KullHadd_03.06.2018

Page 1

SE JINBIDLU Ċ-CHILLERS KOLLHA TA’ MATER DEI

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 3 ta’ Ġunju, 2018

Ħarġa Nru 1,299 Prezz €1

MAGĦKOM F’ARTKOM

Il-ġimgħa d-dieħla, l-Isptar Mater Dei se jaslulu seba’ chillers ġodda biex jieħdu post nofs dawk li hemm u li ilhom jaħdmu bla waqfien sa mill-ftuħ tiegħu. L-investiment fuq l-14-il chiller ilaħħaq is-€6.5 miljun u biex jitqiegħdu sebgħa f’posthom, ir-ring road tal-isptar se tkun magħluqa għal xi ħinijiet. Is-seba’ chillers l-oħra għandhom jinbidlu wkoll wara s-sajf. Żvela dan mal-gazzetta KullĦadd il-Kap Eżekuttiv ta’ Mater Dei, Ivan Falzon.

It-tiraturi Maltin lesti għall-ewwel Tazza tad-Dinja li se ssir f ’pajjiżna grazzi għall-investiment talGvern f ’shooting range ġdida. It-tazza tad-Dinja tibda nhar l-Erbgħa. Awguri.

Ara paġni 8 u 9

SE JERĠGĦU BIS-SELF SIGRIET Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jiġbor il-flus bliskema tas-self sigriet magħrufa bħala ċedoli. Anke jekk telqet Ann Fenech, l-iskema kontroversjali tagħha se tinżamm biddifferenza li Robert Arrigo, illum Viċi Kap, se jiftaħha iktar biex ferm iktar nies ikunu jistgħu jsiru parti minnha. Qabel l-iskema kienet titlob €10,000 minn kull persuna u issa wieħed se jkun jista’ jsellef inqas, pereżempju €5,000.

Ara paġna 4

VIŻJONI WAĦDA, GVERN WIEĦED

Suppliment Speċjali Sena Minn Mandat Ġdid

Ara paġni 13 - 44


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.