36 03|04|2016
kullhadd.com
SPORTS
IL-PREMIER LEAGUE MALTI VALLETTA 2 TARXIEN 0
PEMBROKE 0 SLIEMA W. 2
NAXXAR L. 2 MOSTA 1
BALZAN 1 ST ANDREWS 0
Ritratti: STEPHEN GATT
VALLETTA AKTAR VIĊIN IT-TITLU
Triston Caruana (T) u Llywelyn Cremona (V)
Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Hibernians Stadium it-tim ta’ Valletta kompla javvanza biex jirbaħ it-23 kampjonat fl-istorja tiegħu b’rebħa konvinċenti fuq Tarxien bl-iskor ta’ 2-0. Kienu proprju Valletta li ħolqu l-ewwel azzjoni meta free-kick ta’ Rafael Ledesma u x-xutt fil-baxx ta’ Federico Falcone għadda ftit barra. Fid-29 minuta azzjoni oħra għat-tim Belti meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Ryan Camilleri l-ballun għadda ftit għoli. Fid-39 minuta kien hemm azzjoni oħra tal-istess tim meta minn xutt ieħor ta’ Ledesma, il-ballun reġa’ mar barra. Ftit qabel ma ntemmet l-ewwel taqsima, Valletta marru viċin li jiżblokkaw ir-riżultat ftit qabel intemmet l-ewwel taqsima meta daqqa ta’ ras ta’ Jhonnatan Benites de Conceicao maqlugħa minn fuq il-linja minn Daniel Zerafa. Fit-tieni taqsima kienu proprju Valletta li marru fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Llywelyn Cremona lejn Abdelkarim Nafti, dan ikkrossja lejn Federico Falcone li minn qagħda tajba kkonkluda fix-xibka. It-tieni gowl ta’ Valletta wasal, żewġ minuti wara, proprju fil-50 minuta meta minn lob minn barra l-kaxxa ta’ Nafti qarraq bil-gowler Cassar u l-ballun spiċċa fix-xibka. Fil-55 minuta Valletta ħoloq azzjoni oħra minn free-kick ta’ Benites u daqqa ta’ ras ta’ Jonathan Caruana għaddiet ftit għoli. Valletta setgħu skurjaw gowl ieħor meta Benites ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Ebiabowei Baker, ir-referee ordna penalty iżda x-xutt mill-11-il metru ta’ Rafael Ledesma ħabat ma’ sieq il-lasta. L-ewwel azzjoni ta’ Tarxien waslet fid-69 minuta meta minn corner, xutt ta’ Alex Nilsson għadda ftit barra. Azzjoni oħra fid-89 minuta ta’ Tarxien waslet meta xutt ta’ Triston Caruana kien imdawwar għal corner minn Henry Bonello. Referee Malcolm Spiteri
SLIEMA LURA GĦAR-REBĦ
Andrea Cassar ( T) u Matias Falcone Federico
Fl-ewwel partita li kien hemm ilbieraħ fil-Victor Tedesco Stadium Sliema għelbu lit-tim ta’ Pembroke bl-iskor ta’ 2-0. Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel azzjoni tal-partita meta fir-4 minuta kellhom free-kick dirett ta’ Denni Rocha Dos Santos li kien imbiegħed faċilment mid-difensuri ta’ Pembroke. L-ewwel azzjoni ta’ Pembroke waslet wara kwarta logħob meta minn free-kick ta’ Paltemio Barbetti, dan qassam il-ballun lejn Manolito Micallef li ra l-konklużjoni tiegħu bir-ras tgħaddi ftit għoli. Fit-18-il minuta kienu Sliema li marru fil-vantaġġ meta cross ta’ Gary Muir, il-ballun wasal f ’saqajn Jean Paul Farrugia li kkonluda fil-baxxa wara l-gowler ta’ Pembroke. Fis-36 minuta kien hemm free-kick ieħor, din id-darba ta’ Pembroke, li kien mogħti minn Barbetti bil-ballun jasal għand Owen Bugeja li ħa l-ballun bir-ras u dan għadda jħakkek maxxibka. Azzjoni oħra għal Sliema waslet fit-42 minuta meta minn corner ta’ Dos Santos, il-ballun spiċċa f ’saqajn Mark Scerri li x-xutt tiegħu spiċċa ferm għoli mil-lasti ta’ Muscat. Ftit qabel intemmet l-ewwel taqsima, Sliema resqu viċin li jirduppjaw l-iskor meta fl-44 minuta free-kick mogħti fil-qasir lejn Dos Santos b’dan jipprova x-xutt minn barra l-kaxxa iżda l-ballun ġie mdawwar f ’corner mill-gowler Mario Muscat. Sliema reġġgħu kienu perikolużi permezz ta’ Dos Santos meta dan bidel il-ballun ma’ Farrugia, b’dan tal-aħħar ipprova jikkonkludi darbtejn, biż-żewġ azzjonijiet ikunu salvati minn Muscat. Ftit qabel ma ntemmet il-partita, preċiżament fis-86 minuta, Aiden Friggieri qassam lejn Denni li pprova jikkonkludi, iżda laqat il-ballun ħażin b’Muscat salva faċilment. Fid-89 minuta kien cross ta’ Friggieri bil-ballun jasal għand l-istess Farrugia li bir-ras qassam il-ballun lejn Dos Santos u li x-xutt tiegħu mill-kaxxa ż-żgħira għeleb u kkonkluda fix-xibka għal skor finali ta’ 2-0.
Jean Paul Farrugia (S) u Owen Bugeja (P)
Gustavo Vallalobos (P) f ’konfront ma’ Marko Potezica (S)
IL-PREMIER LEAGUE MALTI
Referee: Glen Tonna
KLASSIFIKA
Valletta Balzan Hibernians Birkirkara Floriana Tarxien R. Sliema W. Mosta Pembroke A Naxxar Lions St. Andrews Qormi
L R D T F K +/- Pti 29 24 2 3 66 23 +43 48 29 19 5 5 63 27 +36 40 28 19 7 2 76 28 +48 39 28 17 6 5 56 26 +30 36 28 16 4 8 49 31 +18 33 29 13 8 8 52 27 +25 29 29 9 6 14 41 47 -6 21 29 9 7 13 36 50 -14 19 29 8 5 16 39 51 -12 17 29 5 2 22 24 86 -62 10 29 2 3 24 23 81 -58 7 28 2 3 23 22 70 -48 5
LOGĦOB GĦAL-LUM
Stadium Nazzjonali Birkirkara v Qormi Hibernians v Floriana
16.00 18.00