KAŻ LIAM DEBONO
ĠLIEDA LI BDIET BIL-MESSAĠĠI
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 4 ta’ Novembru, 2018
Ħarġa Nru 1,321 Prezz €1
FID-DETTALL
TLIETA FATALI
• Nanalizzaw fid-dettall ir-rapport dwar it-tiġrif ta’ ajruplan f’Ħal Luqa li ħalla ħames persuni mejta… tliet problemi tekniċi setgħu kienu l-kawża Ara paġni 24 u 25
Ċentrali fl-investigazzjoni tal-pulizija b’rabta max-xebgħa li qala’ Liam Debono ilĠimgħa tard waranofsinhar hemm numru ta’ messaġġi permezz tal-midja soċjali. Skont tagħrif li ksibna minn imkejjen qrib l-investigazzjoni jirriżulta li l-kunflitt bejn Liam u dawk li affaċċjawh quddiem il-garaxx fejn jaħdem, f ’Ħal Luqa, kien ilu għaddej jiem. Jirriżulta li kien hemm theddid bil-messaġġi u għalkemm dan il-każ m’għandu x’jaqsam xejn ma’ dak fejn Debono saq fuq il-Kuntistabbli Simon Schembri jidher li dak l-episodju ssemma fit-theddid li kien għaddej. B’persuni jkunu mwissija li jaf jiġrilhom l-istess. Nifhmu li l-pulizija għandha f ’idha screen shots ta’ dawn il-messaġġi. Il-pulizija investigat dan il-każ b’mod immedjat u lbieraħ filgħodu kienet diġà bdiet tarresta n-nies, tant li fis-sigħat li ġejjin mistennija jitressqu numru ta’ persuni l-Qorti. Minn dak li
kiteb Liam Debono nnifsu fuq ritratt b’sidru barra u b’xi daqqiet jidhru li tella’ fuq Facebook jirriżulta li kienu ħamsa dawk li kkonfrontawh il-Ġimgħa filgħaxija. Nifhmu li lil dawn, il-pulizija ġabrithom kollha. ONE NEWS irrapporta lbieraħ li fost is-suspettati hemm minuri kif wara kollox hu Liam Debono nnifsu li għandu 17–il sena. Il-pulizija avvanzat sew ukoll fl-investigazzjonijiet mhux biss minħabba l-messaġġi iżda wkoll minħabba filmati ta’ CCTV li għandha f ’idejha.
X’DIFFERENZA!
• IL-ĦSIEB TAL-ANALISTI POLITIĊI
• IL-GAFFES LI ĊEKKNU L-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI • IL-KLIEM LI UŻAW IL-MEXXEJJA Delia għadu ’l bogħod milli jiżviluppa f’mexxej konvinċenti – Godfrey Grima
Ara paġni 8-11