www.kullhadd.com Il-Ħadd, 7 ta’ April, 2019
Ħarġa Nru 1,343 Prezz €1
RISPOSTA LI TGIDDBU L-MEP tal-PN, David Casa, reġa’ mar iħabbat il-bieb tal-Kummissjoni Ewropea biex ixewwex kontra Malta fuq il-viżi mill-Alġerija. Iżda, il-Kummissarju Dimitris Avramopoulos giddbu meta wieġbu li Malta għandha wieħed mill-iktar proċessi ibsin. U l-Kummissarju Ewropew mhux l-ewwel wieħed li ġab fix-xejn il-qlajjiet tal-PN. Din l-istorja hi waħda minn sensiela maħsuba minn uffiċjali tal-PN biex issir ħsara lil Malta lil hinn minn xtutna.
Ara paġna 3
REĠA’ KIXIFHOM L-ISPTAR MATER DEI
Ara paġni 4 u 5
JINFIREX IL-ĠID Fl-2018 pajjiżna nefaq 20% aktar fuq il-pensjoni minima nazzjonali milli kien jintefaq fl-2012. Fuq il-pensjonijiet għar-romol il-Gvern żied in-nefqa b’21%. Din hi prova b’saħħitha ta’ kif qed jinfirex il-ġid filwaqt li tonqos ukoll id-dipendenza soċjali. Sa dawn il-ġimgħat stess daħlu miżuri għall-pensjonanti tas-servizz li ħallew iktar flus fi bwiet l-anzjani.
Ara paġni 8 u 40
Is-“suspett” ta’ Claudio Grech reġa’ wera li mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ’l isfel, fejn tidħol good governance, il-Grupp Parlamentari tal-PN m’għandu ebda kredibbiltà. Illum insegwu l-każ tal-kuntratt tas-software pass pass.