www.kullhadd.com Il-Ħadd, 5 ta’ Novembru, 2017
Ħarġa Nru 1,269 Prezz €1
RIED JAGĦMEL L-IKBAR FUNERAL TA’ FAMILJA WAĦDA F’MALTA
Dettalji ġodda u xokkanti dwar l-allegat każ ta’ vjolenza domestika minn Roddy Williams misSeychelles fuq martu Natalie jikkonfermaw kemm dik ta’ din il-ġimgħa kienet esperjenza tal-waħx. Wara li ħataf lill-mara ta’ 46 sena u sakkarha f ’kamra taħt l-art fil-Kalkara għal tlett ijiem, Roddy kien imur spiss ħdejha u jabbuża mid-droga. Il-KullĦadd tista’ tiżvela li darba minnhom heddidha li joqtol lil missierha, lil uliedha u lilha biex ikun jista’ jagħmel l-ikbar funeral ta’ familja waħda f ’Malta. Tkompli f’paġna 9
DEAL OR NO DEAL, DELIA? • ADRIAN DELIA MA JAFX HUX SE JĦALLAS IT-TAXXA SAL-AĦĦAR TAS-SENA
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qed jgħid li sal-aħħar tas-sena jrid ikun għamel ftehim biex jibda jħallas ittaxxa li ma ħallasx tul is-snin. Però issa mhux ċar jekk hux se jkun qed iħallas ukoll it-taxxa kif imwiegħed iktar qabel għax ir-riżorsi għandhom il-limitu tagħhom. Naturalment, hu jippreferi jħallashom f’daqqa għax skont skema tad-Dipartiment tat-Taxxi hekk ikun qed jiffranka mill-imgħaxijiet li saħansitra qed jilmenta dwarhom għax fi kliemu huma għoljin. Għalkemm minn stħarriġ li għamilna jirriżulta li anke dwar kemm huma dawn l-imgħaxijiet kellu żball. Tkompli f’paġna 6
IL-PARTIT MHUX “DAWK IL-ĦDAX” • ADRIAN DELIA JIRRITALJA F’DISKORS BL-GĦAJJAT U AGGRESSIV F’ĦAL TARXIEN
• JGĦID LI CHRIS SAID TELAQ GĦAL RASU U JINDIKA LI SIMON BUSUTTIL MESSU RRIŻENJA F’Ħal Tarxien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, irritalja għall-attakki kontra tiegħu u għamilha ċara li l-Partit Nazzjonalista mhux “dawk il-ħdax” b’referenza ċara għad-deputati li qed jaħdmu kontra tiegħu u li qed jitkellmu dwar il-mument opportun biex iqaċċtuh ’il barra. Delia talab l-appoġġ tal-partitarji biex id-deputati mbagħad isegwu jekk jarawhom magħqudin miegħu. Iżda, id-deputati ma tantx jidhru li se jisimgħu. Illum nistgħu niżvelaw ukoll il-ħsieb wara l-mozzjoni li ressaq Chris Said iktar kmieni din il-ġimgħa. Jekk tintlaqa’, se tikber il-pressjoni fuq Adrian Delia biex jirriżenja bl-argument li meta l-Prim Ministru talab inkjesta dwar allegazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia f’April li għadda, il-Partit Nazzjonalista kien talbu jirriżenja u hekk ikun mistenni jagħmel il-Kap tal-istess partit. Delia rreaġixxa billi lbieraħ qal li Said telaq għal rasu u żied li kieku kien Simon Busuttil, kien iwarrab.
SAL-AĦĦAR TAS-SENA: XOGĦOL FUQ 11-IL SIT TA’ HOUSING SOĊJALI
Ara paġna 3
Ara paġni 4 u 5