www.kullhadd.com Il-Ħadd, 8 ta’ Jannar, 2017
Ħarġa Nru 1,226 Prezz €1
Il-Ministru Owen Bonnici żvela li l-eks Ministru Jason Azzopardi kien wiegħed “kompromess” lil Żaren Vassallo dwar l-art tal-Löwenbräu f’Ħal Qormi. Kompromess li minnu l-Gvern spiċċa tilef iktar minn €7,000,000. F’reazzjoni deskritta “isterika” Jason Azzopardi ċaħad u qal li se jagħmel libell, iżda Bonnici insista li dak li żvela huwa ġuramentat u qallu “be my guest.” B’hekk qed tkompi titħabbel il-kobba wara dan id-deal li l-Awditur Ġenerali kellu kliem ta’ kundanna għalih u b’rabta miegħu qal li Azzopardi għandu responsabbiltà x’jerfa’.
DAK
L-ABBUŻ TEMMILHA L-APTIT TAL-ĦAJJA
Tfajla ta’ ftit iktar minn 20 sena li fi tfulitha kienet vittma ta’ abbuż sesswali rrakkontat mal-gazzetta KullĦadd kif ħadet żmien twil biex irkuprat minn din it-trawma. Għalkemm mhux kollox ward u żahar tgħid li llum hija determina li f ’ħajjitha tagħmel id-differenza. “Wara li pruvajt inneħħi ħajti darbtejn, ma nafx x’ġara qisni qomt minn raqda twila u rrealizzajt li ma jistax ikun nibqa’ sejra hekk. Diġà kien hemm min prova jkissirni u ddeċidejt li nieħu t-terapija meħtieġa,” qalet f ’intervista li fiha fetħet qalbha dwar dak li għaddiet minnu. Ara paġni 8 u 9
Ara paġna 5
X’ISEM HU?
Mitt bniedem mitt fehma u jekk hemm xi ħaġa li fiha din il-frażi tgħodd mingħajr ebda dubju hija dik dwar l-ismijiet tat-trabi. Fl2016 kien hemm min semma lil uliedu Domino Ice, jew inkella Jaffar Ali. Reġgħu ma naqsux dawk l-ismijiet twal u kemxejn ikkumplikati li ma tantx iħobbu l-għalliema bħal Danzaya, Shazaleah u Shezloan. F’artiklu li jniżżel l-iktar ismijiet li spikkaw Claire Azzopardi provat tiskopri ftit x’hemm wara l-għażla ta’ bosta ismijiet li ntgħażlu fl-2016. Nissuġġerulek taqrah, forsi tieħu xi ħjiel. Ta’ xiex? Ta’ x’għandek issemmi, jew aħjar ma ssemmix! Ara paġna 3