KullHadd_07.01.2018

Page 1

70% TAT-TFAL BI SNIEN PROBLEMATIĊI

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 7 ta’ Jannar, 2018

Ħarġa Nru 1,278 Prezz €1

IL-VELOĊITÀ ŻEJDA BL-IKTAR PUNTI Fl-ewwel xahar minn meta pajjiżna daħħal is-sistema tal-punti marbuta mal-abbużi mir-regoli tas-sewqan, kienet il-veloċità eċċessiva li b’mod predominanti wasslet biex ix-xufiera kellhom punti mnaqqsa. Sa issa kienu kważi 3,000 li kellhom il-punti mnaqqsa.

Ara paġna 13

Riċerka ta’ esperti fost tfal Maltin uriet li 70% tat-tfal bejn it-3 u l-15-il sena għandhom problemi fis-snien, li saħansitra mhumiex konxji tagħhom. Għalhekk qed isir appell għal kampanja pubblika dwar is-suġġett. Ara paġna 4

L-AUM FIT-TRIQ MIFTIEHMA L-Università Amerikana ta’ Malta, l-AUM, iddikjarat li l-proġett tagħha f’pajjiżna huwa miexi skont l-obbligi li joħroġu millkundizzjonijiet biex ingħatat liċenzja ta’ università mill-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla (NCFHE) u awtoritajiet oħra. Fi stqarrija l-AUM irreferiet għal rapport dwar bidliet fil-ħaddiema u qalet li minn din il-ġimgħa daħlu jaħdmu akkademiċi ġodda. “L-Università għandha full complement f’dan l-istadju talproġett,” qalet l-istqarrija tal-Università. “B’dan l-ingaġġ, l-AUM se tgawdi minn staff akkademiku tal-ogħla kalibru inkluż gradwati b’PhD minn universitajiet rinomati madwar l-Ewropa, irRenju Unit, l-Istati Uniti u l-Awstralja,” qalet l-AUM f’ġimgħa fejn l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni kontra l-proġett. Mozzjoni li, kif tanalizza din il-gazzetta din il-ġimgħa, tinjora r-rekwiżiti tal-kuntratt. Tkompli f’paġna 10

KAMRA “TISWA” €80,000 F’SENA

NAQSU L-KAWŻI ĊIVILI PENDENTI Is-sena li għaddiet reġgħet kienet sena oħra fejn fil-Qrati Ċivili nqatgħu iktar kawżi milli daħlu. B’hekk komplew jonqsu l-kawżi ċivili pendenti, tant li meta mqabbla ma’ ħames snin ilu hemm 17% inqas. Ara paġna 7

Studju li sar fl-aħħar xhur dwar il-boutique hotels fil-Belt Valletta u li qed ikun punt ta’ referenza għal diversi investituri juri li kamra waħda f ’Boutique Hotel fil-kapitali ta’ pajjiżna tista’ tħalli qligħ ta’ madwar €80,000 fis-sena. U dan meta jsiru stimi fuq prezzijiet medji u mhux biss fuq dawk magħrufa bħala high season. Dan jispjega l-ġirja li hemm biex fil-Belt Valletta jinkisbu palazzi u proprjetajiet kbar bil-għan li jinbidlu f ’dawn it-tip ta’ lukandi intimi u lussużi li dan ix-xahar mistennija jkunu wkoll imballati minħabba l-festival tal-barokk. Ara paġna 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.