ĦARSA LEJN Iż-żarmar tal-power station tal-Marsa
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 5 ta’ Ġunju, 2016
Ara paġna 4
Ħarġa Nru 1,195 Prezz €1
Il-Prim Ministru f ’Jum l-Ambjent…
IRRIDU NKUNU KURAĠĠUŻI U IKTAR SENSITTIVI
F’kitba dwar l-ambjent, fost oħrajn dwar l-użu tal-art, il-Prim Ministru qal li din hija l-ikbar kunsiderazzjoni li għandu pajjiżna. F’artiklu fil-gazzetta KullĦadd f ’Jum l-Ambjent, li fih elenka l-viżjoni talGvern f ’dan is-settur għaż-żmien li ġej, ilPrim Ministru tkellem dwar kif il-Gvern seta’ kien iktar sensittiv f ’ċerti oqsma. “Iva, stajna konna aktar sensittivi, imma lanqas missejna frazzjoni mill-art verġni li l-Gvern ta’ qabilna miss u rrovina,” kiteb il-Prim Ministru. F’mument fejn qed tinbet kontroversja dwar applikazzjonijiet għal bini għoli f ’ċerti żoni ta’ Malta, il-Prim Ministru żied: “Irridu nkunu wkoll kurraġġużi u niddeċiedu sew fuq il-high rise bħala mudell għal pajjiżna, għal min irid jinvesti fid-dawl ta’ art limitata.” Għalkemm iċċara wkoll kif mhux għax xi ħadd ħolom b’idea se tiġri bilfors. “Qed ninnota li qed inkunu ġġudikati fuq applikazzjonijiet u mhux deċiżjonijiet,” kiteb il-Prim Ministru, li fisser kif f ’soċjetà demokratika kulħadd għandu dritt japplika. Intant, il-Prim Ministru ta wkoll eżempju wara ieħor ta’ kif f ’amministrazzjonijiet preċedenti l-art kienet arma elettorali, u wiegħed li mhux se jbiddel il-pjani lokali għax tkun ġejja xi elezzjoni biex jinqdew in-nies. Iżda l-art ma kinitx l-uniku tema flartiklu tal-Prim Ministru li qed ikun ippubblikat f ’paġna 6. Tkellem ukoll dwar l-arja nadifa, l-ilma u l-bijodiversità, fost bosta temi oħra.
MHUX MAGĦRUF GĦAX TAĦT L-ETÀ
Riċerka li għamlet is-soċjologa Dr Andreana Dibben uriet li jeżistu ostakli legali kbar li qegħdin iżommu liż-żgħażagħ milli jirreġistraw ruħhom bħala missier it-tarbija tagħhom. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ din l-istudjuża, flimkien ma’ Dr Veronique Dalli u Dr Anna Mallia, biex tifhem jekk dawn il-persuni humiex qegħdin jiġu mċaħħda mid-drittijiet fundamentali tagħhom u x’jista’ jsir biex il-kwistjoni tiġi indirizzata. Ara paġni 2 u 3
NAQSU L-KAWŻI PENDENTI F’GĦAWDEX
Ara paġna 6
Hekk kif issa ninsabu inqas minn ġimgħa bogħod biex il-Partit Laburista jeleġġi Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit ġdid, din il-gazzetta għamlet sensiela ta’ mistoqsijiet lit-tliet kandidati interessati f ’din il-kariga, jiġifieri lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici; lill-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona; kif ukoll liċ-Chairman talGHRC Stefan Zrinzo Azzopardi. Minkejja li l-kandidati kollha għandhom ideat b’saħħithom u differenti ta’ kif għandhom imexxu lill-Partit Laburista ’l quddiem, xi ħaġa komuni bejniethom hi dik li jħejju lill-Partit Laburista għal rebħa oħra fl-elezzjoni li jmiss.
Bidla fl-amministrazzjoni rat il-kawżi pendenti fil-Qorti ta’ Għawdex jonqsu bil-mijiet. Biex l-effetti fir-riforma tal-ġustizzja qed jinħassu fiżżewġ gżejjer. Bejn April 2012 u April ta’ din issena l-kawżi naqsu b’19% u t-tnaqqis kien mifrux kważi fuq il-qrati kollha. Dan it-titjib kien possibbli għax tjiebet dik magħrufa bħala clearance rate li tfisser li l-qrati qed jaqtgħu kawżi iktar milli jidħlu. Jirriżulta li flewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kienet esperjenzata waħda mill-iktar rati ta’ ħeffa f ’dawn l-aħħar snin biex ir-riżultati mistennija jkunu tajbin din is-sena wkoll.
Ara paġni 7-9
Ara paġna 11
TLIET KANDIDATI, ĦMISTAX-IL MISTOQSIJA