CHAMPIONS
Il-Beltin fis-seba’ sema Ara paġna 37
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 1 ta’ Mejju, 2016
Ħarġa Nru 1,190 Prezz €1
40 PERMESS IGIDDBU LIL CHRIS SAID “NIĊĊELEBRAW IL-KISBIET” Il-Prim Ministru
L-eks Ministru Chris Said u l-eks CEO Albert Buttigieg, il-protagonisti tad-deċiżjoni inspjegabbli Erbgħin permess għall-bini ta’ housing soċjali li l-Awtorità tad-Djar kellha sa Marzu 2013 iġibu fix-xejn id-difiża ta’ Chris Said dwar ‘deal’ elettorali li għamel lejliet l-aħħar elezzjoni ġenerali. ‘Deal’ żvelat millKullĦadd fl-aħħar ġimgħat u li ra proġett tal-housing jisfuma fix-xejn biex Chris Said paxxa lill–privat. Illum il-gazzetta KullĦadd tkompli ssegwi dan il-każ skandaluż.
BIDLA LI SE SSEĦĦ
F’jumejn il-Gvern ħabbar il-bidu ta’ żewġ proġetti kbar ta’ investiment f ’oqsma li raw żminijiet aħjar. Sar magħruf li investiment ta’ €55 miljun minn Ablecare Oilfield Services se jibdel is-sit tal-eks shipbuilding fil-Marsa f ’ċentru marittimu li joffri servizzi għall-industrija taż-żejt. Tħabbar ukoll li kien iffirmat MoU malAlitalia li se jiftaħ it-triq għan-negozjati biex din issir sieħeb strateġiku tal-Air Malta u tinvesti fil-linja nazzjonali. L-Alitalia llum imsieħba mal-linja internazzjonali tal-ajru
Etihad, li kisbet suċċessi kbar u li għandha fama li ssalva linji tal-ajru li jkunu jinsabu fix-xifer tal-falliment. L-investituri taċ-ċentru marittimu, kif ukoll il-Ministru inkarigat mill-Air Malta, tkellmu ma’ din il-gazzetta dwar l-importanza ta’ dawn iż-żewġ proġetti. Ara paġni 2 u 3
“Wasal iż-żmien li niċċelebraw il-kisbiet tagħna” hekk stqarr il-Prim Ministru Joseph Muscat f ’intervista fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem. Dan il-kliem qalu fid-dawl tal-fatt li llum mit-3:00pm tibda ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem minn Pjazza Kastilja. Illum l-1 ta’ Mejju huwa ddedikat lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin, u lill-pedamenti tal-Partit li tul is-snin dejjem kienu ta’ sostenn għalih. F’messaġġ għal Jum il-Ħaddiem fuq www.one.com. mt, il-Prim Ministru qal li issa huwa l-waqt li l-Gvern mhux biss jgħid dak li għamel, imma jgħid ukoll fejn se jmur fis-sentejn li ġejjin. Qal li dak li twettaq s’issa kien biss l-ewwel parti tal-pjan ta’ dan il-Gvern, ta’ kif bi ħsiebu jbiddel pajjiżna, ta’ kif Malta qed tinbidel u ta’ kif il-ħsibijiet se jitwettqu fil-prattika. Mistoqsi f ’liema ħaddiema se jkun qed jiftakar waqt id-diskors tiegħu tal-lejla, il-Prim Ministru wieġeb li f ’moħħu se jkollu lil dawk kollha li, irrelevanti mit-tip ta’ xogħol jew settur li jaħdmu fih, imorru għax-xogħol għaliex jaspiraw li huma u l-famlji tagħhom jimxu ‘l quddiem. Tenna l-impenn tiegħu lejn il-mobbiltà soċjali. “Aħna moviment tax-xogħol” qal il-Prim Ministru. “Gvern tax-xogħol”. Osserva kemm ix-xogħol iġib flimkien lil min joħolqu u lil min iwettqu. Esprima r-rieda tiegħu li jindirizza l-problemi li jeżistu fil-qasam tax-xogħol, sabiex il-livell tal-għajxien tal-ħaddiema u anke tal-pensjonanti jkompli jogħla. “Noħolqu aktar ġid li joħloq ix-xogħol u jinfirex”, temm jgħid il-Prim Ministru. Nirrakomandaw l-intervista sħiħa fuq is-sit www.one. com.mt, li tnieda llum bħala proġett ġdid tal-grupp ONE.