IRDOPPJAW F’ERBA’ SNIN
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 3 ta’ Diċembru, 2017
Ħarġa Nru 1,273 Prezz €1
RIDUH JISSEJJAĦ MILL-PANA Deputati ta’ kontra Adrian Delia riedu li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista jissejjaħ quddiem il-kumitat PANA li ġie Malta fl-aħħar jiem. David Casa kellu pressjoni biex jirranġa, bir-raġuni tkun li quddiem il-kumitat, Delia jwieġeb għall-akkużi serji ħafna dwaru minn Daphne Caruana Galizia f’kitbiet li jsemmu l-prostituzzjoni u d-droga fost oħrajn. Casa, li fl-aħħar ġimgħat qal li hemm sħab iswed fil-PN, bagħat il-messaġġ li jaqbel. Però tenna li ma kienx se jirranġa għax ma riedx jirriskja jagħmel suwiċidju politiku għax in-Nazzjonalisti ma jaħfrulux u ma jivvutawlux. B’hekk Delia spiċċa ħelisha. Għalissa!
Illum hemm 3,500 persuna b’diżabilità fid-dinja tax-xogħol. Dan meta sal-2013 kien hemm madwar 1,700. Dan ifisser li l-politika tal-Gvern biex dawn il-persuni jkunu integrati fis-suq tax-xogħol qed tħalli l-frott. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien għamel din il-bidla bħala impenn ewlieni, bl-inizjattivi li ttieħdu, partikolarment mill-2014 ’il quddiem, kienu suċċess. Il-gazzetta KullĦadd tanalizza kemm huma dawk il-kumpaniji li għadhom iwebbsu rashom u tistaqsi x’passi se jittieħdu.
Ara paġna 6
Ara paġna 3
L-EWWEL ĠABRA GĦAL TA’ DELIA
Ċifri li qed nippubblikaw b’mod esklussiv fil-ħarġa tallum juru li l-ewwel ġbir ta’ fondi tal-Kap Adrian Delia se jmur primarjament biex jassigura s-salarji ta’ dawk tal-qalba li Delia tahom impjieg fil-Partit Nazzjonalista.
€90,000
€90,000
Bejn Pierre Portelli, Cylde Puli, Ivan Bartolo u Jean Pierre Debono biss għandu bżonn kważi €300,000 fissena. Imbagħad hemm ħatriet oħra u hu għadu ma eskludiex li jieħu l-paga doppja. Ara paġna 4
€60,000
€50,000