Kullhadd 07 05 2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 7 ta’ Mejju, 2017

INVESTIGAZZJONI TAL-KULLĦADD

Ħarġa Nru 1,243 Prezz €1

PAGI BIL-FRODI • JOHN ZAMMIT, L-EDITUR POLITIKU TAL-PN JITĦALLAS MINN FONDI EWROPEJ • SIMON BUSUTTIL JAF LI QED JIKSER IR-REGOLI, GĦALHEKK QED JIBŻA’ JMUR L-OLAF • F’IDEJNA GĦANDNA DOKUMENTI UFFIĊJALI LI JURU T-TBAŻWIR • SKEMA MAĦDUMA MA’ THERESE COMODINI CACHIA It-tieni parti ta’ investigazzjoni esklussiva minn din il-gazzetta turi li l-Partit Nazzjonalista għandu jaħdmu għalih nies li jitħallsu minn fondi Ewropej. Fondi li jkunu ngħataw għal għanijiet oħra. John Zammit huwa d-dell ta’ Busuttil fid-Dar Ċentrali; jiktiblu d-diskorsi, jikkordinalu l-messaġġ u jżomm kuntatt ma’ Daphne Caruana Galizia. Ara paġni 4 u 5

IL-PJAN TAL-PENSJONIJIET OGĦLA Ebda żieda fil-bolla jew l-età tal-irtirar, iżda żieda fiċ-ċekk tal-pensjoni li eluf ta’ anzjani jirċievu d-dar fl-aħħar tax-xahar. Dan hu l-pjan tal-Partit Laburista għall-pensjonijiet ippreżentat ilbieraħ mill-Prim Ministru li fisser kif ħafna pensjonanti se jirċievu żieda ta’ €8 fil-ġimgħa. Gradwalment se tingħata wkoll il-pensjoni sħiħa lir-romol kollha meta dawn jilħqu l-età tal-irtirar u se tkompli tissaħħaħ il-pensjoni tas-servizzi. Se tiddaħħal ukoll l-opportunità li l-pensjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-pulizija, tas-suldati u talħaddiema tal-protezzjoni ċivili jibdew jinħadmu fuq l-ogħla dħul preżenti jekk dan huwa ogħla minn dak li kellhom fis-servizz, jew bil-maqlub.

Dan filwaqt li se tingħata pensjoni tal-invalidità sħiħa lill-persuni li jkunu ġew iċċertifikati b’mard terminali. Kif ukoll se jiddaħħlu emendi legali li jassiguraw li f ’każijiet ta’ separazzjoni, divorzju jew tmiem ta’ koabitazzjoni, jipproteġu lill-partners li jkunu qattgħu żmien barra mid-dinja tax-xogħol biex jieħdu ħsieb il-familja. Iż-żieda fil-pensjoni hija waħda mill-ħames prijoritajiet tal-Partit Laburista f ’din il-kampanja elettorali. Ara paġni minn 7 sa 11.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Kullhadd 07 05 2017 by Kullħadd Editor - Issuu