KullHadd_02.07.2017

Page 1

IS-SUĊĊESS TAL-PRESIDENZA MALTIJA www.kullhadd.com Il-Ħadd, 2 ta’ Lulju, 2017

Ara paġni 9-24

Ħarġa Nru 1,251 Prezz €1

IL-KAP ŻIED IL-PAGI TAL-KLIKKA BI 11% • DAN F’SENA FEJN IL-PARTIT NAZZJONALISTA MAR €1.6 MILJUN MINN TAĦT • IL-FATTI JĠIBU FIX-XEJN IL-BLAFF TA’ BUSUTTIL DWAR IL-FINANZI L-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista żiedet bi 11% il-pagi tagħha tul is-sena li għaddiet. Dan jirriżulta minn analiżi li analisti finanzjarji għamlu għall-gazzetta KullĦadd tal-kontijiet tal-Partit Nazzjonalista ippreżentati lill-Kummissjoni Elettorali. Kontijiet li kienu ppreżentati kważi xahrejn wara d-data stipulata bil-liġi tal-finanzjament tal-partiti u li jġibu fix-xejn id-dikjarazzjonijiet li saru li l-qagħda finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista marret għall-aħjar fi żmien it-tmexxija ta’ Simon Busuttil u Rosette Thake.

Fil-fatt, l-ispiża tal-Partit Nazzjonalista s-sena li għaddiet splodiet u waħda mir-raġunijiet kienet iż-żieda fil-pagi ta’ dawk fil-qalba tal-partit. Pagi li ma jinkludux dawk impjegati mal-midja tal-partit, fejn hemmhekk is-sitwazzjoni baqgħet waħda ħażina. Ir-riżultati li nanalizzaw f ’paġna 3 huma xhieda għaliex it-tmexxija ma riditx li l-kontijiet ikunu ppubblikati qabel l-elezzjoni ġenerali.

MILL-GRUPP PARLAMENTARI TAL-PN

QALULU CARETAKER LEADER U ĦA GĦALIH Simon Busuttil ħa għalih ħafna u rreaġixxa b’mod irrabjat kważi isteriku meta fil-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kien hemm min irrefera għalih bħala caretaker leader. Membri Parlamentari ssorprendew ruħhom li Simon Busuttil irreaġixxa b’dan il-mod kif sema’ min jirreferi għalih hekk.

Kien hemm min privatament reġa’ beda jidħollu dubju jekk din tal-elezzjoni ta’ kap tistax tkun kollha messa in scena. Għalkemm ħafna jaħsbu li issa huwa impossibbli li Busuttil iżomm il-kariga, hemm min qed jgħid li fadal mod wieħed kif hu jibqa’. Tkompli f ’paġna 4

EDWIN VASSALLO JGĦID LI FREE VOTE HU XHIEDA TA’ DEMOKRAZIJA VERA… IL-LIĠI TAŻ-ŻWIEĠ UGWALI TKOMPLI ŻŻID ID-DWEJJAQ FIL-PN Ara paġna 6


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.