KullHadd_04.02.2018

Page 1

www.kullhadd.com

TAWH KEDDA

Il-Ħadd, 4 ta’ Frar, 2018

Ħarġa Nru 1,282 Prezz €1

Adrian Delia ħa kedda li ma stenniex meta ġie biex jagħmel RESHUFFLE fix-shadow cabinet. L-ewwel ippretenda li jagħmel il-bidla billi jikkomunikaha BIT-TELEPHONE u wara li beda jċempel u jkollu reazzjonijiet NEGATTIVI, beda jsejjaħ għad-deputati d-Dar Ċentrali. Ħafna SABBTU SAQAJHOM u baqgħet ma saritx konferenza tal-aħbarijiet pjanata għall-bieraħ. Beppe Fenech Adami, Chris Said u Claudette Buttigieg MA ĊEDEWLUX u ħadu li riedu. Jason Azzopardi nnegozja xi ħaġa aħjar minn dak offrut u Toni Bezzina u Stephen Spiteri kienu fost l-aħjar li marru blgħażliet ta’ Delia. Iktar DETTALJI ESKLUSSIVI f’paġna 5.

GOUDER FIL-MIRA BĦAL BUTTIGIEG

• ĠIETU TAJBA WARA R-REAZZJONI NEGATTIVA • BUTTIGIEG MHUX SE TIEQAF HAWN Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder kien se jitkeċċa mill-impjieg mid-Dar Ċentrali bħalma ġralha Claudette Buttigieg. Għalkemm kien mgħarraf b’dawn il-pjanijiet, kollox waqaf wara li Adrian Delia u ta’ madwaru kellhom rispons negattiv immens fuq it-tkeċċija ta’ Buttigieg li kif qed niżvelaw illum għamlitha ċara li mhix se tieqaf hawn u saħansitra se tqajjem il-każ fil-grupp parlamentari. Ara paġna 7

ĠEJNA MALTA BIEX NIKBRU

Kumpanija ewlenija u internazzjonali fis-settur tal-farmaċewtika bl-isem ta’ PharOS ġiet Malta u ħadet l-impjant ta’ Arrow Pharm f’Ħal Far. Wieħed mis-sħab ta’ din il-kumpanija qal ċar u tond li lil Malta qed jarawha bħala lok fejn jikbru fissuq globali. Ara paġna 4

SENTENZI EĦREX FUQ STUPRU

Dawk li f ’pajjiżna jinstabu ħatja ta’ stupru se jaffaċċjaw sentenzi iktar ibsin, bil-minimu se jitla’ minn 3 għal 6 snin u l-massimu minn 9 għal 12-il sena. Filwaqt li hemm definizzjoni ġdida ta’ x’inhu stupru. Ara paġna 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullHadd_04.02.2018 by Kullħadd Editor - Issuu