“JIŻLOQ” F’TOROQ LI SA FTIT ILU KIEN RESPONSABBLI MINNHOM HU Il-Ħadd, 2 ta’ Mejju, 2021
Ħarġa Nru 1,451
Prezz €1
Rapport f’paġna 9
DAWK F’FAQAR SEVER NAQSU B’25,500 MILL-2013 IL-FAQAR KOLLU LI KIEN ŻDIED TAĦT L-AĦĦAR GVERN NAZZJONALISTA ĠIE ELIMINAT SAS-SENA LI GĦADDIET … DAWK F’SITWAZZJONI VULNERABBLI KOMPLEW JONQSU B’MOD SINIFIKANTI ANKE MATUL IL-PANDEMIJA
Fuq medda ta’ dawn l-aħħar seba’ snin il-faqar f’pajjiżna naqas drastikament tant li ċ-ċifri rre ġistrati juru sitwazzjoni rriversjata li tmur lura għall-bidu ta’ dan is-seklu. Grazzi għall-miżuri u l-benefiċċji li ġew introdotti minn Gvern Laburista f’dan il-perjodu, fosthom żieda lill-pensjonanti li ammontat għad-doppju ta’ dak li kienu jeħtieġu biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja, il-foqra naqsu anke tul pandemija. Għexieren ta’ eluf ta’ persuni li, bejn l-2008 u
l-2013, kienu żdiedu fil-kategoriji ta’ dawk f’“ċaħda materjali” u “ċaħda materjali severa”, mhux biss ħarġu minn din il-qagħda minn hemm ’il quddiem wara li tejbu l-għajxien tagħhom, iżda magħhom ingħaqdu iżjed eluf. Fil-fatt jirriżulta li t-tibdil fin-numri relatati mal-iżjed faxex baxxi tas-soċjetà kien mill-iżjed sinifikanti. Joħroġ li fi żmien l-amministrazzjoni mmexxija minn Lawrence Gonzi kien hemm żieda ta’ kważi
30,000 persuna mċaħħdin materjalment u ftit aktar minn 26,000 persuna mċaħħdin materjalment b’mod sever biex it-totali telgħu għal aktar minn 82,000 u 42,200 persuna rispettivament. Bil-maq lub, bejn l-2013 u l-2020 kien hemm tnaqqis ta’ 11.2% tal-popolazzjoni jew 38,520 persuna f’tal-ewwel għal total ta’ 43,733 persuna u 6.9% jew 25,574 persuna inqas f’tat-tieni għal total ta’ 16,636. Tkompli f’paġna 6
ESKLUSSIVA
URTATI SEW GĦALL-GIDEB TA’ METSOLA Żewġ attivisti Bulgari, li saru deputati, jistqarru kif l-MEP Nazzjonalista gidbet fuqhom biex tiddefendi Gvern sieħeb fl-EPP mifni b’akkużi ta’ korruzzjoni Fl-istess ġimgħa li Roberta Metsola, flimkien ma’ sħabha David Casa u Simon Busuttil, immuntaw kampanja kontra Malta fil-Parlament Ewropew, żewġ eks attivisti Bulgari, illum deputati Parlamentari, tkellmu ma’ din il-gazzetta dwar kif l-MEP Nazzjonalista kapaċi tigdeb biex tasal għall-iskopijiet politiċi tagħha. “Dak li qalet (Roberta) Met sola kien kollu gideb u għalhekk irreaġixxejna b’mod qawwi,” qalulna Borislav Sandov u Nadezhda Yordanova, b’refe renza għal riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew li ġiet emendata biex tittimbra dimostranti, li pprotestaw kontra l-Gvern ta’ pajjiżhom, bħala imbuttati mill-Mafja. Iż-żewġ Membri Parlamentari friski fil-Parlament Bulga ru, Sandov mill-Partit tal-Ħo
dor u Yordanova mill-Partit Democratic Bulgaria, qalu lil din il-gazzetta u lil ONE News li ħafna għadhom irrabjati għal Metsola u sħabha tal-Partit Popolari Ewropew (EPP). Iltqajna magħhom quddiem il-bini tal-Parlament Bulgaru ftit tal-ġranet ilu fejn tkellmu wkoll dwar l-aħħar żviluppi politiċi f’pajjiżhom bl-elezzjoni jiet tal-4 t’April li għadda. Il-partit GERB (Ċittadini għal Żvilupp Ewropew tal-Bulgarija) ta’ Boyko Borisov, li kontrih bdew il-protesti fl-2019 u ġew irrapportati mad-dinja kollha, naqqas l-appoġġ bi 8% u qed isibha diffiċli jifforma gvern ġdid. Peress li l-ebda partit m’għandu maġġoranza, l-indikazzjonijiet huma li l-kriżi politika f’dan il-pajjiż se tippersisti. Tkompli f’paġna 7
INSAĦĦU L-ĦADDIEM B’INIZJATTIVI KULJUM Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, il-Prim Ministru lbieraħ qatta’ ġurnata sħiħa jżur għadd ta’ postijiet tax-xogħol, inkluż fil-gżira Għawdxija – Rapport f’paġna 3