L-EBDA ISQOF ĠDID QABEL JIĠI L-PAPA
www.kullhadd.com Il-Ħadd 1 ta’ Marzu, 2020
Ara paġna 6
Ħarġa Nru 1,390 Prezz €1
PARLAMENTARI ĠODDA GĦALL-PN SA NOFS MARZU Fil-jiem li ġejjin il-Kummissjoni Elettorali għandha tħabbar elezzjonijiet każwali fuq id-9 u t-12–il Distrett biex timla l-postijiet battala ta’ Simon Busuttil u Marthese Portelli Sa ġimagħtejn oħra mistennija jsiru l-elezzjonijiet każwali li jagħżlu ż-żewġ rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista li se jimlew ilvojt li ħallew filKamra tad-Deputati l-Eks Kap Simon Busuttil u Marthese Portelli, b’sorsi jgħidu li l-elezzjonijiet wisq probabbli jkunu diġà lesti sat-13 ta’ Marzu. Iż-żewġ riżenji – dik ta’ Busuttil b’effett mill-bieraħ u ta’ Portelli b’effett mill-Ġimgħa li għadda – fetħu beraħ it-taqtigħa għall-postijiet li għalihom jistgħu jikkontestaw 23 kandidat fuq id-9 u t-12–il Distrett Elettorali. L-ismijiet tan-negozjant Ivan Bartolo fuq tal-ewwel u David Thake jew Graziella Galea fuq tal-aħħar diġà ssemmew bħala l-favoriti li jkunu eletti fil-Parlament. Fuq iż-żewġ distretti hemm ukoll żewġ
kandidati li jistgħu jikkontestaw iżżewġ elezzjonijiet każwali. Dawn huma Mark Azzopardi u Duncan Bonnici. Kemm–il darba t-tnejn li huma jew anke wieħed minnhom jikkontesta fiż-żewġ elezzjonijiet każwali, il-Kummissjoni tkun trid tiddeċiedi minn liema distrett se tibda l-għadd tal-voti. F’dan il-każ id-deċiżjoni tittieħed bil-polza li tittella’ mill-Kummissjoni quddiem il-kandidati nfushom jew delegati tal-Partit. L-għadd tal-voti fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar se jsir bl-idejn peress li l-proċess tal-għadd tal-poloz tal-votazzjoni għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 kien sar bl-idejn u mhux b’mod elettroniku. Tkompli f’paġna 9
IT-THEDDIDA TAT-TONN
SAJJIEDA MALTIN U L-MEDITERRAN F’RISKJU JEKK L-UE BEĦSIEBHA TIBQA’ TWEBBES RASHA FUQ IL-KWOTI TAL-IRZIEZET F’DIN L-INDUSTRIJA Ara paġna 11