KullHadd 04.12.2016

Page 1

Ħarġa Nru 1,221 Prezz €1

JUŻAWHA U RIDUHA

Paġni 16 u 17

ŻJARAT F’RITRATT

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 4 ta’ Diċembru, 2016

BLA EFFETT Żieda ta’ 80% fil-prezz internazzjonali taż-żejt minn Jannar li għadda ma nħassitx f’pajjiżna kawża tal-politika ta’ stabbiltà fil-prezz tal-fuel. Analiżi li saret għal gazzetta KullĦadd turi li fl-Unjoni Ewropea s-sitwazzjoni hi differenti fejn kien hemm żieda kemm fil-prezzijiet tal-fuel u anke f’dawk tal-enerġija.

• SIEĦEB BUSUTTIL RIED IKUN INVOLUT FIT-TMEXXIJA TAL-COMMUNITY WORK SCHEME • MADWAR 50 ĦADDIEM F’KUNSILLI TAL-PN

Ara paġna 10

ABBUŻ MAQBUD Il-Partit Nazzjonalista ħareġ jikkritika l- Community Work Scheme meta numru sostanzjali ta’ Kunsilli Lokali minn tiegħu jagħmlu użu minn din l-iskema li skont ilKap tal-Partit Nazzjonalista tħaddem bilprekarjat. Iżda, f ’tagħrif esklussiv li qed tippubblika l-gazzetta KullĦadd fil-ħarġa tal-lum jirriżulta wkoll li wieħed minn sħab Simon Busuttil kien involut f ’konsorzju li ried imexxiha. Dan is-sieħeb ta’ Busuttil, għal snin

twal anke fin-negozju, mhuwa ħadd għajr ilkandidat Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Stefano Mallia. Ilkonsorzju li kien jagħmel parti minnu Stefano Mallia ma rebaħx is-sejħa għaliex kien 20% iktar għali mill-offerta tal-General Workers’ Union li tmexxi l-iskema b’iktar drittijiet għall-ħaddiema. Ara paġna 5

Minn 10,200 investigazzjoni mis-sezzjoni kontra l-frodi fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, twaqqfu abbużi li l-valur tagħhom ilaħħaq it-€3,000,000. Dan bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena biss. Id-dipartiment qed ikompli jinvestiga bil-għan li l-Gvern ikollu f’idejh iktar fondi li jintefqu fuq min jixraqlu tassew. Ara paġna 11

INVESTIMENT MILJUNARJU IEĦOR FIS-SETTUR TAL-MANIFATTURA • DIN ID-DARBA L-KUMPANIJA NYLON KNITTING F’żoni industrijali u fabbriki mxerrda madwar il-pajjiż qed jissokta l-investiment fis-settur tal-manifattura, bil-gazzetta KullĦadd tista’ tiżvela li l-kumpanija Nylon Knitting għaddejja bi proġett ta’ €6.2 miljun. Dan biex tkompli ssaħħaħ il-manifattura tal-prodotti tagħha f ’pajjiżna. Aħbar li ssegwi dawk ta’ De La Rue u Crane Currency, fost oħrajn, li lkoll jikkonfermaw li s-settur tal-manifattura reġa’ sejjer tajjeb u jista’

jimpjega iktar nies. Nylon Knitting ilha f ’pajjiżna minn ftit tas-snin wara li pajjiżna kiseb l-Indipendenza. Il-kumpanija llum tbigħ l-prodotti tagħha madwar id-dinja u involuta fil-produzzjoni ta’ drapp li jintuża f ’applikazzjonijiet industrijali, kif ukoll bħala komponent fil-ħrieqi tat-trabi. Bil-għan li tibda tesporta l-prodotti tagħha direttament,

riċentament il-kumpanija għamlet investiment ta’ erba’ miljun ewro, biex twaqqaf dipartiment tal-irfinar (finishing department). L-investiment jagħmel parti minn proġett li jiswa madwar €6.2 miljun, li mistenni jitlesta fl-2018. Permezz ta’ dan il-proġett il-kumpanija, li f ’xi żmien neħħiet ħaddiema li kienu fuq kuntratt, mistennija li żżomm il-219-il ħaddiem impjegat magħha bħalissa.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.