KullHadd_05.03.2017

Page 1

www.kullhadd.com

TINTEN!

Il-Ħadd, 5 ta’ Marzu, 2017

Ħarġa Nru 1,234 Prezz €1

L-INKJESTA TITKELLEM DWAR AFFARIJIET “STRAMBI” U DOKUMENTI LI “SPARIXXEW”

Analiżi tal-inkjesta dwar il-każ Capital One, fejn jissemma l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, titkellem dwar allegazzjonijiet mill-iktar serji. Jissemmew kontinwament dokumenti li “sparixxew” u affarijiet “strambi.” Fuq kollox jispikka l-messaġġ li “l-investigazzjoni ma tħallietx tissokta” u issa huwa stabbilit b’ċertezza li dan seħħ wara li tfaċċa isem Beppe Fenech Adami. Quddiem din is-sitwazzjoni l-Partit Laburista qed jitlob lill-Kap tal-Oppożizzjoni jieħu azzjoni fil-konfront tal-Viċi Kap tiegħu filwaqt li ntqal li Beppe Fenech Adami ntalab jispjega kif il-kont tiegħu tela’ għal miljun ewro fi żmien li kienu għaddejjin it-transazzjonijiet Capital One.

DE MARCO F’DIFFIKULTÀ Il-Viċi Kap Mario De Marco wkoll spiċċa f ’kontroversja. Għaliex filwaqt li l-kap tiegħu jattakka bl-aħrax l-investiment miljunarju li se jsir fuq l-art tal-ITS f ’San Ġiljan, hu serva bħala konsulent permezz tad-ditta legali tiegħu, xi ħaġa li qed jiddefendi bl-aħrax. Għax iddefenda s-sehem tiegħu f ’dan il-kuntratt, ħarġu jattakkawh Daphne Caruana Galizia li qalet li għandu jirriżenja, u Salvu Mallia, li qal li De Marco m’għandux prinċipji. Ara paġni 3-6

M’GĦANDUX KONTROLL!

L-INKWIET TA’ BEZZINA

Anke l-kwistjoni Toni Bezzina għadha mdendla. Filwaqt li prova jirbaħ il-ħin b’libell wara li żvelajna l-Ħadd li għadda li għamel applikazzjoni frodulenti biex jibni f ’ODZ u l-Kap appoġġjah fil-miftuħ, internament hemm pressjoni biex Toni Bezzina jitlaq. Intużaw editorjali ta’ gazzetti bl-Ingliż biex iwasslu l-messaġġ. Iżda, hu ma jridx jaf. Qed jargumenta li la ma telaqx Jason Azzopardi wara l-każ Löwenbräu, ma jitlaqx hu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.