LEJN BIDLA FL-UNIFORMI
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 1 ta’ April, 2018
Ħarġa Nru 1,290 Prezz €1
BĦAL-LUM XAHAR SE NILTAQGĦU PJAZZA TRITONI
Il-Partit Laburista se jiċċelebra Jum il-Ħaddiem ta’ din is-sena b’mass meeting fi Pjazza Tritoni fl-1 ta’ Mejju. Din se tkun l-ewwel attività politika tal-massa f’din il-pjazza ġdida u għaliha qed ikunu mistiedna l-Maltin u l-Għawdxin kollha li jemmnu li rridu nlestu ’l Malta għall-Ġenerazzjoni Li Jmiss.
Wara l-politika dwar il-HW din il-ġimgħa l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo indika li issa jista’ jkun hemm bidla fl-uniformi. Fuq xewqa tal-ġenituri l-uniformi se tibqa’. Iżda l-mistoqsija hi kif? Ara paġna 6
INISSLU L-FIRDA Ara paġna 3
ROĦS TA’ 200 MEDIĊINA Mill-bidla fil-gvern fl-2013 tħabbru 12-il roħs fil-prezzijiet tal-mediċini bl-ammont ta’ mediċini li raw il-prezz jinżel b’mod sostanzjali jlaħħqu l-200.
Ara paġna 7 Ara paġna 5
REĠGĦET KONTRA MALTA • F’ĊIRKUSTANŻI ĠODDA METSOLA KOMPLIET BL-ISTESS KAMPANJA • JIVVUTAW KONTRIHA L-MEMBRI TAL-S&D Fil-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola baqgħet tinsisti li Malta tkun il-pajjiż li jissemma minħabba l-libertà tal-ġurnalisti. Anke jekk kien hemm ġurnalist maqtul fis-Slovakkja u b’differenza ta’ Malta, min allegatament wettaq l-att ma nqabadx, Metsola riedet li jkun hemm biss kundanna għal Malta. Kontra l-emenda tagħha vvutaw l-MEPs tal-S&D. Ara paġna 4