MALTA BL-INQAS RATA TA’ QGĦAD FOST IŻ-ŻGĦAŻAGĦ FL-UE KOLLHA Il-Ħadd, 4 ta’ Lulju, 2021
Ħarġa Nru 1,460
Prezz €1
Rapport f’paġna 5
TURIŻMU “QAWWI” F’ĠUNJU Kien hemm żieda ta’ madwar 500 titjira u 60,000 passiġġier, minn qabel setgħu jżuruna vjaġġaturi mir-Renju Unit Fl-ewwel xahar mill-ftuħ mill-ġdid tas-settur turistiku f’pajjiżna, jirriżulta li l-għadd ta’ persuni li waslu fostna baqgħu jiżdiedu b’rata tajba ħafna, anke qabel l-ewwel wasliet mill-akbar suq għalina, dak Britta niku. Dan wassal biex kien hemm iżjed minn 880 titjira li waslu f’Ġunju biss, żieda ta’ madwar 500 fuq ix-xahar ta’ qabel. Sorsi qrib l-industrija, li rreferew għal ċifri ta’ wasliet irreġistrati sa nhar l-Erbgħa li għadda, qalu lill-KullĦadd li d-dħul ta’ passiġġieri u ajruplani iżjed milli rdoppjaw meta mqabblin mal-bidu tax-xahar.
L-indikazzjonijiet juru li l-wasliet tat-turisti fostna mistennija jkomplu jiżdiedu qatigħ matul Lulju, partikolarment bl-inklużjoni tal-Brittaniċi
COVID TEAM FINTA FIL-PN ID-DEPUTATA MARIA DEGUARA IMBARAZZATA META MISTOQSIJA DWAR IL-LAQGĦAT TAL-COVID TEAM … IL-KUMITAT LI WAQQAF IL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI NTUŻA BISS GĦAL PROPAGANDA POLITIKA It-tim ta’ azzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar ilCOVID-19 ma kien xejn għajr gimmick tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, tant li wara ftit ma baqax jiltaqa’ iżjed. Meta ħabbar dan it-tim, il-Kap Nazzjonalista kien qal li l-Gvern ma kellux pjan biex jiġġieled il-pandemija u għalhekk kellu jwaqqaf dan it-tim ta’ azzjoni fi ħdan il-Partit tiegħu. Il-KullĦadd tista’ tiżvela li dan it-tim ta’ politiċi aktar ma ltaqax milli ltaqa’ u, kif inhu sew magħ ruf, m’għamel l-ebda proposti konkreti fi kważi 10 xhur mindu tħabbar l-ewwel darba. Tkompli f’paġna 7
Tkompli f’paġna 4