www.kullhadd.com Il-Ħadd 4 ta’ Awwissu, 2019
Ħarġa Nru 1,360
Prezz €1
LANQAS FELĦU JIFIRĦULU • Analiżi tal-paġni uffiċjali fuq Facebook tad-Deputati tal-Partit Nazzjonalista turi kif wara li Delia rebaħ vot ta’ fiduċja, Deputati Nazzjonalisti sabu ħin jitkellmu dwar kollox minbarra l-konferma tal-Kap... sinjal ċar tal-problemi fil-Grupp Parlamentari. Il-midja soċjali li tant tintuża biex jitgħajru ma’ xulxin reġgħet kixfet kemm il-Grupp Parlamentari mhux komdu bil-Kap, li għandu iktar minn terz tal-kunsillieri li ma riduhx.
Ara paġna 5
ESKLUSSIVA
Ara f’paġna 28 min ma qal xejn u l-ftit li tkellmu x’qalu.
IPPROVOKA L-PULIZIJA BIEX JISPARAWLU L-akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia, li għebet 11-il sena ilu, seta’ wassal għall-ewwel każ ta’ suicide by cop f’pajjiżna. Dan qabel kien arrestat fuq serqa fil-Gżira. Suicide by cop hu meta bniedem jipprovoka l-pulizija b’mod li jistieden reazzjoni goffa u għalhekk itemm ħajtu. Fil-ħarġa tal-lum qegħdin nippubblikaw dettalji u ritratti esklussivi li juru kif quddiem il-provokazzjoni, il-pulizija aġixxiet b’kawtela u għamlet l-arrest li solva każ u tefa’ dawl fuq każ ieħor ta’ żmien ilu u li d-dettalji dwaru xxokkjaw pajjiż. Qed niżvelaw ukoll dettalji ġodda minn sorsi qrib l-investigazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi ta’ qabel il-qtil ta’ Farrugia u għaliex l-allegat qattiel Jean Paul Woods qatt ma kien investigat.
Central Link
STUDJU JURI LI MINA SSOLVI FTIT U TFALLI MALAJR ĦAFNA Ara paġna 7