NILTAQGĦU MA’ MIN IMEXXI L-ĦABS Ara paġni 4 u 5
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 7 ta’ Awwissu, 2016
Ħarġa Nru 1,204 Prezz €1
MIDDLE CLASS ĠDIDA BIL-PROVI
INVESTIGAZZJONI DWAR IR-RATI TAL-KIRJIET...
Żdiedu b’iktar minn 5,000 dawk li f ’pajjiżna jaqilgħu bejn €20,000 u €30,000 – żieda ta’ 14% fuq il-bidu ta’ din il-leġiżlatura. Dan fl-istess ħin li naqsu b’iktar minn 4,000 dawk li jaqilgħu taħt l-€10,000. Ekonomisti li tkellmu mal-gazzetta KullĦadd spjegaw kif dan huwa xhieda ta’ kemm qed jilħaq nies it-tkabbir ekonomiku li qed jesperjenza pajjiżna. Ara paġna 7
KWAŻI D-DOPPJU • F’ĊERTI KAŻI ŻDIEDU B’IKTAR MINN 50% • ŻDIEDU L-IKTAR FEJN IFITTXU L-BARRANIN • JIRRIŻULTA LI TOLQOT SEZZJONI MHUX KBIRA TA’ MALTIN
Id-diskors dwar kif żdiedu r-rati tal-kirjiet f ’pajjiżna mhuwiex perċezzjoni. Investigazzjoni ta’ din ilgazzetta tikkonferma kif f ’ċerti lokalitajiet, dawk l-iktar imfittxija mill-barranin, ir-rati rduppjaw f ’ħames snin biss. Hemm każi fejn dak li kien jinkera bi €300 illum qed jaqbes is-€600, u dak li kien jiswa €500 iqarreb l-€1,000. Analiżi tal-gazzetta turi kif, imqabbla ma’ pajjiżi oħra, il-Maltin mhumiex fost l-iktar li jikru, iżda
ekonomista li tkellem magħna sostna li dik ilminoranza li qed tiffaċċja din ir-realtà iebsa ma tistax tkun injorata u għalhekk kien f ’waqtu l-kumment tal-Prim Ministru fl-aħħar ġimgħat meta qal li l-Gvern huwa konxju tas-sitwazzjoni u qed janalizza l-miżuri li jistgħu jittieħdu fi sfond iktar usa’ anke b’rabta mal-baġit. Ara paġna 2
DMUGĦ TA’ OMM KUNTENTA Omm li żewġ uliedha daħlu fid-dinja tax-xogħol kellha dmugħ ta’ ferħ meta mitluba tikkummenta dwar kif qed tħossha issa li t-tfal tagħha daħlu fid-dinja tax-xogħol. Doris sostniet li tinsab kuntenta ħafna għax issa tista’ sserraħ rasha li wliedha qed jaħdmu u mhux se tarahom aktar jinkwetaw minħabba l-biża’ li s-soċjetà qatt ma kienet se toffrilhom ċans. “Rajt differenza kbira fi wliedi għax, fejn qabel kellhom dipressjoni kbira fuqhom u anke saħansitra kienu jinfaqgħuli jibku, issa m’għandhomx għalfejn jagħmlu aktar hekk għax jinsabu kuntenti fix-xogħol tagħhom,” qalet l-omm. Ara paġna 3
IMXEJNA TLIET KWARTI TAT-TRIQ Beda xogħol, u f ’ħafna każi tlesta, fuq 75% tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista u li bih il-Gvern qed jamministra l-pajjiż. Stqarr dan id-Deputat Prim Ministru Louis Grech f ’intervista mal-gazzetta KullĦadd li fiha tkellem dwar għadd ta’ temi oħra, fosthom il-Presidenza ta’ Malta talKunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll it-trasparenza u l-governanza. Bl-iktar mod dirett ma jiddejjaqx jgħid fejn żbalja l-Gvern. Meta mistoqsi dwar għaliex jaħseb li l-Gvern jibqa’ l-iktar fdat, jistqarr li dan għax meta jibbilancja jsib li fil-verità l-verdett huwa wieħed pożittiv u l-ġid qabeż bilbosta n-nuqqasijiet li seta’ kien hemm. “Il-fiduċja trid taħdem għaliha u n-nies jafu li mhux se noħduha for granted. Nafu li għamilna ħafna miżuri li għamlu differenza u taw valur miżjud. Allura n-nies huma kuntenti darba għal dejjem? Le. Trid tibqa’ tiġġieled kontinwament biex tiggwadanja l-fiduċja u r-rispett tan-nies,” qal id-Deputat Prim Ministru mal-KullĦadd. Ara paġni 8 u 9