KullHadd_01.10.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 1 ta’ Ottubru, 2017

Ħarġa Nru 1,264 Prezz €1

SURPLUS POSITIVE

SCREENING QABEL

Fil-ġimgħa li kien ikkonfermat li pajjiżna rreġistra surplus ieħor, ħareġ rapport ta’ Standard & Poor’s li kkonferma kif kien hemm bidla oħra. Din id-darba fl-outlook dwar pajjiżna li minn stabbli sar pożittiv. Dan sena wara li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għolliet il-grad ta’ Malta. Din hija t-tielet aħbar pożittiva minn aġenziji ta’ dan it-tip f ’40 jum.

Dawk fl-etajiet li l-Programm Nazzjonali talIscreening isejħilhom biex jagħmlu mammogram biex jittestjaw għandhomx kanċer tas-sider, missena d-dieħla se jibdew jirċievu stedina kull sentejn minflok kull tliet snin. Dan f ’pass ieħor favur iktar prekawzjoni minn dan il-kanċer li ta’ kull sena jaħsad il-ħajja ta’ għexieren ta’ nisa. Hekk Malta tkun qed tilħaq ukoll livell Ewropew mill-aqwa.

Ara paġni 4 u 5

Ara paġni 8 u 9

DELIA ĠEWWA JIDDEFENDI LIL DEBONO Adrian Delia ma rtirax mil-laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv li ddiskutiet lil Jean Pierre Debono u l-metodi “illeċiti” tiegħu flelezzjoni biex l-istess Adrian Delia sar Kap. Minkejja li Delia baqa’ fil-laqgħa, Debono kien imċanfar bl-aħrax għalkemm mhux ikkastigat. Dan għax kienu bosta li f ’wiċċ Delia qalu li Jean Pierre Debono ma setax jgħaddiha lixxa. Oħrajn li jappoġġjaw lil Delia qalu li issa għandhom jikkalmaw l-affarijiet u finalment intlaħaq ftehim fuq l-istqarrija li ta kontra Delia u qed jarawha bħala rebħa kbira. Dan għax fost oħrajn Jean Pierre Debono qal li mhux se jkun involut fi proċessi elettorali, u issa għandhom fil-komma lest l-attakk li jekk mhux tajjeb biex ikun involut filproċess, aħseb u ara kemm hu tajjeb biex ikun kandidat għal waħda millkarigi li se jkun hemm. Intant, li Delia ma rtirax mil-laqgħa kif ħasbu li se jagħmel dawk li mmarkaw li għandu kunflitt ta’ interess ċar fil-kurituri tad-Dar Ċentrali, kien ikkonfermat mill-President tal-Kunsill Amministrattiv.

Fil-PN bdiet tirranka wkoll il-ġlieda għall-Viċi Kap. Jidher li se jfalli l-attentat tal-Kap li jkun hemm David Agius u Clyde Puli mingħajr elezzjoni. Lil Kristy Debono offrewlha li tkun whip minflok Agius u jidher li qagħdet, iżda dlonk tfaċċa Edwin Vassallo li se jikkontesta sakemm ma jkunx hemm bieb miftuħ għal Chris Said. Robert Arrigo beda l-kampanja u fost l-ewwel kummenti kien hemm botta għal Delia dwar il-paga doppja. Ara paġni 3, 6 u 7


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.