 30 ta’ Awwissu Kont ili ma mmur s’għand Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Mhux għax kellna xi ngħidu, imma jien aktar kont moħħi fil-partit glorjuż tagħna u fil-festi u dawn, speċjalment tal-ewwel, lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna ma jinteressawh assolutament xejn, għalkemm kultant jiġi miegħi għal xi marċ jew biex naraw il-logħob tannar. Imma din is-sena ma nafx x’tah, tista’ tgħid li kull darba li għedtlu biex immorru xi mkien dejjem le weġibni. Mort għax qiegħed ninkwieta għax minn dak li qiegħed naqra u nisma’ fuq il-mezzi tal-partit glorjuż tagħna, milli jidher kollox se jogħla, u għedt li Ġorġ żgur li jkun jaf x’se jogħla u ma jogħliex, biex fil-każ naħsiblu u naħżen biex niffranka xi ftit euros. Imma Ġorġ ma tantx kien ta’ wens. Meta għedtlu li qegħdin jgħidu li se jogħla l-ħobż, se jogħla l-ħalib u se jogħlew ukoll il-pastizzi, mill-ewwel weġibni li ma nista’ naħżen xejn minn dawn. Mhux biss, qalli wkoll li dan kollu mhu xejn u qiegħed isir l-istorbju għax jafu li ġej il-baġit u li l-baġit mhux biss iż-żieda għall-għoli tal-ħajja se jinkludi, imma ħafna u ħafna aktar miżuri. Għalaqt ħalqi u dabbart rasi. Il-Ġimgħa, 31 ta’ Awwissu Imnalla kienu n-nirien li qabdu fil-Magħtab, man, għax, dejjem jekk niftakar sew, servew biex rajna xena rari ħafna. Rajna lill-kap tal-partit glorjuż tagħna, Adrian Delia, spalla ma’ spalla ma’ Jason Azzopardi. U magħhom kien hemm ukoll Michael Briguglio li milli jidher huwa wieħed mill-favoriti talKap Adrian Delia għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Ma nafx jekk kienx Jason Azzopardi li qal lill-Kap Adrian Delia x’għandu jgħid. Imma kien x’kien, ma nistax ma ngħidx li għamel erba’ kelmiet tassew f ’waqthom. U mhux paroli biss, man! It-tħassib li tkellem dwaru Adrian Delia dwar is-saħħa, it-tmexxija ħażina u l-ambjent deher fuq wiċċhom ukoll. Li kont jien issa nibda mmur inżur id-djar tal-inħawi biex it-tħassib u s-solidarjetà nuruhom wiċċ imb wiċċ, forsi ma tafx kif nikkonvinċuhom joħorġu jivvutaw għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, forsi ma tafx kif intellgħu erbgħa, minflok tlieta. Is-Sibt, 1 ta’ Settembru Beda l-isbaħ xahar għalina n-Nazzjonalisti. Ngħid għalija, Settembru nħobbu wisq għax malli taqleb l-ewwel ġimgħa, ħallina ta’ kuljum niltaqgħu fuq il-Fosos tal-Furjana biex niċċelebraw il-festa glorjuża tal-Indipendenza li kien ġabil-

na l-mibki u qatt minsi George Borg Olivier. Ftit ġranet oħra, u jkolli l-opportunità li ta’ kuljum immur nisma’ lill-Kap tal-partit glorjuż tagħna, Adrian Delia. Imma mhux biss. Għax f ’dawn l-aħħar snin, dejjem ħadt gost ukoll nisma’ l-kanzunetti. U xi ftira biż-żejt u l-bigilla, ma tonqosx lanqas. Imma l-qofol ikun fl-20 tax-xahar meta jkollna l-mass meeting. Iġri jasal ħalli nara lid-deputati kollha, lill-kandidati kollha, u lill-uffiċjali tal-partit wara Adrian Delia biex lil tal-Labour nagħtuhom risposta, għax dawk li qegħdin jgħidu li għandna ħafna ġlied bejnietna, mhu minnu xejn. Kellna mhux ma kellniex, imma llum dawk li jkunu l-istamperija aċċertawni li issa kulħadd ħabel wieħed qiegħed jiġbed, ladarba Adrian Delia ħafirlu lil Simon Busuttil. Il-Ħadd, 2 ta’ Settembru X’ma nħobbux Settembru, man! Hemm hu, mil-lum il-Kap Adrian Delia reġa’ beda l-prietki ta’ nhar ta’ Ħadd, u jien ma nitlef l-ebda waħda minnhom. Fil-fatt illum bakkart għax bżajt li ma nilħaqx nasal fil-ħin għax illum kelli naqsam il-Fliegu biex nisma’ lill-Kap Adrian Delia. Assolutament ma jiddispjaċini xejn għax apparti diskors meraviljuż ieħor, tgħidx kemm ħadt gost bil-laqgħa li tawh in-Nazzjonalisti Għawdxin. U ma kinux wieħed jew tnejn. U l-entużjażmu li wrew xi ħaġa li ma titwemminx. Mhux biss waqt id-diskors, imma anke wara għax jien bqajt hemm salaħħar sakemm għalqu l-bieb taċ-ċentru tagħna f ’Ta’ Sannat. Kulħadd kelma waħda. Kemm jaf xi jgħid. Kemm hu konvinċenti. Kemm qiegħed jaħdem biex ikollna soċjetà li jimpurtaha. Kumment wieħed m’għoġobnix. Ta’ dak li qal li jibża’ li Adrian Delia se jagħmel l-istess żball ta’ Simon Busuttil u joqgħod dieħel u ħiereġ il-Qorti. It-Tnejn, 3 ta’ Settembru Jekk l-Avukat Ġenerali qiegħed jaħseb li se jeħlisha ħafif, se jarralu. U se jarralu bil-kbir. Ilbieraħ, il-Kap Adrian Delia f ’Ta’ Sannat qallu ċar u tond li llum kien se jerġa’ jmur il-Qorti biex iġiegħlu jagħtih kopja tar-rapport tal-inkjesta Egrant. U hekk għamel. Lanqas laħaq sebaħ li ma qomtx u erħejtilha lejn il-Belt biex nara lil Adrian Delia dieħel u ħiereġ il-Qorti, ħalliha li ma rajt l-ebda deputat jew kandidat biex juri l-appoġġ tiegħu. Imma b’daqshekk, Adrian Delia mhux se jaqta’ qalbu u se jibqa’ jinsisti. Imnejn safejn dan l-avukat Ġenerali ma jridx jagħtih kopja tar-rapport kollu. Jien is-suspett tiegħi hu li f ’dan

ir-rapport hemm xi affarijiet li lill-Gvern ma jogħġbuhx u allura jrid jostorhom. Jekk inhu hekk, ara x’jagħmel Simon Busuttil. U min jaf Adrian Delia jerġax jaħtru kelliem għall-governanza tajba?! It-Tlieta, 4 ta’ Settembru Ili ngħid li mhux aħna biss għandna l-inkwiet. U mhux jien biss ili ngħidu dan, għax il-bravu ġurnalist tagħna Joe Mikallef (bil-k mhux bis-c) ilu jirrapporta dwar l-inkwiet li hemm fi ħdan il-Partit Laburista. Iż-żmien qiegħed jagħtih raġun lil Joe Mikallef u issa l-inkwiet beda joħroġ fil-beraħ. Lino Debono in-Niksu, li kien anke membru parlamentari Laburista irriżenja mill-bord tal-Gozo Channel. Eżatt eżatt ma nafx għaliex, imma meta ċempilt l-istamperija assigurawni li l-bravu ġurnalist tagħna Joe Mikallef ma jdumx ma jkun jaf ir-raġunijiet veri, u ovvjament jgħarrafna bihom. Mhux għax jimpurtani daqshekk mir-raġunijiet. Jien li jinteressani huwa li l-inkwiet li għandhom joħroġ fil-beraħ ħalli n-nies ikunu jafu sewwa x’inhu għaddej u mhux jibqgħu jaħsbu li huma magħqudin u aħna maqsumin f ’ma nafx kemmil biċċa. U l-inkwiet tagħhom qiegħed joħroġ fil-beraħ fil-mument opportun. Min jaf kemm hawn Nazzjonalisti li bħali qegħdin jittamaw li fil-jiem li ġejjin inkomplu nisimgħu dwar dan l-inkwiet biex imbagħad, fl-20 ta’ Settembru, fuq il-Fosos, nuruhom min hu magħqud u min hu maqsum f ’ma nafx kemm-il biċċa! L-Erbgħa, 5 ta’ Settembru Jissoda qiegħed il-Kap Adrian Delia, man! Illum iddomina għalkollox l-aħbarijiet bl-insistenza tiegħu fil-Qorti biex iġiegħel lill-Avukat Ġenerali jgħaddilu kopja tar-rapport Egrant. Jekk l-Avukat Ġenerali ħaseb li se jgħaddiha lixxa, se jarralu bil-kbir. Il-Kap Adrian Delia ma kienx kuntent b’dak li għamel il-Qorti filgħodu, imma llejla ġie wkoll fuq it-televiżjoni tagħna u tgħidx kemm reġa’ qallu affarijiet lill-Avukat Ġenerali. Qallu li huwa theddida għad-demokrazija, li qiegħed jikser id-demokrazija, li qiegħed joħloq żbilanċ, u ma nafx xiex iżjed. Ngħid għalija tgħidx kemm ħadt gost nisimgħu l-aktar għax il-ġimgħa d-dieħla nibdew niltaqgħu fuq il-Fosos tal-Furjana għall-festi tal-Indipendenza u m’għandi l-ebda dubju li llum lilna n-Nazzjonalisti għamlilna kuraġġ kbir mhux biss biex nattendu għal dawn il-festi, imma wkoll għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew is-sena d-dieħla. Għax afli joqorbu qegħdin!

CATHERINE

FENECH

Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

F’dawn l-aħħar ġranet pajjiżna reġa’ kiseb rikonoxximent minn aġenziji ta’ kreditu internazzjonali għal darba darbtejn, partikolarment għall-prestazzjoni ekonomika li qed tiġġenera Malta kkumparata mal-Prodott Gross Domestiku tagħna u kif ukoll ikkumparata mal-prestazzjoni ekonomika tal-kumplament tal-pajjiżi Ewropej. Rajna l-Aġenzija tal-kreditu DBRS li tat ċertifikat ieħor pożittiv, b’rating ta’ A high bi prospetti stabbli. IdDBRS qalu li l-ekonomija Maltija għandha fost l-ogħla tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea. Bil-kontra għal dak li qed jipprova jpinġi l-Partit Nazzjonalista, l-ekonomisti tad-DBRS mhumiex inkwetati dwar is-settur bankarju ta’ pajjiżna u fir-rapport tagħhom iddeskrivew il-banek Maltin bħala konservattivi u b’livelli ta’ profitt u ta’ likwidità tajbin ħafna. Aktar minn hekk, DBRS laqgħet u rreferiet għall-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant, fejn irrimarkat li dawn juru kif f ’pajjiżna ma hawnx prattiċi ta’ korruzzjoni, ħasil ta’ flus jew tranżazzjonijiet ta’ flus suspettużi. Innutat ukoll kif il-Gvern qed jagħmel ħiltu biex ikompli jsaħħaħ l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Dan kollu jwaqqa’ l-allegazzjonijiet li jagħmlu repetutament fazzjonjiet tal-PN u l-alleati tagħhom, bħal kastell tal-karti jew aħjar bħal boomerang, li jitfgħu t-tajn u jerġa’ jiġi f ’wiċċhom. F’dawn l-aħħar jiem aġenzija oħra ta’ kreditu Moody’s ukoll tat ċertifikat eċċellenti lill-ekonomija u l-istituzzjonijiet ta’ Malta. Moody’s ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna fil-livell ta’ A3 bi prospetti pożittivi. Fl-aħħar analiżi tagħha tal-ekonomija Maltija, l-ekonomisti tal-aġenzija tal-kreditu rrimarkaw il-progress li qiegħda tagħmel Malta biex tnaqqas id-dejn tas-settur pubbliku u l-prospetti ta’ tisħiħ fiskali fl-isfond ta’ ekonomija b’saħħitha.

Moody’s tbassar li fis-sentejn li ġejjin id-dejn se jonqos taħt il-50% meta mqabbel mal-Prodott Gross Domestiku. Interessanti ninnutaw li fl-2012 id-dejn kien jammonta għal 67.7% talPGD ta’ pajjiżna filwaqt li hu mbassar li fl-2019 dan se jinżel għal 44%. It-tkabbir ekonomiku din is-sena mistenni jkun ta’ 5.8% filwaqt li s-sena d-dieħla hu mbassar li jkun 4.9%. Moody’s tattribwixxi dan is-suċċess ekonomiku għall-investiment fl-infrastruttura talpajjiż, żieda fl-investiment privat u ż-żieda fit-turizmu. Moody’s irrimarkat il-kontribut siewi wkoll taż-żieda ta’ nisa fuq il-postijiet tax-xogħol. L-aġenzija kellha kliem ta’ tifħir għas-saħħa tal-istituzzjonjiet Maltin li jirriflettu l-qafas b’saħħtu ta’ pajjiżna u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet. Din il-ġimgħa kellna wkoll diversi aħbarijiet oħra sbieħ fejn il-Gvern qed ikompli jwettaq il-programm elettorali tiegħu. Mal-200,000 ħaddiem u ħaddiema se jibdew jirċievu ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa. Dan ifisser mal-€11.4 miljun fil-bwiet tal-Maltin u l-Għawdxin. Beda wkoll ix-xogħol ta’ appartamenti ta’ housing soċjali f ’Bormla, fost aktar proġetti ta’ housing oħra filpajjiż. Wara t-twaqqigħ ta’ djar mitluqa u abbandunati f ’Bormla, fi żmien sentejn se jiġu rriġenerati 68 appartament ġdid għall-akkomodazzjoni soċjali. Skont ċifri provduti minn Jobsplus, rajna li l-qgħad niżel għal 1,800 persuna. Ta’ min iżomm f ’moħħu li l-Gvern ta’ GonziPN ħalla wirt lill-Gvern Laburista ta’ 7,000 persuna fuq ir-reġistru tal-qgħad f ’Marzu 2013. Dan il-kuntrast tassew jistona mad-dikjarazzjoni li kien għamel Lawrence Gonzi fl-aħħar mass meeting li kien indirizza fil-kampanja elettorali tal-2013, meta kien wissiena li meta kellna mmorru nivvutaw niftakru li l-aħmar ifisser qgħad u l-blu jfisser xogħol. Eżatt, daqs mus tal-leħja qata’ Dr. Gonzi. Inkomplu nkattru l-ġid flimkien, bil-bżulija ta’ dan il-poplu u l-għaqal ta’ dan il-Gvern li kapaċi jwettaq għax jimpurtah u għax tassew għandu ruħ soċjali. Lil ħaddieħor inħalluh ikompli jehda fil-paroli għax ħaddieħor tajjeb biss għat-tpaċpiċ.


21

09.09.2018

kullhadd.com

MIJA TLIETA U SEBGĦIN MARY ISTORJA CHETCUTI MILL-

173 huma l-irġiel, in-nisa u t-tfal Bedwini Palestinjani li jgħixu f ’Khan al-Aħmar; raħal ċkejken fix-Xatt tal-Punent taħt l-okkupazzjoni Iżraeljana. F’dawn l-aħħar snin inbnew ħdejh u jinsab imdawwar minn żewġ żoni kbar ta’ żvilupp urban Iżrealjan – fuq naħa waħda hemm ir-raħal ta’ Kfar Adumin b’madwar 4,500 abitant, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra hemm Ma’ale Adumim, belt bi ftit inqas minn 40,000 ruħ. Minħabba f ’hekk dar-raħal ċkejken jinsab maqbud f ’nofs battalja legali u qed jissogra li jisparixxi minn fejn hu. Khan al-Aħmar, li ħa ismu mill-għoljiet ħamranin fil-viċin, x’aktarx jissemma għall-ewwel darba f ’ċensiment tal-Palestina li kien sar mill-awtoritajiet Britanniċi meta kienu jaħkmu din l-art lura fl-1931. Dakinhar kienu jgħixu f ’dar-raħal 27 ruħ fi tlett idjar. Fl-1945 il-familji ta’ Khan

al-Aħmar kellhom firxa ta’ aktar minn miljun u ħames mitt metru kwadru ta’ art. Madanakollu, minn din l-art parti żgħira biss kienu jiżirgħuha qamħ u ċereali għall-ikel tal-familji tagħhom peress li l-parti kbira hija xagħri fid-deżert fejn ma jikber xejn. Il-familji li jgħixu fir-raħal huma Bedwini dixxendenti mit-tribù Jahalin. Fl-1952, missirijiethom kienu ġew sfurzati mill-armata Iżraeljana biex jitilqu minn fejn kienu jgħixu fid-deżert ta’ Negev. Sena wara waslu f ’Khan al-Aħmar u għexu kwieti sakemm lejn l-aħħar tas-snin 70 l-art ġiet skedata għall-iżvilupp ta’ djar għall-familji Iżraeljani. Id-djar ta’ dawn il-Palestinjani u l-bhejjem li jrabbu huma strutturi fqar magħmulin millpjanċi u ftit injam jew tined tad-drapp. F’Lulju tal-2009 organizzazzjoni umanitarja Taljana bl-isem Vento di Terra

flimkien ma’ għaqdiet oħrajn u taħt is-superviżjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni Palestinjan bnew skola f ’Khan alAħmar għat-tfal tar-raħal kif ukoll tfal Palestinjani oħrajn li jgħixu f ’irħula viċin. Dan kien waqt importanti ħafna għat-tribù Jahalin peress li wliedhom kienu qed jidħlu l-iskola għall-ewwel darba fl-istorja. Illum f ’din l-iskola jattendu b’kollox 150 tifel u tifla. L-għajxien relattivament trankwill tal-familji ta’ Khan alAħmar sab tmiemu fi Frar tal2010 meta l-Amministrazzjoni Ċivili tal-awtoritajiet Iżraeljani allegat li l-binjiet, inkluża l-iskola, inbnew illegalment u għaldaqstant għandhom jiwaqqgħu kollha. Fl-2012 ilGvern Iżraeljan ħabbar pjanijiet biex jirriloka r-raħal f ’post ieħor; għal darb’oħra l-familji mit-tribù Jahalin kienu qed jitkeċċew minn fuq arthom. Ma jistax jonqos li l-awtoritajiet Palestinjani oġġezzjonaw bis-sħiħ, u hekk għadhom jagħmlu sal-ġurnata tal-lum, għall-pjan Iżraeljan li bl-iskuża li jrid iwarrab min-nofs Khan al-Aħmar biex jgħaqqad iżżewġ żoni ta’ żvilupp urban Iżraeljani ta’ Kfar Adumim

u Ma’ale Adumin, Iżrael ikun qiegħed effettivament jaqsam it-territorju tax-Xatt tal-Punent fi tnejn. Ma ninsewx li dan it-territorju jinsab viċin Ġerusalemm u għalhekk ta’ valur strateġiku kbir. Għalkemm huwa veru li l-abitazzjonijiet ta’ Khan al-Aħmar inbnew mingħajr il-permessi meħtieġa, dawn setgħu faċilment jiġu regolarizzati mill-awtoritajiet Iżraeljani bħalma sar f ’każi oħrajn. Iżda minbarra l-fattur strateġiku, residenti Lhud li jgħixu fi djar moderni u komdi, partikolarment miżżewġ oqsma tad-djar Iżraeljani li semmejt, ilhom mill2009 jagħmlu pressjoni kbira fuq l-awtoritajiet tagħhom u ffirmaw petizzjonijiet sabiex Khan al-Aħmar jiġi żgumbrat minn fejn hu. Il-Gvern Iżraeljan diġà semma l-post fejn irid jirriloka lill-familji ta’ Khan al-Aħmar. F’raħal li jinsab ħdejn il-miżbla enormi ta’ Abu Dis fl-inħawi ta’ Azariya diġà ntbagħtu familji Bedwini imkeċċijin minn irħula oħrajn. Minn hawn u ftit taż-żmien ieħor f ’dal-post fejn ma jikber xejn se jintbagħtu l-173 abitant ta’ Khan al-Aħmar.

Il-Palestinjani ressqu ilmenti quddiem il-Qorti Iżraeljana fejn qalu li s-sottomissjonijiet tagħhom biex jirregolaw il-binjiet ta’ Khan al-Aħmar ġew injorati mingħajr ma’ ġew eżaminati. Il-Qorti min-naħa tagħha ffriżat għal żmien temporanju t-twaqqigħ tad-djar tal-Bedwini Palestinjani. Il-komunità internazzjonali ma qagħditx lura milli turi d-diżapprovazzjoni tagħha dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan. Il-każ jinsab quddiem il-Ġnus Magħquda; fl-24 ta’ Lulju 2018 esperti għad-drittijiet umani tennew li t-tneħħija bil-forza ta’ komunità minn fuq artha tkun qed tikser ir-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra u għaldaqstant tista’ titqies bħala att ta’ krimini tal-gwerra. Fil-mument jeżistu 17-il komunità Palestinjana oħra li jgħixu fl-inħawi ta’ Khan alAħmar u jinsabu fl-istess riskju ta’ tkeċċija. Il-komunità internazzjonali għandha d-dover li tintervjeni b’mod diplomatiku u legali sabiex twaqqaf lillGvern Iżraeljan milli jkompli jabbuża mill-familji Palestinjani u ma jokkupax aktar art Palestinjana.


22

09.09.2018

kullhadd.com

IQARRAQ BIK GĦALL-GOST Kitba ta' RAMONA PORTELLI Minn ċkuniti niftakarni naffaxina ruħi bil-maġija. Niftakar ukoll li missieri kien xtrali sett tricks u oġġetti relatati mal-maġija. Kont ħadt gost niskopri kif isiru u nipprattika bihom. Aħseb u ara magician professjonali, kemm ikun ilu jipprattika sakemm ikun jista’ jagħti wirjiet u jitjieb f ’dak li jkun tgħallem. Għal din l-intervista, tkellimt ma’ magician u mentalista żagħżugħ. Qed nirreferi għal Daniel Attard. Għandu 28 sena, joqgħod Marsascala, jaħdem bħala direttur f ’kumpanija tal-farmaċewtika u bħala passatempi għandu għal qalbu l-isports, il-maġija, il-mużika u s-safar. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna li taf tmur mannies, ferrieħi u ottimist. Fix-xena tal-maġija Daniel magħruf bħala Daniel Raven. Ridt inkun naf minn fejn ġie Raven u għaliex għażel lilu bħala stage name. “Daniel Attard huwa isem komuni immens, allura xtaqt ikolli stage name biex nkun iktar uniku. Xtaqt inżomm l-ewwel isem u nżomm l-aħħar wieħed bħala ispirazzjoni minn David Kotkin li sar David Copperfield. Kont inħobb nilbes l-iswed u jien u nfittex fuq google images telgħatli stampa ta’ għasfur magħruf bħala raven. Iddeċidejt li naddottah bħala l-aħħar isem tal-istage name tiegħi,” beda jgħidli Daniel. Beda jinteressa ruħu fil-maġija meta kellu 12-il sena. Ilu jipprattika għal dawn l-aħħar 16-il sena u għadu kemm għalaq 10 snin jagħti wirjiet kemm f ’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Ta’ min jgħid li Daniel għamel xi żmien jgħix barra minn Malta. Fil-fatt, kien dam tliet snin l-Iżvizzera u sitt xhur il-Ġermanja. Kien jikkombina kollox bejn xogħol u wirjiet flimkien. Mistoqsi jekk hawn Malta jaħsibx li persuna bħalu tistax tgħix biss minn fuq il-maġija, weġibni, “Persuna waħda biss naf. Jien nemmen li where there is a will there’s a way. Jien personalment għandi xogħol jogħġobni u l-maġija togħġobni wkoll.” Mentaliżmu: Arti li tesegwixxi l-prattikanti tagħha fejn juru kapaċitajiet mentali Kont naf ukoll li dan l-aħħar kien qed jagħmel ukoll wirjiet bil-mentaliżmu. Din hija arti li tesegwixxi l-prattikanti tagħha fejn juru kapaċitajiet mentali. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan. “Min jibda u jkompli bil-maġija jispiċċa jasal sal-mentaliżmu mingħajr ma jrid peress li huma relatati ħafna ma’ xulxin. Naħseb li l-mentaliżmu huwa iktar reali

allura nara li iktar jintgħoġob mill-pubbliku.” Mistoqsi jaħsibx jekk in-nies għadhomx jemmnu l-maġija jew jekk it-tricks li jkun hemm warajha qed jinkixfux aktar dan l-aħħar, Daniel weġibni, “Jiena nagħmel dan biex nieħu pjaċir waqt li nagħti pjaċir lill-udjenzi tiegħi. Mhux ser noqgħod nikkonvinċi n-nies ngħidilhom li dak li qed nagħmel hu veru. Il-bniedem magħmul li jbati bil-kurżità, allura dik toħroġ bħala divertiment,” fissirli Daniel. Ta’ min jgħid ukoll li Daniel huwa magħruf li jaf jagħmel il-famuża straitjacket escape. L-istraitjacket escape hija tip ta’ “ħarba” maħluqa minn Houdini meta kien mar sptar mentali u ra pazjent jipprova jaħrab minnha. “Illum m’għadhiex tintuża għax hija moħqrija, imma Houdini sab metodu kif jaħrab minnha f ’inqas minn żewġ minuti. Minn dak iżżmien saru ħafna varjazzjonijiet minn diversi artisti. M’għandix dubju li Malta hawn min diġà lagħab biha l-idea, imma sa fejn naf jien qatt ma saret l-escape kif nixtieq nagħmilha jiena,” stqarr miegħi Daniel. Rigward jekk il-maġija għadhiex tkun imfittxija f ’parties tat-tfal u kbar, Daniel ikkonferma miegħi li huwa personali qed iżid fil-wirjiet kull sena, jiġifieri domanda hawn. “Xorta jibqa’ l-fatt li hawn domanda ikbar għall-parties tat-tfal, imma jien ma taffettwanix għax il-wirjiet tiegħi huma addattati għall-udjenza ta’ quddiemi”. Staqsejt lil Daniel ukoll jekk il-maġija tilgħabx parti importanti fil-psikoloġija, jew iridx ikun il-magician bħalu, li jilgħab

ba u vidjows ta’ tagħlim, kif ukoll jara wirjiet ta’ magicians oħrajn. F’dawn l-aħħar 16-il sena, Daniel lagħab b’ħafna tricks. “Hemm xi tricks ili ma nagħmilhom, hemm tricks li nagħmilhom ħafna drabi wkoll. Il-kwalità iktar importanti mill-kwantità. Dejjem ikun hemm x’titgħallem,” stqarr miegħi. Fil-maġija, il-kwalità iktar B’kurżità fuqi ridt inkun naf importanti mill-kwantità jekk jaħsibx li magician jew Daniel iżomm ruħu aġġornat mentalista ikun qed iqarraq dwar il-maġija billi jixtri kot- bil-persuna li jkollu quddiemu. bil-moħħ ta’ min ikollu quddiemu. Fil-fatt, spjegali li l-maġija taħdem b’diversi prinċipji, fosthom kif jaħdem moħħ il-bniedem u kif jirreaġixxi b’mod naturali. L-oħra hi li l-magician jieħu vantaġġ minn dawn l-affarjiet fost oħrajn, imma ma jridx jikxef ħafna.

“Il-kelma tqarraq ma tantx togħġobni f ’dan il-każ. Iktar togħġobni li tkun qed tagħti gost għax lanqas biss trid toffendi l-udjenza b’ċerta attitudni. Trid dejjem toqgħod attent,” saħaq miegħi Daniel. Finalment Daniel spiċċa din l-intervista billi esprima l-fatt li jittama li l-qarrejja ta’ din ilgazzetta li forsi jafuh, jieħdu pjaċir bil-forma ta’ divertiment tiegħu, u għal min ma jafux, forsi xi darba tiġih il-kurżità u jsir jaf x’joffri.


23

09.09.2018

kullhadd.com

reċensjoni tal-

KTIEB

META TRAXXAX IX-XITA Maris kienet ilha sentejn postulanta mas-sorijiet ta’ St.Joseph, Tas-Sliema. Dehret li bil-mod kienet qed tissetilja f ’dik il-ħajja li għażlet. Sa ma lejla waħda tisma’ l-aħbar minn fuq it-televixin Taljan li seħħ inċident f ’autobus

tat-turisti f ’Ruma, fejn kienu involuti xi seminaristi Maltin li kienu vaganza. Kif semgħet dal-kliem, Maris werżqet u waqgħet mal-art b’ħass ħażin. Damet ma ġiet f ’sensiha u l-uniċi kelmiet li bdiet tlissen kienu: “Daniel! Daniel!” Min

kien Daniel, u għaliex Maris ħaditha hekk bi kbira dik l-aħbar? Allaħares miet! Minn dak il-mument kemm il-ħajja ta’ Maris u kemm ta’ Daniel tinqaleb ta’ taħt fuq. Tgħid għad xi darba jerġgħu jaraw ’il xulxin?

SILTA MILL-ISTORJA Jum minnhom, kien it-Tlieta, 17 ta’ Novembru, il-grupp kollu kien miġbur bħas-soltu fis-sala tal-kunvent jistenna li jdoqqu s-sitta, kulħadd ipaċpaċ jew jilmenta, basta malli jindunaw li bdiet is-sigla tal-aħbarijiet kull xebba hemm ġew tikkontrolla lsienha u fis-sala jaqa’ skiet taqtgħu b’sikkina. Semgħu dawk il-ftit noti familjari tas-sigla li jagħtu bidu għall-aħbarijiet u minnufih deher wiċċ it-tfajla grazzjuża li taqra l-ġrajjiet tal-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa. Bi tbissima sellmet lit-telespettaturi, imma l-bixra tagħha malajr inbidlet malli xandret li ser tiftaħ b’aħbar traġika. Ħabbret li ftit tal-minuti qabel kien seħħ inċident f ’Ruma. Autobus mimli turisti, li kien għadu kemm telaq minn Villa Borghese, skiddja minħabba xita ħafifa u baqa’ dieħel ġo ħajt. Għalkemm

kienu għadhom ma jafux jekk hemmx nies mejta, dan l-inċident deher li ħalla numru kbir ta’ feruti. Fuq il-post ġa kien hemm skwadra tal-ewwel għajnuna u salt ambulanzi. Stramba kif ġara dan, għax bilkemm kienet għadha bdiet nieżla x-xita! Ir-rapport kompla jgħid li fosthom kien hemm numru mhux ħażin ta’ seminaristi Maltin li nzertaw kienu Ruma għal btala. Ma naqsux saħansitra xi filmati tat-traġedja: nies jibku, ħadid imkisser u mgħawweġ u, naturalment, irqajja’ ta’ dmija. Ma’ dik l-aħħar kelma tax-xandara f ’dik is-sala nstemgħet twerżiqa kbira. Għajnejn kulħadd daru lejn Maris, aspiranta fit-tieni sena, li l-ewwel ippruvat tqum bilwieqfa u wara waqgħet gozz b’tisbita mal-art. Naturalment, il-Madre kienet l-ewwel waħda li qamet minn

postha biex tgħin. Indunat li kien hemm xi sorijiet li kienu ser jagħmlu bħalha bl-intenzjoni li jmorru jgħinu. Imma malajr, b’sinjal b’idha, il-Madre ordnatilhom biex ma jiċċaqalqux minn posthom. Ħabirket lejn Maris waqt li sejħet lil Suor Licia, li kienet l-infermiera tas-sorijiet, “Suor Licia, ejja ħaffef biex tagħtini daqqa t’id u nieħdu ħsieb Maris!” Suor Licia dritt obdiet, u ż-żewġ sorijiet bejniethom ippruvaw jerfgħu lil Maris minn mal-art u kaxkruha ’l barra mis-sala waqt li leħen il-Madre qabel ma ħarġet minn hemm ġew instema’ jordna: “Ħadd minnkom ma jiċċaqlaq minn hawn. Ħallu lil Maris f ’idejna. Ibqgħu isimgħu biex wara tirrakkuntawli fid-dettall il-kumplament tal-aħbarijiet li jien per neċessità ser nitlef.” Dak il-ħin stess il-Madre

waħħlitha f ’rasha li xħin ikollha mument liberu kien biħsiebha, bla ma tgħid xejn lil Maris, iċċempel id-dar ta’ Rosa, studenta fl-aħħar sena tas-Senior

School u li kellha ħuha seminarist – aktarx xi wieħed minn dawk li kienu involuti fit-traġedja, biex b’hekk forsi jkollha ftit aktar dettalji dwar l-inċident.

Mistoqsija: Lil min bdiet issejjaħ Maris? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb META TRAXXAX IX-XITA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 16 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb CASTILLO huwa: G. MAGRO - IL-MOSTA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Min rebaħ ir-regatta tal-bieraħ? It-tweġiba: Isem: Numru tat-telefown:

Indirizz:


24

09.09.2018

1

MADWAR kullhadd.com

IL-BRAŻIL

FIL-QOSOR

2

JAQLA’ DAQQIET TA’ SIKKINA WAQT RALLY TIEGĦU STESS

1

Jair Bolsonaro, kandidat favorit għall-President tal-Brażil, qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt rally tiegħu stess. Huwa kien attakkat quddiem folla nies fl-Istat Brażiljan ta’ Minas Gerais. L-allegat aggressur kien arrestat fuq il-post. Bolsonaro kellu diversi interventi mediċi hekk kif iddaħħal l-isptar kważi mejjet. Minkejja l-viżjoni li għandu biex jeradika l-kriminalità, Bolsonaro qajjem kontroversja sħiħa fil-pajjiż b’kummenti omofobiċi u razzisti. Il-pulizija arrestaw lil Adelio Obispo de Oliveira, raġel ta’ 40 sena b’rabta mal-każ.

2

L-INGILTERRA

3

IL-LIBJA

IDENTIFIKATI ŻEWĠ SUSPETTATI

Uffiċjali tar-Renju Unit mistennija jiffaċċjaw uffiċjali Russi fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Ir-Renju Unit se jsaħħaħ l-argumenti tiegħu wara li ġew identifikati żewġ suspettati b’rabta mal-attakk f ’Salisbury fuq eks spija Russu u bintu li ġew avvelenati b’dak imsejjaħ Novichok. Filwaqt li l-Gvern Russu kompla jiċħad l-involviment tiegħu, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May indirizzat il-House of Commons u saħqet li ż-żewġ suspettati Russi daħlu fir-Renju Unit b’passaport Russu. Il-Prim Ministru Ingliż kompliet tisħaq li dan l-attakk żgur li ġie ordnat minn persuna ferm għolja fil-Kremlin. Sadanittant il-Pulizija Ingliża qed torbot dan l-attakk minn żewġ suspettati Russi ma’ qtil li seħħ tmien mili ’l bogħod minn Salisbury. Fil-fatt, fl-aħħar ta’ Ġunju mara Dawn Sturgess u Charlie Rowley ħassewhom ma jifilħux wara li aktarx ġew f ’kuntatt man-Novichok. Tal-ewwel mietet ftit jiem wara filwaqt li Rowley ħarġet mill-isptar kważi tliet ġimgħat wara. L-eks spija Russu u bintu rnexxielhom jibqgħu ħajjin wara li qattgħu aktar minn xahrejn l-isptar.

FTEHIM BIEX JIEQAF IL-ĠLIED FI TRIPLI In-Nazzjonijiet Uniti kkonfermaw li l-fazzjonijiet rivali fil-Libja waslu fi ftehim biex iwaqqfu l-ġlied fil-kapitali, Tripli. Fl-aħħar jiem inqatlu 47 persuna, u mal-1,800 familja spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom minħabba l-ġlied intern. Il-ġimgħa li għaddiet, il-ftehim biex il-fazzjonijiet rivali jieqfu bil-ġlied kien dam biss ftit sigħat. Intant, ġie rrappurtat li tul il-jum tal-Ħadd, mal-400 priġunier ħarbu mill-ħabs Ain Zara fin-Nofsinhar tal-kapitali Tripli. Kelliem għall-Pulizija Libjana ġie kkwotat jgħid li l-gwardjani tal-ħabs – li beżgħu għal ħajjithom – wara rvelli mill-priġunieri fl-istess ħabs, ma rnexxilhomx iżommu lill-ħabsin milli jsibu triqithom ’il barra.


R ID-DINJA

25

09.09.2018

kullhadd.com

6

L-AWSTRALJA

5 3

4

SEJBA TA’ KOKAINA MOĦBIJA FIT-TAKKUNA

6

Il-pulizija arrestaw lil Denise Marie Woodrum, Amerikana ta’ 51 sena, fl-ajruport ta’ Sydney wara li l-uffiċjali tad-dwana sabulha l-kokaina moħbija fit-takkuna u f ’oġġetti oħra li kellha fil-bagalja. Minkejja li ammettiet l-akkużi kollha miġjuba kontriha, hija qalet li sfat imqarraqa b’qerq online b’wegħda ta’ mħabba. Il-Maġistrat sab lil Woodrum kompliċi fl-operazzjoni. Missouri ġiet ikkundannata 7 snin u nofs priġunerija. Rebecca Neil, l-avukat ta’ Woodrum iddeskrivietha bħala persuna reliġjuża ħafna li kienet maqtugħa mid-dinja u li tqarrqet b’wegħda ta’ mħabba online.

5 4

IL-ĠAPPUN

L-INDJA

TMIEN PERSUNI MEJTA WARA TERREMOT

SESS BEJN PERSUNI GAY ISSA HUWA LEGALI F’verdett storiku, il-qorti suprema Indjana qalet li relazzjonijiet omosesswali mhux se jibqgħu meqjusin reati kriminali fil-pajjiż. Dan imur kontra ġurament tal-2013 li kien qed iqis is-sess bejn persuni gay bħala offiża. Il-liġi tal-Indja hija waħda mill-eqdem liġijiet fid-dinja li kienet tikkriminalizza s-sess bejn persuni gay, tant li l-Istat ma kienx daqstant lest li jgħaddi din il-liġi l-ġdida. Minkejja dan, il-poplu Indjan mexxa kampanja kontinwa biex din il-liġi taqa’.

Il-gżira Ġappuniża ta’ Hokkaido ntlaqtet minn terremot qawwi li ħalla minn tal-inqas tmien persuni mejta u għexieren mitlufa. It-terremot b’qawwa ta’ 6.7 fuq l-iskala rikter qata’ l-provvista tal-elettriku għal 3,000,000,000 residenza u ħalla ħsara f ’impjant tal-enerġija. Bosta djar iġġarrfu hekk kif apparti t-terremot kien hemm valangi tat-tajn. L-aġenzija meteoroloġika Ġappuniża saħqet li t-terremot ma ħoloq l-ebda riskju ta’ tsunami.


26

09.09.2018

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

J. CUTAJAR - ĦAŻ ŻEBBUĠ

TISLIBA 241 Mimdudin:

Bi 3 Numri 090 111 127 243 300 409 423 598 850 991 999 B’4 Numri 0274 0474 0815 1136 1344 1384

1977 2124 2770 3509 3707 4044 4124 4615 4866 4912 5056 5423 5630 5682 5700 5733 6453 6583 6708 7034 7180 7444

711501 795246 893831

7115959

1. 4. 7,23. 9. 10. 12. 16. 18. 19. 20. 21. 23. 24.

Immur fuq (5) Naħmu fih (4) Kewkba (6) Żmien (3) Jintlibes fir-ras (6) M’għandux ġid (6) Kunjom (3) Nota mużikali (2) Ara 11 Għanna (5) Frott (3) Ara 7 Ara 3

Weqfin: 1. Kompli l-qawl: Dar is-sultan: min tiela’ u min ......... (6) 2,13. Ma nżammx (6) 3.24. Kunjom (8) 5. Oreste Borg Barthet (1,1,1) 6,21W. Nieħu nħallas (6) 8. Pajjiż Ażjatiku (9) 11,19. Itlaq! (5) 12,22. Jixgħel dan (5) 13. Ara 2 14. Ħjiel? (6) 15. Kanna (6) 17. Mhux riċenti (3) 21. Ara 6 22. Ara 12 wieqfa

8104 8144 8182 8219 8249 8479 8740 8794 8828 8908 8980 9264 9484 9917

46210 47519 48278 48494 52249 58622 66892 70717 70744 74095 77508 77891 90249 91803

B’5 Numri

B’6 Numri

Mimdudin:

Weqfin:

04114 05588 05861 10639 41292

014509 073609 124591 389771 528461

1.Ġdida, 4.Ganċ, 7,9.Jtiru, 10.Kantun, 12.Jiskot, 16.IOG, 18,23.Sikwit, 19,21W. Wirtek, 20.Bajja, 24.Titla

1.Ġriewi, 2.Ilu, 3,11.Ajkli, 5.Att, 6,21 mimduda. Ċentru, 8.Tankijiet, 12,17.Jgorr, 13.SSA, 14.Twapet, 15.Trabba, 22.Uri

B’7 Numri 3589279 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADDA

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA


27

09.09.2018

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Il-kaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. Innumru huwa indikazzjoni tattotal ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib ilkumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10 11 12

13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26


28

09.09.2018

kullhadd.com

MIFSUD BONNICI: IL-PN QALA’ DAQQA OĦRA FIL-KREDIBBILTÀ B’EGRANT • IKTAR MESSAĠĠI ĊARI LIL SIMON BUSUTTIL U SĦABU • JGĦID LI DELIA QED JIRNEXXILU JOQTOL L-ILJUNI Id-Deputat Nazzjonalista u Eks Ministru Carm Mifsud Bonnici ddikjara li l-Partit Nazzjonalista qala’ daqqa ta’ ħarta fil-kredibbiltà wara l-inkjesta Egrant. F’artiklu fuq il-blog tiegħu b’tifħir għall-Kap Adrian Delia, Mifsud Bonnici ħareġ għonqu għall-Kap bil-messaġġ ċar li ma jistax jaħti hu għan-nuqqas ta’ popolarità li għandu l-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt Mifsud Bonnici kiteb li l-Kap daħal għal għadma iebsa. “Iebsa għax il-partit, blaħħar telfa elettorali tiegħu, kien qala’ daqqa ta’ ħarta qawwija. Illum iktar u iktar b’saħħitha dik id-daqqa fil-kredibbiltà tal-messaġġ tiegħu wara r-rapport maġisterjali dwar il-kwistjoni ta’ Egrant,” kiteb Mifsud Bonnici li dakinhar li f ’Lulju ħareġ ir-rapport Egrant kien wieħed mill-persuni li fl-immedjat tkellem magħhom Adrian Delia. Tant li kien deher ħiereġ mid-Dar Ċentrali fil-ħinijiet ta’ qabel il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha ħabbar li Simon Busuttil kellu jkun sospiż mill-Partit Nazzjonalista. Sospensjoni li kellu jirtira minnha wara l-inkwiet li nqalagħlu fil-grupp parlamentari.

U Mifsud Bonnici kellu messaġġ ukoll lejn dawk li issa ilhom żmien jagħmlu l-ħajja tal-Kap diffiċli. “B’partit li ntilef tant fil-kampanji elettorali interni tiegħu, b’pożizzjonijiet u diskors żejjed. Pożizzjoni li tant

Għadna naraw, sa ftit ilu, kemm għadna ma fhimniex kemm huwa importanti li l-kapitlu jagħlaq lilu nnifsu

saħnet fix-xejn li kompliet għaddejja wara. Għadna naraw, sa ftit ilu, kemm għadna ma fhimniex kemm huwa importanti li l-kapitlu jagħlaq lilu nnifsu,” qal Mifsud Bonnici li bagħat il-messaġġ ukoll li wieħed irid jaċċetta li “kellu opinjoni mod, imma seħħ mod ieħor.” “Biss, f ’dan kollu trid tkun qiegħed tagħmel ġudizzju politiku żbaljat u maqtugħ biex taħseb u tippretendi minn dan il-partit li f ’inqas minn sena mill-bidla li seħħet ikun qiegħed jiġbor kunsens elettorali qawwi,” żied Mifsud Bonnici. L-Eks Ministru deher ċar li qed jitkellem dwar dawk li fil-Parlament ikunu bilqiegħda madwaru iktar milli għal dawk ta’ faċċata tiegħu. Jiftaħar fl-artiklu li ma daħalx dan l-aħħar fil-politika u żied li qed “jikkumbatti u joqtol l-iljuni.” Finalment jagħmilha ċara li “Hu l-Kap” b’referenza diretta lejn Adrian Delia u f ’ammissjoni li fil-Partit Nazzjonalista għad hemm min qed jikkontesta dan kollu.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.