24
01.01.2017
kullhadd.com
REBAĦ L-OGAE EUROVISION SONG CONTEST F’BERLIN Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Il-karriera ta’ kantant normalment tibda minn stadju biki filħajja. Meta persuna tibda titgħallem il-kant minn ċkunitha, dan iservi tajjeb sabiex tikseb il-kunfidenza meħtieġa. Sebastian Calleja huwa żagħżugħ Malti li dan l-aħħar beda jissemma minħabba s-suċċessi li qed jirnexxilu jikseb. Għandu tmintax-il sena u jgħix Ħal Qormi. Bħalissa qiegħed jitħarreġ fl-MCAST biex isir bankier. Il-passatempi tiegħu huma varji imma l-aktar tnejn għal qalbu huma l-kant u d-drama. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala żagħżugħ ambizzjuż fil-qasam tal-istudju u tal-mużika u dejjem jistinka biex itejjeb lilu nnifsu u biex jipprova jġib l-aħjar riżultati. Jemmem li huwa bniedem onest u sinċier, u kemm jista’ jkun metikoluż f ’dak li jagħmel. Għalih il-mużika hija ħajtu u ma jimmaġinax ħajtu mingħajrha, għax meta jisma’ naqra mużika vera jħossu rilassat. “Il-kant narah bħala l-lingwa li tgħaqqad flimkien in-nies, bħal ħolqa, b’sempliċiment kanzunetta tkun tista twassal messaġġ profond fi tliet minuti,” beda jgħidli Sebastian. S’issa għandu żewġ singles tiegħu, l-ewwel waħdha ħariġha fl-2013, L-idolu (Lirika ta’ Clifton Casha u mużika ta’ Joe S. Grech), u fl-2014 it-tieni single tiegħu ddedikata għall-ommijiet kollha Kieku Taf (Minik/Emil Calleja Bayliss). Bħalissa għaddej fil-
proċess biex joħroġ xi diski bl-istess format tal-Eurovioħra, però għalissa xejn ma sion Song Contest tal-kbar li jsir f ’Mejju ta’ kull sena. huwa kkonfermat. Sebastian ilu jkanta għal “Konna tnax-il pajjiż u jien ipdawn l-aħħar tmien snin, u parteċipajt bil-verżjoni tiegħi jieħu t-taħriġ tiegħu għand ta’ Golden Boy. Fil-finali ġejt Glen Vella. Ridt inkun naf l-ewwel mill-punti tal-ġurati u kif proprjament tħajjar li jib- tieni mill-voti tal-pubbliku, li da jkanta. “Meta kont fl-is- tatni rebħa b’216-il punt, wara kola sekondarja tal-Ħandaq segwa l-Portugal fit-tieni post kien hemm kunċert fejn kienu b’205 u l-Italja fit-tielet b’172qed ifittxu studenti b’talent u il punt,” infurmani b’sodiskont wieħed mill-magħżulin fazzjon fuqu. fejn kantajt Ta’ min il-kanzunetjgħid li bista popolari saħħa ta’ mal-Maltin din ir-reAngel li hija Fost attivitajiet bħa ser ikun kantata qed ikanta mill-braviss- oħra volontarji ma’ wħud ma Chiara. nieħu sehem fi mill-aqwa Minn hemm kantanti bdiet il-ġib- preżentazzjonijiet tal-Eurovida lejn il- fil-faċilità sion Song palk u l-kant Contest fuq u minn da- korrettiva ta’ il-Eurovikinhar ’l sion Cruise hawn kom- Kordin li jitlaq minn plejt għaddej Helsinki bis-saħħa l-Finlandja. tal-għallieDin ir-rema, fosthom ta’ Glen Vella bħa kienet spunt għalih biex u t-tim kollu ta’ VocalBooth ikompli jtejjeb it-talent tiegħu Studio, li dejjem għamluli u biex dejjem jagħti l-aħjar kuraġġ u għallmuni biex in- tiegħu meta jkun qiegħed saħħaħ in-noti tiegħi fil-kant jagħti ikanta fuq il-palk. biex inkompli għaddej f ’dan Bħala kantant lokali, Sebasil-vjaġġ fix-xena mużikali”. tian huwa magħruf l-aktar għal Dan l-aħħar rebaħ l-OGAE ħin li jqatta’ meta jżur lir-resiEurovision Song Contest denti tal-faċilità korrettiva ta’ f ’Berlin. Fil-fatt dan il-festival Kordin fejn fost affarijiet oħra sar f ’Berlin il-Ġermanja bejn jieħu sehem fi-preżentazzjoni il-15 u s-17 ta’ Lulju, 2016. li jtellgħu fil-Milied. Ħallejt Dan huwa l-ewwel darba li f ’idejh sabiex jaggornani aktar saret din il-kompetizzjoni, dwar dan il-ġest pożittiv. “Jien
inħobb naqsam it-talent tiegħi ma’ kulħadd, iżjed u iżjed meta niġi mistieden biex inkanta għal xi kawża ġusta. Fost attivitajiet oħra volontarji nieħu sehem fi preżentazzjonijiet fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin, fejn ġieli nkanta xi diski minn tiegħi u ġieli anke ħadt sehem fil-pageant tal-Milied li jorganizzaw uħud mir-residenti,” stqarr miegħi. Mhux hekk biss, lura għas-sena 2014, Sebastian kien spiċċa finalist f ’San Remo Junior Malta u kellu l-opportunità li jipparteċipa b’kanzunetta fl-Italja. Fil-fatt kien gie magħżul flimkien ma’ tliet kantanti oħra biex jirrapreżenta lil Malta f ’San Remo Junior fl-Italja. Fi kliemu stess, kienet verament esperjenza sabiħa li kanta fil-palk popolari tal-Ariston. F’dik l-okkażjoni kien kanta l-verżjoni tiegħu tad-diska If tomorrow never comes ta’ Ronan Keating u kien wieħed mill-finalisti. Mistoqsi b’liema mod qed ikompli jifrex il-mużika tiegħu jew biex ngħid hekk ser ikompli, Sebastian stqarr miegħi li bħalissa bl-għajnuna tal-familja u l-ħbieb qiegħed jifrex il-mużika tiegħu minn fuq paġna ta’ Facebook, u issa riċenti ukoll ġie inkluż fuq Wikipedia fejn ikun hemm aġġornamenti fuq il-karriera mużikali tiegħu. “Ovvjament nixtieq inkompli l-karriera mużikali tiegħi bl-għajnuna ta’ kull min qiegħed jissapportjani ħalli dejjem intejjeb il-kwal-
ità tal-mużika tiegħi,” stqarr miegħi. Minn dak li jinnota, staqsejt lil Sebastian jekk bħala kantant Malti, jaħsibx li għandu wisq kompetizzjoni madwaru minn kantanti oħra. “Nemmen li hawn Malta għandna ħafna talent tajjeb fil-mużika u kantanti validi ħafna, u l-kompetizzjoni hija spunt biex naħdem iżjed ħalli ntejjeb il-vuċi u l-kwalità tad-diski tiegħi,” wieġeb dlonk. Lejn l-aħħar ta’ din l-intervista, Sebastian stqarr miegħi li jixtieq li Malta tista’ tagħtih ilfrott meħtieġ biex ikun wieħed mill-aħjar fil-mużika, għax bħala Malti meta rrapreżenta lil pajjiżu f ’kompetizzjonijiet barra minn Malta dejjem ħassu kburi. Bħala kantant, Sebastian ħa sehem f ’xi musicals lokali. Fil-fatt din is-sena ħa sehem fil-pageant tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Belt Valleta, u s-sena l-oħra ħa sehem fil-mużikali Star Child. “Kienu esperjenzi sbieħ ħafna, imma fl-istess ħin iżjed impenjattivi, għax f ’esebizzjoni ta’ diska għandek bejn tlieta u erba’ minuti tkanta, u dejjem ser ikollok biċċiet li trid tiftakar bl-amment, itwal minn diska, u jvarjaw skont l-attur u trid tkanta wkoll.” Il-messaġġ finali tiegħu huwa li kull persuna trid taħdem u tistinka biex iseħħ dak li tixtieq qalbha, imma fl-istess ħin trid iżżomm saqajha mal-art billi tkun taf il-limitazzjonijiet tagħha f ’kull ambitu tal-ħajja.