Kullhadd 01.12.2013

Page 1

www.kullhadd.com

INTeRvISTA mAL-

mep joSeph cuSchIeRI

Il-Óadd 1 ta’ Diçembru, 2013 Óar©a Nru 1,064

Ara pa©ni 6 u 7

Prezz ›0.80

ÛjARA B’DImeNSjoNI ewRopeA

Malta esprimiet id-diΩappunt tag˙ha g˙all-fatt li l-Ukraina g˙aΩlet li ma tiffirmax l-Association Agreement (AA) fis-summit ta’ Vilnius, fil-Litwanja, li sar din il-©img˙a: ftehim li kellu jkun pass importanti fit-triq tag˙ha lejn l-integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, f’kummenti li ta lil din il-gazzetta, il-Ministru g˙all-Affarijiet Barranin GEORGE VELLA esprima t-twemmin tieg˙u li Malta jista’ jkollha rwol importanti biex jinΩammu relazzjonijiet kordjali bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea, hekk kif il-President Ukrain mistenni li jΩur pajjiΩna iktar tard dan ix-xahar. Ara pa©na 2

GÓANDhA TAGÓTI ›70,000 LILL-KuNSILL TAL-QALA

Jinqabad fl-att Din il-gazzetta tinsab infurmata li kumpanija ta’ kostruzzjoni mag˙rufa sew f’G˙awdex g˙andha tag˙ti kwaΩi €70,000 lill-Kunsill Lokali talQala, u dan peress li fi 15-il sena ma ˙allsitx çenteΩmu wie˙ed millkumpens li kienet obbligata li t˙allas. Il-Viçi Sindku tal-Qala Paul Buttigieg qal lill-gazzetta KullÓadd li lura fl-1998 il-MEPA kienet obbligat lil din il-kumpanija biex t˙allas

IR-RABA’ L-INQAS RATA TA’ QGÓAD

L-isfre©ju mill-arju lill-Kunsill tal-Qala €4,650 – dak iΩΩmien Lm2,000 – fis-sena b˙ala kumpens g˙ad-danni ambjentali. Dan peress li trakkijiet kbar talkostruzzjoni kienu jg˙addu regolarment mit-toroq Qalin. IΩda Buttigieg isostni li fi 15-il sena dan il-kumpens qatt ma t˙allas, u g˙alhekk is-somma li g˙andha t˙allas din il-kumpanija lill-Kunsill illum telg˙et g˙al €69,767. Tkompli f’pa©na 3

Illum Malta g˙andha r-raba’ l-inqas rata ta’ qg˙ad taΩ-Ωg˙aΩag˙ fost il-pajjiΩi kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbiera˙ stqarr li, minkejja dan, xorta l-Gvern ser ikun qieg˙ed jimplimenta l-garanzija g˙aΩΩg˙aΩag˙ ta’ tag˙lim, ta˙ri© u xog˙ol. Waqt il-Konferenza ‘Relaunching Europe – The Malta Experience’ organizzata mill-Forum Ûg˙aΩag˙ Laburisti, il-Prim Ministru tkellem dwar l-importanza tad-drittijiet çivili, filwaqt li

semma l-li©i dwar l-unjoni çivili u anke drittijiet çivili o˙ra b˙alma huma ddivorzju. Dr Muscat semma wkoll kif, ftit jiem ilu, pajjiΩna da˙˙al fis-se˙˙ li©i li permezz tag˙ha Ωg˙aΩag˙ ta’ sittax-il sena jistg˙u jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali. Matul din il-konferenza pparteçipaw bosta Ωg˙aΩag˙ li ©ejjin minn ˙mistaxil pajjiΩ differenti minn madwar lEwropa, li staqsew u tkellmu mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Ara wkoll pa©na 8


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.