DALWAQT KONKLUŻ IL-PJAN NAZZJONALI TAL-ILMA
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 3 ta’ April, 2016
Ħarġa Nru 1,186 Prezz €1
SE JIBDA X-XOGĦOL
JIRRIŻENJA ALBERT FENECH Il-Professur Albert Fenech irriżenja minn deputat tal-Parlament f ’isem il-Partit Nazzjonalista għax għażel is-sehem tiegħu fil-proġett fil-qasam tassaħħa bis-sħubija bejn il-Gvern u l-privat. Il-proġett, li se jibdel l-Isptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, huwa l-istess wieħed li tant hu kkritikat mill-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil. Ara paġna 9
€1.6 MILJUN MORMIJA
• INVESTEW F’SISTEMA LI MA KIENET INSTALLATA QATT Huwa ppjanat li matul dan ix-xahar jibda x-xogħol fuq il-proġett tal-Università Amerikana f ’Bormla. L-ewwel xogħol li se jsir huwa dak ta’ restawr biex dan il-wirt storiku f ’Bormla, li ilu mitluq snin twal, jingħata dehra ġdida. Fl-istess ħin li se jkun beda dan ix-xogħol ta’ restawr se tkun evalwata l-iktar applikazzjoni importanti, dik li għandha tibdel il-post f ’wieħed bil-faċilitajiet li jistgħu jilqgħu istituzzjoni tal-ogħla livell. Ara paġna 6
• GAWDIET KUMPANIJA FEJN ĦADMET MARTHESE PORTELLI
Fi żmien l-aħħar amministrazzjoni, id-Dipartiment tal-Artijiet xtara sistema antika biex suppost taqleb il-fajls f ’forma diġitali. Sistema li baqgħet qatt ma kienet installata b’mod sħiħ anke jekk tagħha tħallsu €1.6 miljun mit-taxxi tal-poplu. Kollox imur lura għas-sena 2003 meta d-Dipartiment ħareġ sejħa għall-offerti biex jimplimenta sistema kompjuterizzata. Dakinhar intgħażlet id-Datatrak b’kuntratt li kien ilaħħaq €1.9 miljun. Iżda l-kuntratt baqa’ qatt ma kien implimentat għax, minkejja li ħarġet is-sejħa għall-offerti, il-Gvern ta’ dak iż-żmien ma kienx iddedika fondi għal dan il-proġett. Ara paġna 2
€3 MILJUN GĦAL MADWAR IL-KAPPARA JUNCTION
Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-Gvern qed jinvesti madwar €3 miljun biex jirranġa t-toroq ta’ madwar il-Kappara Junction, hekk kif ix-xahar id-dieħel mistenni jibda x-xogħol fuq din iż-żona traffikuża. It-toroq tal-madwar qed jiġu mtejba biex ikunu jifilħu għat-traffiku li se jiġi ddevjat minnhom sakemm ikun qed isir ix-xogħol fuq il-Kappara Junction. Il-maġġoranza ta’ dan ixxogħol qiegħed isir billejl sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent tat-traffiku. Ara paġna 4