KullĦadd_08.08.2021

Page 1

Rapport f’paġna 11

Il-Ħadd, 8 ta’ Awwissu, 2021

Ħarġa Nru 1,465

Prezz €1

ISSOSTNI L-AĦJAR RATING GĦAL MALTA

RIĠENERAZZJONI TA’ PORT GĦAL KULĦADD

Rapport f’paġna 9

TUMAKKA OĦRA LIL TA’ DELIA Wara 12-il sena fit-tmexxija tar-Reġjun t’Għawdex, Samuel Azzopardi se jkollu jċedi postu. Dan wara li, f’elezzjoni interna li saret ilbieraħ, il-Partit Nazzjona­ lista għażel kandidat ġdid biex jikkontesta l-kariga fil-ġerarkija tal-gvernijiet reġjonali. Sorsi interni fil-PN, li tkellmu mal-KullĦadd, qalu li huma aktar minn konvinti li kien hemm block vote kontra l-Eks Sindku tal-Belt Victoria. Hu magħruf sew li Azzopardi jagħmel parti mill-fazzjoni ta’ Adrian Delia, tant li fil-kontestazzjoni għat-tmexxija tal-Partit is-sena l-oħra kien jintbagħat fuq il-midja jiddefendi t-tmexxija tiegħu, waqt li jattakka l-konġura mill-establishment l-antik. Tkompli f’paġna 9

DJAR TAL-ANZJANI TAĦT “GĦAJNEJN” SISTEMA TAL-AI B’KONFORMITÀ MA’ STANDARDS ĠODDA, L-AWTORITÀ GĦAL ĦARSIEN SOĊJALI SE TIBDA TIĠI AVŻATA MINNUFIH BI PROBLEMI FI DJAR RESIDENZJALI BL-UŻU TA’ INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI, MINFLOK TISTENNA RAPPORTI FL-AĦĦAR TAX-XAHAR

Fl-impenn li ssaħħaħ il-kura u l-ħarsien lir-residenti fid-djar tal-anzjani, l-Aw­torità ta’ Standards għal Ħarsien Soċjali se tkun qed tintroduċi sistema ta’ “intelliġenza soċjali 5D” li tinforma­ ha minnufih bi problemi partikolari, inkluż kull nuqqas ta’ osservanza ta’ regolamenti jew il-livelli mixtieqa. Is-sistema bl-użu ta’ intelliġenza ar­ti­­­fiċjali se tkun qed tallarma lill-Awtorità b’mod kontinwu u f’ħin reali, waqt li tagħti stampa ħolistika ta’ kull dar. Rappreżentanti fid-djar se jkunu responsabbli li jirrapportaw fis-sistema online lmenti jew pariri mill-anzja-

ni nfus­hom, qrabathom, tobba, ħaddiema u min jipprov­di l-istess servizz. Sal-lum l-Awtorità trid toqgħod tistenna r-rapporti li jaslulha fl-aħħar ta’ kull xahar biex tibda tevalwa sitwazz­­­ jonijiet partikolari u taġixxi fuqhom, bir-riżultat li ħafna drabi jkunu għaddew diġà numru ta’ ġimgħat. Dan ma jinvolvix ukoll reati, li minnaħa l-oħra jgħaddu għand il-Pulizija. F’kummenti lil din il-gazzetta, il-Kap Eżekuttiv il-ġdida tal-Awtorità, Dr Angele Ellul Fenech, stqarret li “għand­­­ na sfidi ġodda biex inkomplu nilħqu l-għanijiet tagħna – li nsaħħu l-ħar-

sien soċ­jali u l-kwalità ta’ ħajja aħjar ta’ per­suni vulnerabbli. Nemmnu li t-tek­ noloġija tista’ tgħin fis-settur u għalhekk qed inkomplu ninvestu f’sistemi tat-teknoloġija tal-informatika.” Il-KullĦadd hi infurmata li s-sis­tema tpoġġi lil Malta fuq quddiem ma’ stati oħrajn Ewropej li mexjin lejn sistema simili fis-servizzi ta’ ħarsien soċjali. Sus­segwentement din tkun tista’ tintuża għal ser­vizzi oħrajn simili fejn il-kwalità tanġibbli tas-servizz tkun ibbilanċjata b’valur tajjeb għall-flus. Tkompli f’paġna 4


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.