KullĦadd 07.06.2022

Page 1

Il-Ħadd, 5 ta’ Ġunju, 2022

40 SENA TA’ PANDEMIJA LI KEXKXET LID-DINJA Ħarġa Nru 1,508

Prezz €1

Rapport f’paġni 14 u 15

SPLUŻJONI FIL-KAMRA TAN-NAR TAL-MOSTA Ħadd ma weġġa’ serjament fil-Kamra tanNar 15 t’Awwissu, fil-limiti tal-Mosta, meta għall-ħabta tat-3:00 p.m. seħħet splużjo­ni qawwija li heżżet l-akkwati. Jirriżulta li filħin kien hemm 11-il persuna fuq il-post. In-nirien ikkawżaw numru ta’ spluż­jonijiet oħrajn iżgħar.

Ritratt: ONE NEWS

Rapport f’paġna 5

L-IMWEGĦDIN TA’ GRECH F’TELLIEQA BEJNIETHOM Fost l-interessati għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-PN hemm min qed jikkunsidra li jirtira minħabba li hu ddiżappuntat li l-Kap jew nies qrib tiegħu taw l-appoġġ fil-privat lil diversi persuni għall-istess pożizzjoni Rapport f’paġna 4

GALAVERSE …6,000 LEJL IBBUKKJATI Tlett ijiem ta’ spettaklu għall-gamers globali jaraw 800 parteċipant joqogħdu f’lukandi ewlenin fostna

Bejn għada u nhar l-Erbgħa li ġej iċ-Ċentru Malti għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali se jkun qed jinbidel f’ġenna għall-gamers minn madwar id-dinja kollha permezz ta’ Galaverse, meqjus wieħed mill-akbar avvenimenti fil-ġeneru tiegħu. Biex dan l-avveniment seta’ jittella’, pajjiżna se jiggwadanja minn soġġorn ta’ madwar 6,000 lejl ibbukkjati f’lukandi ewlenin, bejn organizzaturi, parteċipanti u VIPs mistednin. Skont is-sit elettroniku uffiċjali tal-organizzaturi Gala, li hi pjattaforma għallogħob virtwali fuq Blockchain, il-biljetti għad-dħul għal dawn it-tlett ijiem u l-ak­ko­modazzjoni inkluża bdew jinbiegħu għal $8,000 (€7,462) għal persuna waħedha u $14,800 (€13,800) għal żewġ persuni f’kamra waħda. F’Diċembru li għadda, Gala ħolqot dan l-ispettaklu bl-avveniment Galaverse li ttella’ għall-ewwel darba f’Las Vegas. Wara dak l-avveniment kien hemm stennija għas-sajf ta’ din is-sena meta kellu jsir Galaverse ieħor f’Copenhagen, id-Danimarka. Minflok, iżda, dan l-avveniment issa se jkun qiegħed isir f’pajjiżna fit-tlett ijiem li ġejjin. Għal dan l-avveniment uniku ġew mistiedna 800 persuna minn madwar id-dinja, kif ukoll numru ta’ VIPs. L-organizzaturi tal-avveniment, Volo Events Agency, u l-MFCC ilhom jaħdmu flimkien fuq il-proġett sa minn Frar li għadda. “L-avveniment se jkun qed ipoġġi lil pajjiżna fuq il-mappa dinjija ta’ postijiet fejn jistgħu jiġu organizzati dawn l-avvenimenti tal-ogħla livell. B’hekk inkomplu nesploraw ekonomikament il-vantaġġi li l-industrija tal-logħob virtwali tista’ toffrilna,” qalilna l-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, Silvio Schembri. Hu spjega li, biex organizzaturi ta’ avveniment bħal dan jagħżlu lil pajjiżna, ifisser li jkunu raw fi gżiritna, post kompetenti li għandu prodott x’joffri. “Mhux biss spazju fejn jista’ jittella’ avveniment ta’ din id-dimensjoni, iżda wkoll li kapaċi joffri pakkett sħiħ, minn akkomodazzjoni, restoranti, divertiment, eċċ. Irridu nibqgħu nħarsu lejn l-opportunitajiet li joffru għal pajjiżna avvenimenti bħal Galaverse … u bħala Gvern naħdmu flimkien biex nattiraw aktar minn dawn l-avvenimenti,” temm il-Ministru.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.